1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
638 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1980/2006
ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006
li jistabbilixxi miżuri tranżitorji li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 2001/245/KEE, 2002/928/KE u 2006/797/KE fir-rigward ta' l-issoktar ta' l-użu ta' ċerti sustanzi attivi li mhumiex inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija
(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 (1) u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/245/KEE (2), 2002/928/KEE (3) u 2006/797/KE (4) fihom dispożizzjonijiet għall-esklużjoni ta' ċerti sustanzi attivi mill-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u għall-irtirar mill-Istati Membri ta' l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi. Dawk l-atti jipprovdu għal derogi li jippermettu l-issoktar ta' l-użu ta' ftit minn dawk is-sustanzi għal perjodu limitat ta' żmien sakemm jiġu żviluppati alternattivi oħrajn. |
(2) |
Il-Bulgarija applikat għal miżuri tranżitorji għal ċerti sustanzi attivi sabiex tiżgura li l-produzzjoni tkun tista' titwaqqaf gradwalment jew li dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 91/414/KEE jkun jista' jiġi ppreżentat. |
(3) |
Ġiet ippreżentata u evalwata informazzjoni mill-Kummissjoni flimkien ma’ esperti minn Stati Membri li wriet il-ħtieġa għall-issoktar ta' l-użu tas-sustanzi kkonċernati. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li jkun permess, taħt kundizzjonijiet stretti mmirati lejn il-minimizzazzjoni ta' kwalunkwe riskju possibbli, perjodu itwal għall-irtirar ta' l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal użi essenzjali li għalihom għad m'hemmx alternattivi. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 2001/245/KEE, 2002/928/KEE u 2006/797/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2 jiżdied il-paragrafu 4 li jmiss: “4. B'deroga mill-paragrafu 3, għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi elenkati fil-kolonna A ta' l-Anness II, il-Bulgarija tista' żżomm fis-seħħ l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi għall-użi elenkati fil-kolonna C sat-30 ta' Ġunju 2009 bil-kundizzjoni li:
Il-Bulgarija għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li ttieħdu għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, u b’mod partikolari dwar l-azzjonijiet li ttieħdu skond il-punti (a) sa (d), sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.” |
(2) |
Fl-Artikolu 3 jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
(3) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2001/245/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
2. B'deroga mill-paragrafu 1, għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom iż-zineb, il-Bulgarija tista' żżomm fis-seħħ l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza għall-użu f'uċuħ ta' l-ortokultura, dwieli, tabakk, tuffieħ u frott ta' l-għadma, bil-kundizzjoni li:
Il-Bulgarija għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li ttieħdu għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, u b’mod partikolari dwar l-azzjonijiet li ttieħdu skond il-punti (a) sa (d), sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.” |
(2) |
Fl-Artikolu 3 jiżdied paragrafu ieħor: “B'deroga mill-ewwel paragrafu, kwalunkwe konċessjoni ta' żmien mogħtija lill-Bulgarija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi msemmija fl-Artikolu 2(2), għandha tkun qasira kemm jista' jkun u għandha tiskadi mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009.” |
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2002/928/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2 jiżdied il-punt (d) li ġej:
Il-Bulgarija għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li ttieħdu għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, u b’mod partikolari dwar l-azzjonijiet li ttieħdu skond il-punti (a) sa (d), sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.” |
(2) |
Fl-Artikolu 3 jiżdied il-punt c) li ġej:
|
(3) |
Fl-Anness, fil-linja li tirreferi għal benomyl, taħt il-kolonna B tiddaħħal il-kelma “Bulgarija” u taħt il-kolonna C jiżdiedu l-kliem “Ristrett għal utenti professjonali bit-tagħmir protettiv xieraq. Dwieli, ħawħ, tadam u tabakk”. |
Artikolu 4
Id-Deċiżjoni 2006/797/KE hi emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. B'deroga mill-ewwel paragrafu, u mill-Artikolu 2, il-Bulgarija tista' żżomm fis-seħħ l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sodium tetrathiocarbonate għall-użi elenkati fil-kolonna C sat-30 ta' Ġunju 2009 bil-kundizzjoni li:
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li ttieħdu għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, u b’mod partikolari dwar l-azzjonijiet li ttieħdu skond il-punti (a) sa (d) ta' kull paragrafu, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.” |
(2) |
Fl-Artikolu 4, it-tielet paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Fejn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu rtirati skond l-Artikolu 3(1) sa mhux iktar tard mil-31 ta’ Mejju 2010, il-perjodu għandu jiskadi sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru 2010. Fejn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu rtirati skond l-Artikolu 3(3) sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ l-2009, il-perjodu għandu jiskadi sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009.” |
(3) |
Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2006/797/KE, it-titolu ta' l-Anness jinbidel bil-kliem “Lista ta' awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) u 3(2)”. Fil-linja li tirreferi għal Sodium tetrathiocarbonate, taħt il-kolonna B tiddaħħal il-kelma “Bulgarija” u taħt il-kolonna C jiżdiedu l-kliem “Diżinfezzjoni tal-ħamrija fl-ortikoltura u d-dwieli”. |
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 319, 23.11.2002, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) No 1335/2005, (ĠU L 211, 13.8.2005, p. 6).
(2) ĠU L 88, 28.3.2001, p. 19.
(3) ĠU L 322, 27.11.2002, p. 53. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1335/2005.
(4) ĠU L 324, 23.11.2006, p. 8.