9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
472 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2006/2006
tat-22 ta' Diċembru 2006
li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 sabiex jinkludu l-kwota tariffarja annwa għall-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fil-Kroazja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 40(1)(e)(iii),
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 27(5) u l-Anness IV(h) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra (2), kif emendat mill-Protokoll approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2006/882/KE, tat-13 ta' Novembru 2006 (3), il-Komunità għandha tippermetti l-aċċess mingħajr dazju fil-Komunità ta' prodotti li joriġinaw fil-Kroazja li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 1701 u 1702, fil-limitu tal-kwantità annwa ta' 180 000 tunnellata (piż nett). |
(2) |
Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kroazja jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007. |
(3) |
Il-kwota tariffarja għall-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fil-Kroazja għandha għalhekk tinfetaħ minn dik id-data. Dik il-kwota għandha tinfetaħ u tkun amministrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u rraffinar ta' prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti tarriffarji u ftehimiet preferenzjali (4), bħaz “Zokkor tal-Balkani” fit-tifsira ta' dak ir-Regolament. Billi l-Artikolu 28 ta' dak ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tariffarji għaz-zokkor tal-Balkani fuq bażi ta' sena tas-suq, il-kwota tariffarja annwa għall-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fil-Kroazja għandha tiġi aġġustata għall-kumplament tad-disa' xhur tas-sena tas-suq 2006/2007. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu jiġi emendat f'dan is-sens. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinnjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1(1), il-punt li jmiss għandu jiġi miżjud:
|
(2) |
L-Artikolu 1(2) hu sostitwit b'dan li ġej: “2. Il-kwantitajiet importati skont id-dispożizzjonjiet imsemmija fil-paragrafu 1(c) sa (h) (minn issa 'l quddiem imsejħin ‘kwoti tariffarji’), u d-dispożizzjonjiet msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dak il-paragrafu (minn issa 'l quddiem imsejħin ‘obbligi tal-kunsinna’) għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 se jkollhom in-numri tas-serje tal-kwoti murija fl-Anness I.” |
(3) |
Il-punt (d) tal-Artikolu 2, huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 28 hu sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 28 1. Għal kull sena tas-suq, kwoti tariffarji ħielsa mid-dazju għal total ta' 380 000 tunnellata ta' prodotti taz-zokkor li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 1701 u 1702 għandhom jinfetħu bħala zokkor tal-Balkani. Madanakollu, għas-sena tas-suq 2006/2007 il-kwantità għandha tkun 381 500 tunnellata ta' prodotti taz-zokkor li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 1701 u 1702. 2. Il-kwantitajiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu allokati skont il-pajjiż tal-oriġini kif ġej:
Madanakollu, għas-sena tas-suq 2006/2007 l-allokazzjoni skont il-pajjiż tal-oriġini għandha tkun:
Il-kwoti għall-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Kroazja għas-sena tas-suq 2006/2007 għandhom jinfetħu mill-1 ta' Jannar 2007 biss.” |
(5) |
L-Artikolu 29(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. L-applikazzjonjiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor tal-Balkani mit-territorji doganali tal-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo, jew il-Kroazja għandhom ikunu akkumpanjati mill-oriġinali tal-liċenzja tal-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tat-territorji doganali tal-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo jew il-Kroazja inkonformità mal-mudell fl-Anness II għal kwantità ekwivalenti għal dik fl-applikazzjoni għal-liċenzja.” |
(6) |
L-Anness I qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1585/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 19).
(3) ĠU L 341, 7.12.2006, p. 31.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, it-tabella li tikkonċerna n-numi tas-serje għaz-zokkor tal-Balkani hija sostiwita b'dan li ġej:
“Numri tas-serje għaz-zokkor tal-Balkani
Pajji — terz |
Numru tas-serje |
L-Albanija |
09.4324 |
Il-Bożnja u l-Erzegovina |
09.4325 |
Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo |
09.4326 |
L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
09.4327 |
Il-Kroazja |
09.4328” |