24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

180


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Diċembru 2006

li tawtorizza lir-Rumanija biex tipposponi l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE rigward it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6568)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/69/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 42 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri tranżitorji jekk dawn il-miżuri tranżitorji huma meħtieġa biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mir-reġim eżistenti fil-Bulgarija u r-Rumanija għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli veterinarji u fitosanitarji tal-Komunità. Dawk ir-regoli jinkludu r-regoli rigward it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi ta' pjanti agrikoli (1) tistipula li ż-żerriegħa ta' varjetajiet ta' l-ispeċi ta' pjanti agrikoli koperti bid-Direttiva 2002/53/KE kif imsemmi fl-Artikolu tagħha 1(1) tista' titpoġġa fis-suq biss jekk intlaħqu r-rekwiżiti ta' l-Artikoli 4(1), 7 u 11 ta' din id-Direttiva.

(3)

It-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa ta' ċerti varjetajiet ikollu jiġi pprojbit fir-Rumanija mid-data ta' l-adeżjoni, sakemm ma tingħatax deroga minn dawk id-dispożizzjonijiet.

(4)

Sabiex ir-Rumanija tkun tista' tieħu u timplimenta l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-varjetajiet in kwistjoni ġew aċċettati skond il-prinċipji tas-sistema tal-Komunità, hija għandha titħalla tipposponi għal perjodu ta' tliet snin wara d-data ta' l-adeżjoni l-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/53/KE fir-rigward tat-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħha ta' żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fil-katalogu tagħha, bi qbil ma' prinċipji għajr dawk ta' dik id-Direttiva u li huma koperti bit-talba uffiċjali Rumena tat-28 ta' Settembru 2006.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Permezz tad-deroga mill-Artikoli 4(1), 7 u 11 tad-Direttiva 2002/53/KE r-Rumanija tista' tipposponi, għal perjodu ta' tliet snin wara d-data ta' l-adeżjoni, l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva rigward it-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħha ta' żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Matul dak il-perjodu, żerriegħa ta' din ix-xorta se titqiegħed fis-suq biss fit-territorju tar-Rumanija. Kull tikketta jew dokument, uffiċjali jew ta' natura oħra, li jitwaħħlu ma' jew li jakkumpanjaw il-lott taż-żerriegħa skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni għandhom jindikaw b'mod ċar li ż-żerriegħa hija maħsuba biex titqiegħed esklużivament fis-suq fit-territorju tar-Rumanija.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd bil-kundizzjoni u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).


ANNESS

Speċi/Varjetà

Beta vulgaris L. – Kannamiela

Graf

Beta vulgaris L. – Pitravi għall-għalf

Lovrin 515

Lovrin 628

Dactylis glomerata L.

MagdaMagda

Marius (ant. Adrian)

Ovidiu

Poiana

Regent

Simina

Festuca arundinacea Schreber

Adela

Vio

Festuca pratensis Hudson

Postăvar

Tâmpa

Transilvan

Festuca rubra L.

Feruma

Măgurele 23 (ant. Pastoral)

Peisaj (ant. Tedi)

Lolium multiflorum Lam.

Ancuţa (ant. Anca)

Iuliana (ant. Iulia)

Lolium perenne L

Martarom (ant. Marta)

Măgura

Lolium x boucheanum Kunth

Cătălin

Florin

Phleum pratense L.

Horia

Rarău

Tirom

Poa pratensis L

Colina (ant. Fima)

Lotus corniculatus L.

Doru

Nicol (ant. Nico)

Oltim

Lupinus albus L.

Medi

Medicago sativa L.

Adin

Alina

Carina

Cosmina

Daniela (ant. Dana)

Dorinela (ant. Dorina)

Granat

Magnat

Mădălina

Opal (ant Topaz)

Sandra

Satelit

Sigma

Tamas

Pisum sativum L.

Aurora

Dorica (ant. Dora)

Mona

Vedea

Trifolium alexandrinum L.

Viorel

Trifolium repens L.

Carmencita (ant. Carmen)

Carpatin

Danitim

Mioriţa

Trifolium pratense L.

Novac

Rotrif (ant. Roza)

Sătmărean

Vicia faba.L.

Montana

Brassica napus L., var. naprobrassica (L.) Rchb.

Ana Maria

Montana

Arachis hypogaea L.

Solar

Venus

Brassica napus L. (part.).

Diana

Doina

Perla

Cannabis sativa L.

Denise

Diana

Zenit

Carthamus tinctorius L.

CW1221

CW4440

Linum usitatissimum L.

Ada

Adria

Alexin

Alin

Bazil

Betalisa (ant. Elisa)

Codruţa

Cosmin

Cristina

Ferdinand (ant. Carolina)

Floriana

Florinda

Fluin

Iunia 96

Louis

Luncavăţ (ant. Elena)

Martin

Monica

Nineta

Paula

Radu

Rareş

Sabena

Şumuleu

Vasilelin (ant. Iordan)

Sinapis alba L.

Alex

Petrana

Glycine max. (L.) Merrill

Balkan

Columna

Daciana

Danubiana

Eugen

Felix

Granat (ant. Agat)

Kiskun Daniela

Onix

Perla

Proteinka

Românesc 99

Safir

Stine 2250

Triumf

Venera

Avena sativa L.

Jeremy

Mureş

Lovrin 1

Lovrin 27

Hordeum vulgare L.- 2 row barley

Andreea

Bogdana (ant. Avânt)

Capriana

Daciana

Haşdate (ant. Aura)

Jubileu

Kristal

Laura

Maria

NS 525

NS 529

Romaniţa

Stindard

Hordeum vulgare L.- 6 row barley

Amical (ant. Adi)

Andrei

Compact

Dana

Liliana

Mădălin

NS 313

Orizont

Regal

Univers

Oryza sativa L.

Brăila

Dunărea

Elida

Magic

Polizeşti 28

Speranţa

Zefir

Secale cereale L.

Suceveana

Sorghum bicolor (L.) Moench

Andrea

Donaris

Dorina

F135ST

Fundulea 21

Fundulea 32

Marina

Regina

Siret

Sorghum sudanense (Piper) Stapf.

Sabin

Sorin

Sorghum bicolor (L.) Moench x Sorghum sudanense (Piper) Stapf.

Catinca (ant. Tinca)

Fundulea 235 (ant. Tereza)

x Triticosecale Wittm.

Gorun

Haiduc

Plai

Silver

Stil

Trilstar

Ţebea

Triticum aestivum L.emend.Fiori et Paol.

Albota

Aniversar

Apullum

Ardeal 1

Arieşan

Beti

Boema

Briana

Ciprian

Crina

Crişana

Delabrad

Dor

Drobeta

Dropia

Dumbrava

Eliana

Esenţial

Faur

Flamura 85

Gabriela

Gasparom

Gruia

Iaşi 2

Kraljevica

Kristina

Ljiljana

Lovrin 34

Mina

Moldova 83

Pădureni (ant. Rubin)

PKB Romança

Romulus

Sonata

Speranţa

SV99

Şimnic 30

Trivale

Turda 95

Turda 2000

Voroneţ

Triticum durum Desf.

Condurum (ant. Condur)

Grandur

Pandur

Zea mays L.

Andreea

Boris 5

Brateş

Campion

Cera 6

Cera 9

Cera 10

Ciclon

Dacic

Dáma

Danubian (ant. Danubiu)

F425M

Falco

Faur

Fulger

Fundulea 322

Fundulea 365

Fundulea 376

Fundulea 475M

Fundulea 515 (ant. Premier)

Fundulea 540 (ant. Granit)

Fundulea 625

Generos

GS307

GS308

Kiskun 4230

Kiskun 4255

Kiskun 4297

Kiskun 4344

Kiskun 4380

Kiskun Aliz

Kiskun Blako

Kiskun Cilike

Kiskun Dori

Kiskun Ermina

Kiskun Galja

Kiskun Gitta

Kiskun Kristof

Kiskun Natalie (ant. Natalie)

Kiskun Nusi

Kiskun Olika

Kiskun Piros

Kiskun Reni

Kiskun Roy

Kiskun Szoliani

Kiskun Tamara

Kiskun Vanda

Kiskun Vivien

Kiskun Xintia

Klausen

Krisztina

Laurina

Lorenca

Lovrin 400

Milcov

Mv Major

Neptun

NS300

NS355

NS540

NSSC420YU

Octavian

Oituz

Olimpius (ant. Olimp)

Olt

Ozana (ant. Dana)

Paltin

Pamela

Panciu

Partizan

Patria

Podu Iloaiei 110

Rapid

Rapsodia

Rodna

Staniša

Star

Szegedi SC 276

Szegedi SC 516

Turda 145

Turda 165

Turda 167

Turda 200

Turda 201

Turda Favorit

Turda Mold 188

Turda Star

Turda Super

Turda SU181

Turda SU182

Turda SU210

ZP278

ZP335

ZP394

ZP409

ZP434

ZP471

ZP488

ZP684

Solanum tuberosum L.

Alina

Alize (ant. Amelia)

Amicii

Astral N

Armonia

Christian

Claudiu

Coval

Cristela

Dacia

Dragomirna

Dumbrava

Eterna

Frumoasa

Harghita

Ioana

Loial

Luiza

Magic

Mikel

Milenium

Moldoviţa

Nana

Nativ

Nemere

Productiv

Rapsodia

Rasant

Redsec

Robusta

Roclas

Rozal

Ruxandra (ant. Nicoleta)

Speranţa

Star

Tâmpa

Tentant

Timpuriu de Braşov

Transilvania