9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
475 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2016/2006
tad-19 ta' Diċembru 2006
li jadatta diversi regolamenti li jikkonċernaw is-suq taz-zokkor b’riżultat tal-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ċerti emendi tekniċi huma meħtieġa f’bosta Regolamenti tal-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid sabiex isiru l-adattamenti meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1907/85 tal-10 ta' Lulju 1985 dwar il-lista ta' varjetajiet ta' inbid u reġjuni li jipprovdu inbid impurtat biex isiru inbejjed frizzanti fil-Komunità (1) fih referenzi għar-Rumanija. Dawn ir-referenzi għandhom jitħassru. |
(3) |
L-Artikoli 52(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 tal-25 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (2), jistipula perjodi ta' referenza għall-Istati Membri li jipproduċu l-inbid. Għandu jiġi determinat il-perjodu ta' refernza għar-Romanija. |
(4) |
L-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 tat-24 ta’ April 2001 li jistipola regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward il-kummerċ fis-settur tal-inbid ma’ pajjiżi terzi (3), fih ċerti annotazzjonijiet fil-lingwi kollha tal-Istati Membri. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu annotazzjonijiet bil-Bulgaru u bir-Rumen. |
(5) |
L-Artikolu 33 tar-Regolamnet (KE) Nru 883/2001 fih referenza li fiha r-Romanija titqies bħala terzi pajjiż. Din ir-referenza għandha titħassar. |
(6) |
L-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2001 tal-24 ta' April 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati tal-applikazzjoni li jikkonċerna d-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta' prodotti tal-inbid u r-rekords li għandhom ikunu miżmuma fis-settur tal-inbid (4) jinkludu annotazzjonijiet fil-lingwi kollha tal-Istati Membri. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu annotazzjonijiet bil-Bulgaru u bir-Rumen. |
(7) |
L-Artiklou 16(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 tad-29 ta’ April 2002 li jistipola regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, l-ikklassifikar, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur tal-inbid (5), fih ċerti annotazzjonijiet fil-lingwi kollha tal-Istati Membri. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu annotazzjonijiet bil-Bulgaru u bir-Rumen. |
(8) |
L-Anness VIII tar-Regolamnet (KE) Nru 753/2002 fih referenza għall-Bulgarija u r-Romanija bħala pajjiżi terzi. Din ir-referenza għandha titħassar. |
(9) |
Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1907/85, (KEE) Nru 1623/2000, (KE) Nru 883/2001, (KE) Nru 884/2001 u (KE) Nru 753/2002 għandhom għalhekk ikunu emendati kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1907/85 huwa mħassar.
Artikolu 2
Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 għandu jiżdied l-inċiż li ġej:
“— |
1999/2000 sal-2004/2005 fir-Rumanija” |
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2001 hu emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sottoparagrafu huwa sosstitwit b’dan li ġej: “Il-kaxxa 20 tal-liċenzi ta' importazzjoni u l-liċenzi ta' esportazzjoni għandha jkollha fiha waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness I:” |
(2) |
Fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 5, ir-referenza għall-Anness I għandu n-numru Anness Ia. |
(3) |
Fl-Artikolu 11, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: “Mill-anqas waħda mill-annotazzjonijiet li ġejjin għandha ssir fil-kaxxa 22 tal-liċenzi”. |
(4) |
L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Annessi huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 4
Ir-Regolament (KE) Nru 884/2001 hu emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 8(2), it-tieni sottoparagrafu jinbidel b’dan li ġej: “L-uffiċċju tad-dwana fil-punt ta' ħruġ mit-territorju tad-dwana tal-komunità għandu jdaħħal wieħed mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness V fiż-żewġ kopji tad-dokument tal-aħħar u jittimbrah bħala awtentiku: Għandu jagħti l-kopji stampati bil-kliem ta' hawn fuq lill-esportatur jew ir-rappreżentant tiegħu. Dan tal-aħħar għandu jassigura li kopja waħda takkumpanja l-ġarr tal-prodott esportat.” |
(2) |
It-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness V. |
Artikolu 5
Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 hu emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 16(1) jinbidel b'dan li ġej: “1. Għall-iskopijiet tat-tieni inċiż tal-Anness VII(B)(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, it-termini li ġejjin jistgħu jintużaw biss fuq it-tikketti tal-inbejjed tal-mejda, l-inbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika u l-inbejjed psr ta' kwalità, bl-eċċezzjoni ta' l-inbejjed psr likuri ta' kwalità u l-inbejjed psr ta' kwalità semi frizzanti koperti mill-Artikolu 39(1)(b):
|
(2) |
Fl-Anness VII, il-punti 1 u 6 tħassru |
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 11.7.1985, p. 21. Ir-Regolament kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-2003.
(2) ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1221/2006 ĠU L 221, 12.8.2006, p. 3).
(3) ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2079/2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 6).
(4) ĠU L 128, 10.5.2001, p. 32. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1507/2006 (ĠU L 280, 12.10.2006, p. 9).
(5) ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1507/2006.
ANNESS I
L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2001 huma emendati kif ġej:
(1) |
It-test eżistenti tal-Anness I għandu n-numru “Anness Ia” u t-test li ġej huwa inserit qablu: “ANNESS I L-annotazzjonijiet msemmija fit-tieni sootoparagrafu tal-Artikolu 2(1):
|
(2) |
L-Anness li ġej jiddaħħal wara l-Anness IV: “ANNESS IVa L-annotazzjonijiet msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 11:
|
ANNESS II
“ANNESS V
L-annotazzjonijiet msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 8(2):
— |
: |
Bil-Bulgaru |
: |
И3HECEHO |
— |
: |
Bl-Ispanjol |
: |
EXPORTADO |
— |
: |
Biċ-Ċek |
: |
VYVEZENO |
— |
: |
Bid-Daniż |
: |
UDFØRSEL |
— |
: |
Bil-Ġermaniż |
: |
AUSGEFÜHRT |
— |
: |
Bl-Estonjan |
: |
EKSPORDITUD |
— |
: |
Bil-Grieg |
: |
ΕΞΑΧΘΕΝ |
— |
: |
Bl-Ingliż |
: |
EXPORTED |
— |
: |
Bil-Franċiż |
: |
EXPORTÉ |
— |
: |
Bit-Taljan |
: |
ESPORTATO |
— |
: |
Bil-Latvjan |
: |
EKSPORTĒTS |
— |
: |
Bil-Litwen |
: |
EKSPORTUOTA |
— |
: |
Bl-Ungeriż |
: |
EXPORTÁLVA |
— |
: |
Bil-Malti |
: |
ESPORTAT |
— |
: |
Bl-Olandiż |
: |
UITGEVOERD |
— |
: |
Bil-Pollakk |
: |
WYWIEZIONO |
— |
: |
Bil-Portugiż |
: |
EXPORTADO |
— |
: |
Bir-Rumen |
: |
EXPORTAT |
— |
: |
Bis-Slovakk |
: |
VYVEZENÉ |
— |
: |
Bis-Sloven |
: |
IZVOŽENO |
— |
: |
Bil-Finlandiż |
: |
VIETY |
— |
: |
Bl-Iżvediż |
: |
EXPORTERAD” |