4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 182/1


OPINJONI TAL-KUNSILL

ta' l-10 ta' Lulju 2007

dwar il-programm ta' stabbiltà aġġornat ta' l-Awstrija, 2006-2010

(2007/C 182/01)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' linji politiċi ekonomiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPINJONI:

(1)

Fl-10 ta' Lulju 2007 il-Kunsill eżamina l-programm ta' stabbiltà aġġornat ta' l-Awstrija, li jkopri l-perijodu bejn l-2006 u l-2010. Wara l-elezzjonijiet ġenerali ta' Ottubru 2006, ġie ffurmat gvern ġdid f'Jannar 2007, li fid-29 ta' Marzu 2007, ippreżenta lill-Parlament il-baġit parallel għall-2007/2008. Fl-istess jum, ġie ppreżentat il-programm ta' stabbiltà aġġornat, tliet xhur u nofs wara t-terminu perentorju għall-Awstrija tal-15 ta' Diċembru li jinsab fil-kodiċi tal-kondotta.

(2)

Ix-xenarju makroekonomiku sottostanti għall-programm jipprevedi li t-tkabbir reali fil-PGD ser jonqos minn livell għoli ċikliku ta' 3,1 % fl-2006 għal 2

Formula

% fil-medja matul il-bqija tal-perijodu tal-programm. Stmat fl-isfond ta' l-informazzjoni disponibbli attwalment, dan ix-xenarju jidher li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir kemmxejn kawti sa l-2008, peress li data riċenti turi tkabbir aktar robust. Għas-snin l-aktar imbiegħda tal-perijodu tal-programm, il-previżjoni tidher plawsibbli, anke jekk ir-rati ta' tkabbir huma kemmxejn għola mir-rata potenzjali ta' tkabbir medja kkalkulata mis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-previżjonijiet tal-programm għall-inflazzjoni jidhru realistiċi.

(3)

Għall-2006, id-defiċit ġenerali tal-gvern ammonta għal 1,1 % tal-PGD, kontra mira ta' 1,7 % tal-PGD stabbilit fl-aġġornament preċedenti tal-programm ta' stabbiltà. Dan it-titjib fil-valuri jirriżulta mill-iżviluppi ċikliċi aħjar milli mistenni. Għalkemm il-proporzjon bejn id-dħul u l-PGD naqas xi ftit meta mqabbel mas-sena ta' qabel, irriżulta ogħla b'iktar minn punt perċentwali wieħed iktar mill-mira. Tkabbir tal-PGD ogħla milli mistenni kkontribwixxa għat-tnaqqis fil-proporzjon bejn in-nefqa u l-PGD meta mqabbel mas-sena ta' qabel. Madankollu, il-proporzjon bejn in-nefqa u l-PGD żdied b'iktar minn

Formula

punt perċentwali fuq il-mira, li jindika li l-eżekuzzjoni baġitarja ma kinitx stretta daqs kemm kien ippjanat.

(4)

L-għan prinċipali ta' l-istrateġija baġitarja huwa li jintlaħaq baġit ibbilanċjat fuq iċ-ċiklu, li jaħsad il-benefiċċji ta' riforma amministrattiva waqt li jissaħħaħ l-infiq f'bosta kategoriji. Meta mqabbel ma' l-aġġornament ta' qabel, dan ta' l-aħħar huwa rifless fil-posponiment tal-konsolidazzjoni baġitarja għas-snin imbiegħda tal-perijodu tal-programm. L-aġġornament juri l-pożizzjoni ġenerali tal-gvern għat-titjib minn żbilanċ minn 1,1 % tal-PGD fl-2006 għal bilanċ favorevoli ta' 0,4 % fl-2010. Il-konsolidazzjoni, li tmur lura għall-aħħar sentejn tal-perijodu tal-programm, hija ppjanata li tkun ibbażata fuq in-nefqa, fejn il-fatturi prinċipali huma t-trażżin fl-infiq soċjali u t-tneħħija gradwali ta' xi nfiq speċifiku. Meta mqabbel mal-programm ta' qabel, l-aġġornament il-ġdid imur lura aktar mill-aġġustament ippjanat kontra xenarju makroekonomiku li hu aktar favorevoli.

(5)

Il-posponiment ta' l-aġġustament baġitarju huwa rifless ukoll fil-bilanċ strutturali (jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament nett minn miżuri ta' darba u oħrajn temporanji) kkalkulat skond il-metodoloġija komuni miftiehma, li titjieb biss gradwalment ħafna minn defiċit ta' madwar 1 % tal-PGD fl-2006 u jvarja għal bilanċ favorevoli żgħir biss sat-tmiem tal-perijodu tal-programm. Skond il-programm, il-profil ta' l-aġġustament huwa effettwat mix-xiri ta' tagħmir militari bejn l-2007 u l-2009, li, b'differenza mill-previżjonijiet tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni, jitqies bħala miżura ta' darba li żżid id-defiċit. Bħal fl-aġġornament ta' qabel tal-programm ta' stabbiltà, l-objettiv għall-perijodu medju (MTO) għall-pożizzjoni baġitarja ppreżentata fil-programm hija pożizzjoni bbilanċjata f'termini strutturali. Madankollu, il-programm għandu l-mira li kważi jilħaq l-MTO sa l-2009 u biex jaqbżu xi ftit fl-2010, aktar milli biex jiksbu diġà fl-2008 bħal fl-aġġornament ta' qabel. Peress li l-MTO jitlob aktar mill-punt ta' referenza minimu (stmat f'defiċit ta' madwar 1

Formula

% tal-PGD), il-kisba tiegħu għandha tissodisfa l-mira li jiġi pprovdut marġni ta' sigurtà kontra l-okkorrenza ta' defiċit eċċessiv. L-MTO jinsab fil-firxa indikata għall-Istati Membri taż-żona ta' l-euro u l-ERM II fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-kodiċi ta' kondotta u jirrifletti b'mod adegwat il-proporzjon tad-dejn u t-tkabbir potenzjali medju fil-produzzjoni għal perijodu fit-tul.

(6)

Ir-riskji għall-previżjonijiet baġitarji fil-programm jidhru ġeneralment ibbilanċjati għall-2007 u l-2008, iżda għall-2009 u l-2010, r-riżultati baġitarji jistgħu jkunu agħar minn dawk previsti, minkejja suppożizzjonijiet makroekonomiċi plawsibbli. Tabilħaqq, il-proporzjoni bejn in-nefqa u l-PGD huwa previst li jaqa' sinifikattivament fl-aħħar sentejn. It-tneħħija ta' xi nfiq speċifiku, b'mod partikolari fuq tagħmir militari, u t-tfaddil fl-infiq fuq benefiċji tal-qgħad u fuq il-pensjonijiet, bħala riżultat tar-riforma tal-pensjoni ta' l-2004, għandhom jikkontribwixxu għan-nuqqas bejn in-nefqa u l-PGD fis-snin l-aktar imbiegħda. Min-naħa l-oħra, ser isir infiq addizzjonali fuq l-edukazzjoni, l-R&Ż u l-infrastruttura tul il-perijodu tal-programm, waqt li ż-żidiet mistennija fl-effiċjenza fl-amministrazzjoni pubblika jibqgħu inċerti. Finalment, il-programm ta ħjiel tal-possibblità ta' tnaqqis ulterjuri fit-taxxi ffinanzjat mit-tfaddil fl-infiq ippjanat.

(7)

Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni ta' riskju, il-pożizzjoni baġitarja fil-programm tista' ma tkunx suffiċjenti biex tiżgura li jintlaħaq l-MTO sa l-2010, kif previst fil-programm. Il-previżjoni tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni tistma li d-defiċit strutturali ser jitwessa' fl-2007 u l-2008. Iżda, marġni ta' sigurtà suffiċjenti biex jagħmel tajjeb għall-ksur tal-limitu tad-defiċit tat-3 % tal-PGD bil-flutwazzjonijiet makroekonomiċi normali jinżamm tul il-perijodu tal-programm. Ir-ritmu ta' l-aġġustament lejn l-MTO implikat mill-programm huwa insuffiċjenti u għandu jissaħħaħ, speċjalment fl-2007 u l-2008, biex ikun konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, li jispeċifika li, għall-Istati Membri taż-żona ta' l-euro u ta' l-ERM II, it-titjib annwali fil-bilanċ strutturali għandu jkun ta' 0,5 % tal-PGD bħala punt ta' referenza u li l-aġġustament għandu jkun ogħla fi żminijiet ekonomiċi tajbin u jista' jkun aktar baxx fi żminijiet ekonomiċi ħżiena. B'mod partikolari, bejn l-2007 u l-2009 huwa ppjanat biss titjib limitat fil-bilanċ strutturali, meta l-Awstrija hija mistennija tesperjenza żminijiet tajbin. Din il-konklużjoni hija kkonfermata anke jekk wieħed iqis ix-xiri ta' tagħmir militari biex jikkostitwixxi miżura ta' darba li żżid id-defiċit, kif jagħmel il-programm.

(8)

Id-dejn gross tal-gvern huwa stmat li naqas għal 62,2 % tal-PGD fl-2006, xorta iktar mis-60 % tal-valur ta' referenza ta' 60 % tal-PGD fit-Trattat. Il-programm jipprevedi li l-proporzjon tad-dejn ser jaqa' taħt il-valur ta' referenza sa' l-2008 u biex jonqos iktar għal 56,8 % tal-GPD sa l-aħħar sena tal-perijodu tal-programm. Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' riskju, il-proporzjon tad-dejn jidher li qed jonqos b'mod suffiċjenti lejn il-valur ta' referenza fil-parti bikrija tal-perijodu tal-programm u huwa ppjanat li jilħqu sa l-2007.

(9)

L-impatt baġitarju għat-tul tat-tixjiħ fl-Awstrija huwa inqas sew mill-medju ta' l-UE, bl-infiq fuq il-pensjonijiet mistenni li jonqos bħala parti mill-GPD tul perijodu fit-tul, bħala konsegwenza tat-trażżin ta' l-infiq sinifikanti mistenni mir-riforma tal-pensjoni ta' l-2004. Il-pożizzjoni baġitarja inizjali, b'bilanċ primarju strutturali, tikkontribwixxi għat-tnaqqis l-impatt baġitarju fit-tul ta' popolazzjoni li qed tixjiħ. Bilanċ favorevoli primarju dejjem jiżdied matul perijodu medju, kif kien imħabbar fil-programm, kif ukoll żieda fir-rata ta' l-impjieg ta' ħaddiema akbar fl-età ser jikkontribwixxu għall-kontroll tar-riskji tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. B'mod ġenerali, l-Awstrija tidher li qiegħda f'riskju baxx fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

(10)

Il-programm ta' stabbiltà fih valutazzjoni kwalitattiva ta' l-impatt ġenerali tar-rapport ta' Settembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta' Riforma fl-istrateġija fiskali għall-perijodu medju. Barra minn hekk, dan jipprovdi xi informazzjoni dwar l-ispejjeż jew it-tfaddil baġitarju diretti tar-riformi ewlenin previsti fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma u l-implikazzjonijiet għall-finanzi pubbliċi ta' l-azzjonijiet deskritti fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma huma ġeneralment konsistenti mal-previżjonijiet baġitarji tiegħu. Il-miżuri fil-qasam tal-finanzi pubbliċi previsti fil-programm ta' stabbiltà jidhru konsistenti ma' dawk previsti fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma. B'mod partikolari, tfaddil mistenni mir-riforma amministrattiva u r-rinfunzar ta' l-infiq fuq R&Ż huma mressqa fiż-żewġ programmi.

(11)

L-istrateġija baġitarja fil-programm hija parzjalment konsistenti mal-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika inklużi fil-linji gwida integrati għall-perijodu 2005-2008.

(12)

Fir-rigward tal-ħtiġiet tad-data speċifikati fil-kodiċi ta' kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm jipprovdi d-data kollha meħtieġa u l-biċċa l-kbira tad-data fakultattiva (2).

B'mod ġenerali, il-Kunsill iqis li, f'kuntest ta' prospetti ta' tkabbir robust, il-programm jipprevedi progress bil-mod lejn l-MTO permezz ta' aġġustament relattivament ikkonċentrat fil-parti ta' l-aħħar tal-perijodu li huwa bbażat fuq trażżin tan-nefqa mhux speċifikat bis-sħiħ. Minkejja li l-Awstrija għaddejja minn żmien tajjeb u ma laħqitx l-MTO tagħha, id-defiċit strutturali mhuwiex mistenni li jitjieb qabel l-2009. Hemm riskji għall-kisba tal-miri baġitarji wara l-2008 u jista' jkun li l-MTO ma tintlaħaqx sa l-aħħar tal-perijodu tal-programm. Id-dejn tal-Gvern ser javviċina l-valur ta' referenza tal-PGD ta' 60 % fl-2007 u jkompli jonqos fis-snin sussegwenti.

Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, il-Kunsill jistieden lill-Awstrija biex tisfrutta l-kondizjonijiet ekonomiċi tajbin u d-defiċit aktar baxx minn dak immirat fl-2006 biex l-aġġustament fl-2008 ikun sostanzjat u msaħħaħ u biex tkompli l-konsolidazzjoni fiskali lejn l-MTO wara dan, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni rigoruża tat-trażżin ta' l-infiq u bl-użu ta' dħul mhux mistenni mit-taxxa għall-konsolidazzjoni.

Tqabbil tal-previżjonijiet ewlenin makroekonomiċi u baġitarji

 

 

2005

2006

2007

2008

2009

2010

PGD f'termini reali

(% bidla)

SP Mar 2007

2,0

3,1

2,7

2,3

2,5

2,6

COM Mejju 2007

2,0

3,1

2,9

2,5

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005

1,7

1,8

2,4

2,5

m.a.

m.a.

Inflazzjoni ta' l-HICP

(%)

SP Mar 2007

2,1

1,5

1,6

1,7

1,7

1,8

COM Mejju 2007

2,1

1,7

1,8

1,7

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005

2,3

2,1

1,7

1,5

m.a.

m.a.

Differenza fil-produzzjoni

(% ta' PGD potenzjali)

SP Mar 2007  (3)

– 1,1

– 0,3

0,1

– 0,1

0,1

0,3

COM Mejju 2007 (7)

– 1,1

– 0,2

0,5

0,8

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005  (3)

– 0,7

– 1,1

– 0,9

– 0,5

m.a.

m.a.

Bilanċ ġenerali tal-gvern

(% tal-PGD)

SP Mar 2007

– 1,6

– 1,1

– 0,9

– 0,7

– 0,2

0,4

COM Mejju 2007

– 1,6

– 1,1

– 0,9

– 0,8

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005

– 1,9

– 1,7

– 0,8

0,0

m.a.

m.a.

Bilanċ primarju (8)

(% tal-PGD)

SP Mar 2007

1,3

1,9

2,0

2,1

2,6

3,1

COM Mejju 2007

1,3

1,6

1,8

1,7

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005

1,1

1,2

2,0

2,7

m.a.

m.a.

Bilanċ aġġustat ċiklikament

(% tal-PGD)

SP Mar 2007  (3)

– 1,1

– 1,0

– 0,9

– 0,7

– 0,2

0,2

COM Mejju 2007

– 1,1

– 1,0

– 1,1

– 1,2

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005

– 1,6

– 1,2

– 0,4

0,2

m.a.

m.a.

Bilanċ strutturali (4)

(% tal-PGD)

SP Mar 2007  (5)

– 1,1

– 1,0

– 0,8

– 0,4

– 0,2

0,2

COM Mejju 2007 (6)

– 1,1

– 1,0

– 1,1

– 1,2

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005

– 1,6

– 1,2

– 0,4

0,2

m.a.

m.a.

Dejn gross tal-Gvern

(% tal-PGD)

SP Mar 2007

63,5

62,2

61,2

59,9

58,5

56,8

COM Mejju 2007

63,5

62,2

60,6

59,2

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005

63,4

63,1

61,6

59,5

m.a.

m.a.

Sors:

Stability programme (SP); Commission services' spring 2007 economic forecasts (COM); Commission services' calculations


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1055/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 1). Id-dokumenti kollha msemmija f'dan it-test jinstabu fuq is-sit web li ġej:

http://europa.eu.int/comm/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm

(2)  Madankollu, data fakultattiva dwar l-impjieg u s-sigħat maħduma kif ukoll il-pagi fis-settur pubbliku mhumiex provduti.

(3)  Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni abbażi ta' l-informazzjoni fil-programm bit-tkabbir potenzjali stmat ta' 2,3 %, 2 %, 2,4 %, 2,4 % u 2,3 % rispettivament fil-perijodu 2006-2010.

(4)  Bilanċ aġġustat ċiklikament (bħal fir-ringieli ta' qabel) esklużi l-miżuri ta' darba u oħrajn temporanji.

(5)  Miżuri ta' darba u oħrajn temporanji li jżiedu d-defiċit kif kienu interpretati fil-programm (xiri ta' ajruplani militari ta' 0,2 % ta' PGD fl-2007, 0,4 % fl-2008 u 0,1 % fl-2009).

(6)  Il-previżjoni tar-rebbiegħa 2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni ma jqis ix-xiri ta' ajruplani militari bħala ta' darba.

(7)  Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 2,3 %, 2,0 %, 2,2 % u 2,2 % rispettivament fil-perijodu 2005-2008.

(8)  Data dwar il-bilanċ primarju fil-programm u fil-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni mhumiex direttament komparabbli minħabba f'trattament differenti tal-FISIM. Data fil-programm issegwi d-definizzjonijiet meħtieġa mill-kodiċi ta' kondotta. Biex tkun komparabbli ma data fil-programm, id-data tal-Kummissjoni dwar il-bilanċ primarju teħtieġ li tkun aġġustata b'madwar 0,1-0,2 % tal-PGD.

Sors:

Stability programme (SP); Commission services' spring 2007 economic forecasts (COM); Commission services' calculations