8.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Jannar 2007
li tawtorizza lir-Rumanija tapplika rata mnaqqsa ta’ VAT għal ċerti servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera msemmija fl-Artikolu 106 tad-Direttiva 2006/112/KE
(2007/50/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-2005 (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005 (2), u partikolarment l-Artikolu 55 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 106 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill jista' jawtorizza lill-Istati Membri japplikaw rata mnaqqsa ta' VAT għal ċerti servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera, li minn naħa waħda għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fid-Direttiva 2006/112/KE u, min-naħa l-oħra, jkunu fl-Anness IV ta' dik l-istess Direttiva. |
(2) |
Bid-Direttiva 2006/112/KE il-perjodu ta' l-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa tal-VAT ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2010. Dan jippermetti lill-Istati Membri li jkunu jixtiequ jibbenefikaw, għall-ewwel darba, mill-fakultà prevista, kif ukoll lil dawk li jixtiequ jimmodifikaw il-lista tas-servizzi li għalihom fl-imgħoddi jkunu applikaw id-dispożizzjoni msemmija, li jressqu talba għal dan lill-Kummissjoni. |
(3) |
Dan għandu l-għan li lill-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-esperiment bir-rati mnaqqsa, bl-istess kundizzjonjiet, għas-servizzi b' intensità għolja ta' mano d'opera. Huwa għalhekk f'loku li l-Istati li qed jaderixxu, mid-data ta' l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, jingħataw l-istess possibbiltà li japplikaw rata mnaqqsa tal-VAT għal ċerti servizzi b' intensità għolja ta' mano d'opera. |
(4) |
Permezz ta' ittra bid-data tal-31 ta' Marzu 2006, ir-Rumanija ressqet talba biex tapplika rata mnaqqsa ta’ VAT fuq ċerti servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera koperti f'din l-esperiment. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn l-Istati Membri, din id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija. |
(6) |
Din id-Deċiżjoni mhux se jkollha implikazzjonijiet fuq ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej li ġejjin mill-VAT. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Skond l-Artikolu 55 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005 tal-Bulgarija u tar-Rumanija, flimkien ma' l-Artikoli 106 u 108 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Rumanija hija awtorizzata li, mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-2005 u sal-31 ta' Diċembru 2010, tapplika r-rati mnaqqsa previsti fl-Artikolu 98 għas-servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 1 u 4 ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2006/112/KE:
a) |
servizzi żgħar ta' tiswija ta' lbies u drappijiet tad-dar (inklużi x-xogħlijiet ta' tiswija u modifika); |
b) |
servizzi tal-kura fid-dar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-2005, u tieqaf milli jkollha effett fil-31 ta' Diċembru 2010.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Jannar 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
P. STEINBRÜCK
(1) ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.
(2) ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203.
(3) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/138/KE (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 92).