8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2007

li tinnomina tliet membri u ħames membri supplenti Daniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/38/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li tinnomina l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010.

(2)

Saru vakanti tliet postijiet ta' membri tal-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għar-riżenji tas-Sinjuri Vibeke STORM RASSMUSSEN, Johannes FLENSTED-JENSEN u Lars ABEL. Saru vakanti erba' postijiet ta' membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għar-riżenji tas-Sinjuri Kristian EBBENSGAARD, Søren ERIKSEN, Jan BOYE, u tas-Sinjura Bente NIELSEN. Dawn ir-riżenji jieħdu effett mill-1 ta' Jannar 2007. Sar vakanti post ta' membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għan-nomina tas-Sinjura Mona HEIBERG bħala membru,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huma b'dan nominati, fil-Kumitat tar-Reġjuni, għall-perjodu li jifdal tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010:

a)

bħala membri:

Is-Sur Henrik Ringbæk MADSEN, Regionsrådsmedlem għas-sostituzzjoni tas-Sinjura Vibeke STORM RASMUSSEN,

Is-Sur Karsten Uno PETERSEN, Regionsrådsmedlem għas-sostituzzjoni tas-Sur Johannes FLENSTED-JENSEN,

Is-Sinjura Mona HEIBERG, Borgerrepræsentant, Københavns Kommune għas-sostituzzjoni tas-Sur Lars ABEL.

b)

bħala membri supplenti:

Is-Sinjura Lykke DEBOIS, Regionsrådsmedlem għas-sostituzzjoni tas-Sur Kristian EBBENSGAARD,

Is-Sur Bent LARSEN, Regionsrådsmedlem għas-sostituzzjoni tas-Sur Søren ERIKSEN,

Is-Sinjura Tove LARSEN, Formand for sammenlægningsudvalget, Aabenraa Kommune għas-sostituzzjoni tas-Sinjura Bente NIELSEN,

Is-Sur Erik NIELSEN, Borgmester, Rødovre Kommune għas-sostituzzjoni tas-Sur Jan BOYE,

Is-Sur Søren SALLING, Regionsrådsmedlem għas-sostituzzjoni tas-Sinjura Mona HEIBERG.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fl-1 ta' Jannar 2007.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.