24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Diċembru 2006
li tapprova l-pjanijiet ta' kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer skond id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE
(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6858)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/19/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari t-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 22(3) u t-tielet sub-paragrafu ta' l-Artikolu 29(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2001/89/KE tistipula miżuri minimi ta' kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta' tifqigħa tad-deni klassiku tal-ħnieżer, kif ukoll ċertu miżuri preventivi mmirati lejn it-tisħiħ ta' l-għarfien u t-tħejjija mill-awtoritajiet kompetenti u mill-komunità agrikola fir-rigward ta' dik il-marda. Skond din id-Direttiva, il-pjanijiet ta' kontinġenza ta' l-Istati Membri għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer għandom jiġu approvati mill-Kummissjoni. |
(2) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/431/KE tad-29 ta' April 2004 li tapprova ċerti pjanijiet ta' kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (2) approvat dawn il-pjanijiet ta' kontinġenza għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja u dawn l-Istati Membri huma mniżżla fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jissieħbu fl-UE fl-1 ta' Jannar 2007. Għalhekk, il-Bulgarija u r-Rumanija ppreżentaw il-pjanijiet ta' kontinġenża tagħhom għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. |
(4) |
Dawn il-pjanijiet ta' kontinġenza kif emendati mill-Bulgarija u r-Rumanija skond is-suġġerimenti magħmula tul il-valutazzjoni tagħhom, jissodisfaw il-kriterji stipulati fid-Direttiva 2001/89/KE u, suġġetti għal aġġornament regolari u implimentazzjoni effettiva, jippermettu lill-għanijiet mixtieqa ta' dik id-Direttiva li jintlaħqu u għalhekk għandhom jiġu approvati. |
(5) |
Għal skopijiet ta' ċarezza fil-leġislazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni 2004/431/KEE għandha tiġi rrevokata u mibdula b'din id-Deċiżjoni. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pjanijiet ta' kontinġenza ppreżentati mill-Bulgarija lill-Kummissjoni fis-7 ta' Novembru 2006 għall-kontroll tad-deni tal-ħnieżer huma approvati.
Artikolu 2
Il-pjanijiet ta' kontinġenza ppreżentati mill-Rumanija lill-Kummissjoni fid-9 ta' Novembru 2006 għall-kontroll tad-deni tal-ħnieżer huma approvati.
Artikolu 3
L-Anness jistabbilixxi lista ta' l-Istati Membri li kellhom il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom approvati għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer skond id-Direttiva 2001/89/KE.
Artikolu 4
Id-Deċiżjoni 2004/431/KE hija rrevokata.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika suġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2004.
(2) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 41, corrigendum mill-ĠU L 189, 27.5.2004, p. 31).
ANNESS
Lista ta' l-Istati Membri kif imsemmijin fl-Artikolu 3
Kodiċi |
Pajjiż |
BG |
Il-Bulgarija |
CY |
Ċipru |
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
EE |
L-Estonja |
HU |
L-Ungerija |
LV |
Il-Latvja |
LT |
Il-Litwanja |
MT |
Malta |
PL |
Il-Polonja |
RO |
Ir-Rumanija |
SI |
Is-Slovenja |
SK |
Is-Slovakkja |