24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2002/613/KE dwar iċ-ċentri approvati għall-ġbir ta' semen tal-ħnieżer fil-Kanada

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6812)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/14/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta' semen ta' bhejjem domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/613/KE tad-19 ta' Lulju 2002 li tistipula l-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi tà l-ispeċi tal-ħnieżer (2) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, inkluża l-Kanada, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-ħnieżer.

(2)

Il-Kanada talbet li ssir emenda għal-lista ta' ċentri għall-ġbir ta' semen approvati skond id-Deċiżjoni 2002/613/KE fir-rigward ta' reġistrazzjonijiet għal dan il-pajjiż.

(3)

Il-Kanada pprovdiet garanziji fir-rigward tal-konformità mar-regoli xierqa stipulati fid-Direttiva 90/429/KEE u ċ-ċentru l-ġdid li se jiżdied mal-lista ġie uffiċjalment approvat għal esportazzjonijiet lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta' dan il-pajjiż.

(4)

Id-Deċiżjoni 2002/613/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness V tad-Deċiżjoni 2002/613/KE huwa emendat skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 196, 25.7.2002, p. 45. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/271/KE (ĠU L 99, 7.4.2006, p. 29).


ANNESS

Fl-Anness V tad-Deċiżjoni 2002/613/KE, ir-ringiela li ġejja hija miżjuda mal-lista għall-Kanada:

“CA

1-AI-01

International Genetics PEI Ltd

P.O. Box 43, Mount Stewart

Prince-Edward-Island, C1A 7Z5”