1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

636


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1978/2006

tat-22 ta’ Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) 448/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 rigward ir-rappurtaġġ dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni u dwar l-użu mill-ġdid tal-fondi kkanċellati

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 147 tat-Trattat,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar l-Istrutturi għas-Sajd u l-Akkwakultura,

Billi

(1)

L-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2001 (2) jobbligaw lill-Istati Membri li jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-proċedimenti ta’ kanċellazzjoni, il-passi diġà meħuda jew meħtieġa sabiex jiġu aġġustati s-sistemi ta’ mmaniġġjar u kontroll, u biex tiġi infurmata dwar l-użu mill-ġdid ta’ fondi kkanċellati u l-emenda tal-pjan finanzjarju għall-għajnuna.

(2)

Matul l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 448/2001, l-esperjenza wriet il-bżonn li tikkjarifika u tissimplifika dawk il-kundizzjonijiet.

(3)

B’mod partikolari, l-informazzjoni li trid tiġi provduta lill-Kummissjoni għandha tkun limitata għall-ammonti totali tan-nefqa, per miżura, irtirati mill-programm ikkonċernat bħala riżultat tal-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni pubblika kollha jew parti minnha għal operazzjonijiet, u għal informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid attwali tal-fondi rilaxxati wara rtirar ta’ spiża simili. L-informazzjoni dwar l-aġġustamenti għas-sistemi ta’ mmaniġġjar u kontroll huwa fornut mill-Istati Membri fir-rapporti annwali meħtieġa mill-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 fir-rigward tas-sistemi ta’ mmaniġġjar u kontroll għall-għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali (3).

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 448/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Konverżjoni tar-Reġjuni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 448/2001 għandu emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 2(3) għandu jiġi mibdul b’li ġej:

“3.   Mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni meħtieġa dwar irkupri taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nr 438/2001 (*1), l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, bħala anness għall-aħħar rapport ta’ kull tliet xhur tas-sena mogħti taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1681/94 (*2) dikjarazzjoni li tidentifika l-miżuri ta’ l-ammonti totali ta’ ffinanzjar pubbliku rtirat mid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa sottomessa matul is-sena preċedenti wara kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-operazzjonijiet.

(*1)   ĠU L 63, 3.3.2001, p. 21."

(*2)   ĠU L 178, 12.7.1994, p. 43.” "

2.

It-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 3(2) għandha tiġi mibdula b’li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jinfuraw lill-Kummissjoni fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 2(3) bil-mod li l-fondi tal-Komunità rilaxxati wara rtirar tan-nefqa mill-programm ġew użati mill-ġdid.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħh fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikkazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kumissjoni

Danuta HÜBNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emenda l-aħħart bir-Regolament (KE) Nru 173/2005 (ĠU L 29, 2.2.2005, p. 3) kif revokat bir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25) mill-ewwel ta’ 1 Jannar 2007.

(2)   ĠU L 64, 6.3.2001, p. 13.

(3)   ĠU L 63, 3.3.2001, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament Nru 2355/2002 (ĠU L 351, 28.12.2002, p. 42).