8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

74


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2007

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè dwar l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta' l-2001

(2007/95/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu b'rabta ma' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta' l-2001 kien iffirmat u konkluż f'isem il-Komunità Ewropea fl-24 ta' Settembru 2001 permezz tad-Deċiżjoni 2001/877/KE (1),

(2)

Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 52(1) u (2) tiegħu, il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ser jiskadi fit-30 ta' Settembru 2007 sakemm ma jkunx estiż b'deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè għal perijodu wieħed jew diversi perijodi suċċessivi li ma jaqbżux is-sitt snin b'kollox,

(3)

L-estensjoni ta' dan il-Ftehim hija fl-interess tal-Komunità Ewropea,

(4)

Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè għandha tkun stabbilita,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè ser tkun li tivvota favur l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta' l-2001 għal perijodu jew perijodi li ma jaqbżux is-sitt snin.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)  ĠU L 326, 11.12.2001, p. 22.