|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
244 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta' Frar 2007
li tistipula l-prinċipji ġenerali u l-kriterji għall-għażla u l-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet taħt il-Programm tas-Saħħa Pubblika
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/103/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1), tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE jipprovdi għall-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' pjan ta' ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-programm tas-saħħa pubblika, li jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu, inkluża l-allokazzjoni tar-riżorsi, u għall-adozzjoni ta' arranġamenti, kriterji u proċeduri għall-għażla u l-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet tal-programm; |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/102/KE (2) il-pjan ta ħidma għall-2007 ġie addottat; |
|
(3) |
L-Artikolu 115 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) u l-Artikolu 167 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4) jirrikjedu li l-kriterji ta' eliġibilità, selezzjoni u għoti jkunu speċifikati bil-quddiem fis-sejħa għall-proposti bl-għan li jkun possibli li tara l-kwalità tal-proposti sottomessi fid-dawl ta' l-għanijiet u l-prioritajiet stipulati fil-programm annwali ta' ħidma. |
|
(4) |
Il-“Prinċipji ġenerali u l-kriterji għall-għażla u l-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet taħt il-programm tas-saħħa pubblika”, imsemmija fl-Anness ta' din id-deċiżjoni għandhom għalhekk jiġu adottati. L-Anness II tad-deċiżjoni C(2005) 29 ta' l-14 ta' Jannar 2005 li tadotta il-pjan ta' ħidma għal 2005 għall-implimentazzjoni ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008), li jinkludi il-programm ta' ħidma annwali għall-għotjiet u prinċipji ġenerali u l-kriterji għall-għażla u l-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet taħt il-programm tas-Saħħa Pubblika, huwa għalhekk mibdul bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Il-“Prinċipji ġenerali u l-kriterji għall-għażla u l-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet taħt il-programm tas-saħħa pubblika” kif stipulati fl-Anness huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq il-programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Waħdieni
Il-“Pinċipji ġenerali u l-kriterji għall-għażla u l-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet taħt il-programm tas-saħħa pubblika (2003-2008)”, kif stipulati fl-Anness, huma hawnhekk adottati.
Magħmul fi Brussell, 12 ta' Frar 2007.
Għall-Kummissjoni
Markus KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 786/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 7).
(2) Araq paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).
ANNESS
PRINĊIPJI ĠENERALI U KRITERJI GĦALL-GĦAŻLA U L-IFFINANZJAR TA' AZZJONIJIET LI JAQGĦU TAĦT IL-PROGRAMM TA' “IS-SAĦĦA PUBBLIKA”
Dan id-dokument jissostitwixxi fl-effetti tiegħu kollha d-dokument preċedenti –“Prinċipji ġenerali u l-kriterji għall-għażla u l-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet taħt il-Programm tas-saħħa pubblika”miżjud mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 29. Huwa japplika biss għal ko-finanzjament ta' azzjonijiet individwali taħt il-programm tas-saħħa pubblika permezz ta' għotjiet wara sejħiet għall-proposti. Taħt l-ebda ċirkostanza ma jista' jiftiehem li qed jissostitwixxi r-regoli legali applikabbli.
1. PRINĊIPJI ĠENERALI
|
1. |
Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu huma d-dokumenti ta' referenza għall-implimentazzjoni tal-Programm tas-saħħa pubblika |
|
2. |
L-għotjiet għandhom ikunu konformi mal-prinċipji li ġejjin:
|
|
3. |
Il-proposti għal azzjonijiet (proġetti) se jkunu evalwati fuq il-bażi ta' tliet kategoriji ta' kriterji:
Dawn it-tliet kategoriji ta' kriterji għandhom jitqiesu b'mod konsekuttiv matul il-proċedura ta' evalwazzjoni. Proġett li ma jissodisfax il-rekwiżiti ta' waħda minn dawn it-tliet kategoriji ma jitqiesx fl-istadju ta' evalwazzjoni ta' wara u jitwarrab. |
|
4. |
Fir-rigward tal-Programm tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-proġetti li:
|
2. KRITERJI TA' ESKLUŻJONI
|
1. |
L-applikanti jiġu esklużi milli jieħdu sehem fil-programm tas-“Saħħa pubblika” jekk:
Xhieda: Il-kandidati għandhom jipprovdu dikjarazzjoni fuq l-unur, iffirmata u ddatata kif imiss, li tistqarr li huma ma jinstabux f'waħda mis-sitwazzjonijiet hawn fuq. |
|
2. |
Kull proposta li tasal wara li jiskadi ż-żmien li fih jintlaqgħu l-proposti kif speċifikat fis-sejħa għall-proposti jew li ma tissodisfax ir-rekwiżiti formali stabbiliti fis-sejħa għall-proposti ma titħalliex tieħu sehem fil-programm “is-Saħħa pubblika”.
Kull applikazzjoni għandha tkun kompluta u jkun fiha ta' l-inqas dawn id-dokumenti:
|
|
3. |
Azzjonijiet li jkunu bdew sad-data li fiha saret ir-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni għal għotja ma jitħallewx jieħdu sehem fil-programm “is-Saħħa pubblika”.
Xhieda: Id-data tal-bidu u t-tul skedati ta' l-azzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-applikazzjoni ta' l-għotja. |
3. KRITERJI GĦALL-GĦAŻLA
Dawk il-proposti biss li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji ta' eskluzjoni għandhom ikunu eliġibbli għall-evalwazzjoni. Il-kriterji kollha ta' għażla li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti.
1. Stat legali
L-applikant għandu jipprovdi xhieda ta' l-istat legali ta' l-organizzazzjoni tiegħu/tagħha.
Xhieda: L-applikant għandu jipprovdi l-artikoli ta' sħubija ta' l-organizzazzjoni u ċ-ċertifikat uffiċjali ta' reġistrazzjoni.
2. Kapaċità finanzjarja
L-applikant għandu jkollu riżorsi ta' fondi stabbli u suffiċjenti biex imexxi l-attività tiegħu/tagħha matul il-perjodu li fih tkun qed isseħħ l-attività u jieħu sehem fl-ikkofinanzjar tagħha.
Xhieda: L-applikant għandu jipprovdi l-kont tal-qligħ u t-telf u l-karta bilanċjali ta' l-aħħar sentejn sħaħ finanzjarji.
Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja m'għandiex tapplika għall-istituzzjonijiet pubbliċi, lanqas għall-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali maħluqa bi ftehim inter-governamentali jew għall-aġenziji speċjalizzati maħluqa mill-istess tip ta' ftehim.
3. Kapaċità operazzjonali
L-applikant għandu jkollu l-kompetenzi professjonali u l-kwalifiki meħtieġa biex itemm l-azzjoni proposta.
Xhieda: L-applikant għandu jipprovdi l-aktar rapport annwali reċenti ta' l-attività ta' l-organizzazzjoni, inkluż id-dettalji operattivi, finanzjarji u tekniċi u l-curricula vitae ta' l-istaff professjonali rilevanti kollu fl-organizzazzjonijiet kollha involuti fil-proġett.
4. Dokumenti addizzjonali pprovduti fuq talba tal-Kummissjoni
Fuq talba bħal din mill-Kummissjoni, l-applikant għandu jipprovdi rapport estern ta' verifika ta' kontijiet magħmul minn awditur approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u li jagħti stima tal-vijabilità finanzjarja ta' l-applikant.
4. KRITERJI TA' GĦOTJA
Dawk il-proposti biss li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji ta' esklużjoni u l-kriterji ta' għażla għandhom ikunu eliġibbli għal iżjed evalwazzjoni fuq il-bażi tal-kriterji ta' għotja li ġejjin. Is-sejħa għall-proposti se tistabbilixxi kif il-blokki tal-kriterji ta' għotja msemmija hawn taħt se jiġu applikati.
1. Relevanza politika u kuntestwali tal-proġett
|
(a) |
Il-kontribuzzjoni tal-proġett lill-programm “is-Saħħa pubblika” u l-pjan ta' ħidma annwali f'termini ta' l-ilħiq ta' l-għanijiet u l-prioritajiet; |
|
(b) |
Relevanza strateġika fit-termini tal-kontribuzzjonijiet mistennija għat-tagħrif eżistenti u l-implikazzjonijiet għas-saħħa; |
|
(ċ) |
Valur miżjud fuq livell Ewropew fil-qasam tas-saħħa pubblika:
|
|
(d) |
Pertinenza tal-kopertura ġeografika
L-applikanti għandhom jiżguraw li kopertura ġeografika tal-proġett tkun biżżejjed fir-rigward ta' l-għanijiet, li jispjegaw ir-rwol tal-pajjiżi eliġibbli bħala soċji u r-relevanza tar-riżorsi tal-proġett jew tal-popolazzjonijiet fil-mira li jirrappreżentaw. Proposti li jinvolvu dimensjoni nazzjonali jew subnazzjonali (i.e. li jinvolvu biss pajjiż wieħed eliġibbli jew reġjun f'xi pajjiż speċifiku) ma jiġux aċċettati. |
|
(e) |
L-adegwatezza tal-proġett mal-kuntest soċjali, kulturali u politiku
L-applikanti jridu jirrelataw il-proġett mas-sitwazzjoni tal-pajjiż jew iż-żoni speċifiżi involuti, u jiżguraw il-kompatibilità ta' l-azzjonijiet maħsuba mal-kultura u l-opinjonijiet tal-gruppi fil-mira. |
2. Kwalità teknika tal-proġett
(a) Bażi ta' evidenza
L-applikanti jridu jinkludu l-analiżi tal-problema u jiddiskrivu b'mod ċar il-fatturi, l-impatt, l-effettività u l-applikabilità tal-miżuri proposti;
(b) Speċifikazzjoni tal-kontenut
L-applikanti jridu jiddiskrivu b'mod ċar l-għanijiet u l-miri, il-gruppi fil-mira, inkluż fatturi relevanti ġeografiċi, metodi, effetti antiċipati u r-riżultati mistennija;
(ċ) In-natura innovattiva, il-komplementarjetà teknika u l-evitar ta' duplikazzjoni ta' azzjonijiet eżistenti fil-livell ta' l-UE
L-applikanti għandhom jidentifikaw b'mod ċar il-progress li l-proġett beħsiebu jikseb fil-qasam tiegħu, f'paragun mas-sitwazzjoni kurrenti u jiżgura li ma jkunx hemm la duplikazzjoni mhux adegwata u lanqas koinċidenza, kemm parzjali jew totali, bejn il-proġetti u l-attivitajiet li diġa saru fil-livell Ewropew u dak internazzjonali.
(d) Strateġija ta' evalwazzjoni
L-applikanti għandhom jispjegaw b'mod ċar it-tip u l-adegwatezza tal-metodi proposti u l-indikaturi magħżula.
(e) Strateġija ta' tixrid
L-applikanti jridu juru b'mod ċar l-adegwatezza ta' l-istrateġija ppjanata u l-metodoloġija proposta sabiex jiżguraw it-trasferiment tar-riżultati u sostennibbiltà tat-tixrid.
3. Kwalità tat-tmexxija tal-proġett u l-baġit
(a) L-ippjanar u l-organizzazzjoni tal-proġett
L-applikanti jridu jiddiskrivu l-attivitajiet li għandhom jitwettqu, l-iskeda u l-miri, ir-riżultati, in-natura u d-distribuzzjoni tax-xogħol, l-analiżi tar-riskju.
(b) Kapaċità ta' organizzazzjoni
L-applikanti jridu jiddiskrivu l-istruttura ta' tmexxija, il-kompetenza ta' l-istaff, ir-reponsabbiltajiet, il-komunikazzjoni interna, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-monitoraġġ u s-superviżjoni;
(ċ) Kwalità tas-sħubija
L-applikanti jridu jiddiskrivu l-isħubiji maħsuba f'termini ta' l-estensività, ir-rwoli u r-reponsabbiltajiet, ir-relazzjonijiet bejn is-soċji differenti, is-sinerġija u l-kumplimentarjetà tas-soċji diversi fil-proġetti u l-istruttura tan-netwerk.
(d) Strateġija tal-komunikazzjoni
L-applikanti jridu jiddiskrivu l-istrateġija tal-komunikazzjoni f'termini ta' ppjanar, il-gruppi fil-mira, l-adegwatezza tal-mezzi użati, il-viżibilità tal-kofinanzjament ta' l-UE.
(e) Il-bagit globali u ddetaljat
L-applikanti jridu jiżguraw li l-baġit ikun relevanti, adegwat, ibbilanċjat u konsistenti miegħu nnifsu, bejn is-soċji u ma' l-għanijiet speċifiċi tal-proġett. Il-baġit għandu jkun mqassam bejn is-soċji fil-livell minimu raġonevoli ta' responsabbilità, li jevitata frammentazzjoni eċċessiva.
(f) Amministrazzjoni finanzjarja
L-applikanti jridu jiddiskrivu ċ-ċirkwiti finanzjarji, ir-reponsabbiltajiet, il-proċeduri ta' rapurtaġġ u l-kontrolli.
Il-piż ta' kull element ta' kriterji bħala total huma li ġejjin. Il-piż speċifiku għal kriterju individwali ta' kull element se jkun stipulat fis-sejħa għall-proposta
|
/30 |
||
|
/40 |
||
|
/30 |
Punteġġ totali massimu/100
l-limiti se jkunu wkoll stipulati għal kull blokka ta' kriterji, sabiex kull proġett li ma jilħaqx il-punteġġi limiti jkun irrifjutat.
Wara l-evalwazzjoni, il-proposti rrakkomandati għall-fondi huma mniżżla f'lista, ikklassifikati skond it-total ta' marki mogħtija. Skond id-disponibilità tal-baġit, il-proposti li jkunu l-ogħla fil-klassifika jirċievu l-għotja għal kofinanzjament. Il-proposti rakkomandati għall-kofinanzjament li jibqgħu barra jitqiegħdu fuq lista tar-riżervi.
(1) Dan ifisser li xi azzjoni speċifika, ippreżentata minn applikant wieħed għal xi għotja, tista' tkun approvata għall-kofinanzjar mill-Kummissjoni darba fis–sena biss, tkun kemm tkun twila din l-azzjoni.