9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

470


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2002/2006

tal-21 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1782/2003 tad-29 Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u partikolarment l-Artikolu 145(c) tiegħu,

Billi,

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 (2)

(2)

Article 54(3) of Regulation (EC) No 1782/2003 provides that farmers shall set aside from production the hectares eligible for set-aside entitlements and Article 56(1) of that Regulation stipulates that the use of land declared as set aside for agricultural purpose is in general prohibited. L-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi illi l-bdiewa għandhom iwarrbu mill-produzzjoni dawk l-ettari eliġibbli għad-drittijiet għall-art imwarrba u l-Artikolu 56(1) ta' dak ir-Regolament jistipula illi l-użu ta' art iddikjarata mwarrba għal skop agrikolu huwa inġenerali projbit.

(3)

L-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 jiddisponi li dawk iż-żoni mwarrba jridu jibqgħu hekk għal perjodu li jibda l-iktar tard fil-15 ta' Jannar u jispiċċa l-iktar kmieni fil-31 ta' Awwissu.

(4)

Il-Kummissjoni ta' spiss ipprovdiet għal derogi minn dawk ir-regoli sabiex taqdi l-bżonnijiet tal-bdiewa għall-għalf f'reġjuni milquta b'diżastri naturali, b'mod partikolari, b'nuqqas ta' xita. Iċ-ċirkostanzi speċjali ta' diżastru naturali lokali jinħtieġu analiżi u deċiżjoni fi żmien xieraq. L-esperjenza turi illi sabiex wieħed jaffronta sitwazzjoniet lokali b'mod u fi żmien ikun xieraq illi l-Istati Membri jingħataw ir-responsabbiltà għal dawn id-deċiżjonjiet, sakemm dan ikun iġġustifikat minn ċirkustanzi eċċezzjonali.

(5)

Huwa għalhekk xieraq illi l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjoni illi jirrikonoxxu diżastri naturali gravi illi jaffettwaw serjament l-art f'impriżi f'reġjun partikolari u sabiex jawtorizzaw lill-produtturi kollha affettwati sabiex jutilizzaw art dikjarata mwarrba għall-għalf tal-annimali fi żmien xieraq u jinnotifikawha lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'deċiżjonjiet nazzjonali ta' dan it-tip u partikolarment bil-kondizzjonjiet klimatiċi ħżiena li jiġġustifikawhom.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(7)

Il-miżuri li hemm stabbiliti fir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 32 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 40(4)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-produtturi kollha affettwati sabiex jużaw l-art imwarrba għall-għalf tal-annimali għas-sena tal-applikazzjoni unika. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw illi ż-żona mwarrba soġġetta għall-awtorizzazzjoni ma tintużax għal skopijiet ta' qliegħ, u b'mod partikolari illi l-ebda għalf prodott u mwarrab ma jinbiegħ.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom dwar l-awtorizzazzjoni u l-ġustifikazzjoni tagħha.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1).

(2)   ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1291/2006 (ĠU L 236, 31.8.2006, p. 20).