30.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT (KE) NRU 1921/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Diċembru 2006
dwar il-preżentazzjoni ta' data ta' l-istatistika dwar l-iżbark ta' prodotti tas-sajd fl-Istati Membri u li tħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1382/91
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1382/91 tal-21 ta' Mejju 1991 dwar il-preżentazzjoni ta' data dwar l-iżbark ta' prodotti tas-sajd fl-Istati Membri (2) jeħtieġ lill-Istati Membri jissottomettu data dwar il-kwantitajiet u l-prezzijiet medji tal-prodotti tas-sajd li jiġu żbarkati fit-territorju tagħhom. |
(2) |
L-esperjenza wriet li l-analiżi tas-suq għall-prodotti tas-sajd u analiżi ekonomiċi oħra ma jiġux affettwati b'mod ħażin jekk id-data tiġi ppreżentata taħt leġiżlazzjoni Komunitarja kull sena minflok kull xahar. |
(3) |
L-analiżi jittejbu jekk id-data titqassam skond l-istat tal-bandiera tal-bastimenti tas-sajd li jwettqu l-iżbarki. |
(4) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 1382/91 jimponi limitu fuq kemm it-tekniki għat-teħid ta' kampjuni huma permessi meta l-ġbir u l-kumpilazzjoni ta' data jpoġġu piż eċċessiv fuq ċerti awtoritajiet nazzjonali. Sabiex tittejjeb u tiġi ssimplifikata s-sistema għall-preżentazzjoni ta' data, huwa xieraq li dan ir-Regolament jiġi sostitwit bi strument ġdid. Għalhekk ir-Regolament (KEE) Nru 1382/91 għandu jitħassar. |
(5) |
Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' qafas legali komuni għal produzzjoni sistematika ta' data ta' l-istatistika Komunitarja dwar l-iżbarki ta' prodotti tas-sajd fl-Istati Membri, ma jistax jintlaħaq b'mod sodisfaċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja (3) jipprovdi qafas ta' referenza għall-istatistika fil-qasam tas-sajd. B'mod partikolari, jeħtieġ il-konformità ma' prinċipji ta' imparzjalità, kredibilita', relevanza, effettività fl-infiq, kunfidenzjalità ta' l-istatistika u trasparenza. |
(7) |
Huwa importanti li tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u, sabiex dan iseħħ, li jsir provvediment għal proċedura Komunitarja biex tgħin tiddetermina l-arranġamenti ta' implimentazzjoni fi skeda ta' żmien approprjata u biex isiru l-adattamenti tekniċi meħtieġa. |
(8) |
Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (4). |
(9) |
Peress li d-data ta' l-istatistika dwar l-iżbark ta' prodotti tas-sajd hija għodda essenzjali għall-ġestjoni tal-Politika Komuni dwar is-Sajd, huwa xieraq li jkun provvediment għall-possibiltà li l-proċedura ta' ġestjoni prevista mid-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-għotja ta' perjodi ta' transizzjoni lill-Istati Membri għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament u derogi sabiex jeskludu data' ta' l-istatistika li tkopri settur partikolari ta' l-industrija tas-sajd mid-data ta' l-istatistika nazzjonali ppreżentata. |
(10) |
Min-naħa l-oħra, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom dawn l-Annessi għandhom jiġu addattati teknikament. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju li jipprovdi għaliha l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1) |
“bastimenti tas-sajd Komunitarji” tfisser bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u reġistrati fil-Komunità; |
2) |
“bastimenti tas-sajd ta' l-EFTA” tfisser bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' pajjiż ta' l-EFTA, jew li huma reġistrati fih; |
3) |
“Valur ta' unità” tfisser:
|
Artikolu 2
Obbligi ta' l-Istati Membri
1. Kull sena kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni data ta' l-istatistika dwar il-prodotti tas-sajd li ġew żbarkati fit-terittorju tiegħu minn bastimenti għas-sajd tal-Komunità u ta' l-EFTA (minn hawn 'il quddiem imsejħa “data ta' l-istatistika”).
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-prodotti tas-sajd li ġejjin għandhom ikunu meqjusa li ġew żbarkati fit-territorju ta' l-Istat Membru li jirrappurtahom:
(a) |
prodotti li ġew żbarkati minn bastimenti tas-sajd jew partijiet oħra tal-flotta tas-sajd fil-portijiet nazzjonali fi ħdan il-Komunità; |
(b) |
prodotti li ġew żbarkati minn bastimenti għas-sajd ta' l-Istat Membru li jirrappurtahom f'portijiet li mhumiex tal-Komunità u li huma koperti bil-formola T2M li tinsab fl-Anness 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (5). |
Artikolu 3
Kumpilazzjoni ta' data ta' l-istatistika
1. Id-data ta' l-istatistika għandha tkopri l-iżbarki kollha fuq it-territorju nazzjonali fi ħdan il-Komunità.
2. Tekniki tat-teħid ta' kampjuni jistgħu jintużaw fejn, minħabba l-karatteristiċi strutturali ta' settur partikolari tas-sajd ta' Stat Membru, il-ġbir komprensiv ta' data tirriżulta f'diffikultajiet għall-awtoritajiet nazzjonali li huma sproporzjonati ma' l-importanza ta' dak is-settur.
Artikolu 4
Data ta' l-istatistika
Id-data ta' l-istatistika għandha tkun relatata mal-kwantitajiet totali u l-valuri ta' unità tal-prodotti tas-sajd li ġew żbarkati fis-sena tal-kalendarju ta' referenza.
Il-varjabbli li għalihom id-data ta' l-istatistika trid tiġi ppreżentata, id-definizzjonijiet tagħhom u n-nomenklaturi relevanti huma mogħtija fl-Annessi II, III u IV.
Artikolu 5
Preżentazzjoni ta' data ta' l-istatistika
L-Istati Membri għandhom jissottomettu d-data ta' l-istatistika lill-Kummissjoni fuq bażi annwali skond il-format speċifikat fl-Anness I u bl-użu tal-kodiċijiet stabbiliti fl-Annessi II, III u IV.
Id-data ta' l-istatistika għandha tiġi ppreżentata fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena tal-kalendarju ta' referenza.
Artikolu 6
Metodoloġija
1. Sa 19 ta' Januar 2008, kull Stat Membru għandu jippreżenta rapport metodoloġiku dettaljat lill-Kummissjoni li fih jiddeskrivi kif id-data tkun inġabret u kif l-istatistika ġiet ikkumpilata. Dak ir-rapport għandu jinkludi d-dettalji tat-tekniki kollha għat-teħid tal-kampjuni u evalwazzjoni tal-kwalità ta' l-estimi li jirriżultaw.
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapporti u tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha lill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika ta' l-Agrikultura (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”) stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE (6).
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull bidla fl-informazzjoni provduta taħt il-paragrafu 1 fi żmien tliet xhur mill-introduzzjoni ta' tali bidla. Għandhom jgħaddu wkoll lill-Kummissjoni dettalji ta' kull bidla sostanzjali fil-metodi tal-ġbir li jintużaw.
Artikolu 7
Perjodi ta' tranżizzjoni
Perjodi ta' tranżizzjoni għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolment, li ma jdumux aktar minn tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu jistgħu jingħataw lill-Istati Membri skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 8
Derogi
1. Fejn l-inklużjoni fl-istatistika ta' settur partikolari ta' l-industrija tas-sajd ta' Stat Membru tkun ser toħloq diffikultajiet għall-awtoritajiet nazzjonali li huma sproporzjonati ma' l-importanza ta' dak is-settur, tista' tingħata deroga skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2), li tippermetti lill-Istat Membru jeskludi d-data ta' l-istatistika li tkopri lil dak is-settur mid-data ta' l-istatistika nazzjonali ppreżentata.
2. Fejn Stat Membru jitlob deroga taħt il-paragrafu 1, għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, bħala appoġġ għat-talba, rapport dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-iżbarki kollha fit-territorju tagħhom.
Artikolu 9
Aġġornament ta' l-annessi
Il-miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' l-addattament tekniku ta' l-Annessi għandhom ikun adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).
Artikolu 10
Evalwazzjoni
Sa 19 ta' Januar 2010, u għal kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-data ta' l-istatistika miġbura skond dan ir-Regolament u b'mod partikolari dwar ir-relevanza u l-kwalità tagħha. Ir-rapport għandu janalizza wkoll l-effettività fl-infiq tas-sistema wżata għall-ġbir u għall-ipproċessar tad-data ta' l-istatistika u għandu jippreżenta l-aħjar prattiċi sabiex jitnaqqas l-ammont ta' xogħol għall-Istati Membri u jtejjeb l-użu u l-kwalità tad-data ta' l-istatistika.
Artikolu 11
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'rigward għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 12
Tħassir
Ir-Regolament (KEE) Nru 1382/91 huwa permezz ta' dan imħassar.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 18 ta' Diċembru 2006
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORREL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
J.-E. ENESTAM
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2006 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Novembru 2006 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2006 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 133, 28.5.1991, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(3) ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(5) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).
ANNESS I
FORMAT TAD-DATA TA' L-ISTATISTIKA SOTTOMESSA
Format tal-fajl tad-data ta' l-istatistika
Id-data ta' l-istatistika għandha tiġi ppreżentata f'fajl li fih kull rekord tinkludi l-oqsma indikati hawn taħt. Dawn l-oqsma għandhom ikunu separati b'virgola (“,”).
Qasam |
Nota |
Anness |
Sena ta’ referenza |
4 numri (e.ż. 2003) |
|
Pajjiż li qed jirraporta |
Kodiċi Alfa-3 |
Anness II |
Speċi jew grupp ta’ speċi |
Kodiċi internazzjonali alfa-3 (*) |
- |
Stat tal-bandiera |
Kodiċi Alfa-3 |
Anness II |
Preżentazzjoni |
|
Anness III |
Użu intenzjonat |
|
Anness IV |
Kwantità |
Tunnellati li ġew żbarkati (sa l-ewwel punt deċimali) |
|
Valur ta’ unità |
Munità nazzjonali għal kull tunnellata |
|
Kwantitajiet ta' inqas minn 50 kg tal-piż li ġie żbarkat għandhom jiġu rreġistrati bħala “0,0”.
(*) Lista sħiħa tal-kodiċijiet alfa-3 internazzjonali ta' l-ispeċi tinstab fil-fajl ASFIS ta' l-FAO (http://www.fao.org/fi/statist/fisoft/asfis/asfis.asp)
ANNESS II
LISTA TAL-KODIĊIJIET TAL-PAJJIŻ
Pajjiż |
Kodiċi |
Il-Belġju |
BEL |
Ir-Repubblika Ċeka |
CZE |
Id-Danimarka |
DNK |
Il-Ġermanja |
DEU |
L-Estonja |
EST |
Il-Greċja |
GRC |
Spanja |
ESP |
Franza |
FRA |
L-Irlanda |
IRL |
L-Italja |
ITA |
Ċipru |
CYP |
Il-Latvja |
LVA |
Il-Litwanja |
LTU |
Il-Lussemburgu |
LUX |
L-Ungerija |
HUN |
Malta |
MLT |
L-Olanda |
NLD |
L-Awstrija |
AUT |
Il-Polonja |
POL |
Il-Portugall |
PRT |
Is-Slovenja |
SVN |
Is-Slovakkja |
SVK |
Il-Finlandja |
FIN |
L-Iżvezja |
SWE |
Ir-Renju Unit |
GBR |
l-Iżlanda |
ISL |
In-Norveġja |
NOR |
Oħrajn |
OTH |
ANNESS III
LISTA TA' KODIĊIJIET TAL-PREŻENTAZZJONI
Parti A
Lista
Preżentazzjoni |
Kodiċi |
Frisk (mhux speċifikat) |
10 |
Frisk (sħiħ) |
11 |
Frisk (imnaddaf) |
12 |
Frisk (dnieb) |
13 |
Frisk (imqatta’) |
14 |
Frisk (imnaddaf u mingħajr ras) |
16 |
Frisk (ħaj) |
18 |
Frisk (ieħor) |
19 |
Friżat (mhux speċifikat) |
20 |
Friżat (sħiħ) |
21 |
Friżat (imnaddaf) |
22 |
Friżat (dnieb) |
23 |
Friżat (imqatta’) |
24 |
Friżat (mhux imqatta’) |
25 |
Friżat (imnaddaf u mingħajr ras) |
26 |
Friżat (imnaddaf) |
27 |
Friżat (mhux imnaddaf) |
28 |
Friżat (ieħor) |
29 |
Immellaħ (mhux speċifikat) |
30 |
Immellaħ (sħiħ) |
31 |
Immellaħ (imnaddaf) |
32 |
Immellaħ (imqatta’) |
34 |
Immellaħ (imnaddaf u mingħajr ras) |
36 |
Immellaħ (ieħor) |
39 |
Affumikat |
40 |
Imsajjar |
50 |
Imsajjar (iffriżat u ppakkjat) |
60 |
Imnixxef (mhux speċifikat) |
70 |
Imnixxef (sħiħ) |
71 |
Imnixxef (imnaddaf) |
72 |
Imnixxef (imqatta’) |
74 |
Imnixxef (imnaddaf u mingħajr ras) |
76 |
Imnixxef (mingħajr ġilda) |
77 |
Imnixxef (oħra) |
79 |
Sħiħ (mhux speċifikat) |
91 |
Dwiefer |
80 |
Bajd |
85 |
Il-preżentazzjoni mhux magħrufa |
99 |
Parti B
Noti
1. |
Imqatta': biċċiet ta' laħam maqtugħa b'mod parallel mas-sinsla tal-ħuta u li jikkonsistu fin-naħa tal-lemin jew tax-xellug tal-ħuta, sakemm ir-ras, il-vixxri, il-ġwienaħ (dorsali, anali, tad-denb, ventrali u pettorali) u x-xewk (vertebrali jew is-sinsla ewlenija, ventrali jew kostali, bronkjali jew ta' l-istirrup, eċċ.) ġew imneħħija u ż-żewġ naħat mhumiex konnessi, per eżempju permezz tad-dahar u ta' l-istonku. |
2. |
Ħut sħiħ: ħut mhux imnaddaf. |
3. |
Imnaddaf: klamari fejn l-idejn, ir-ras u l-organi interni tneħħew mill-ġisem. |
4. |
Ħut iffriżat: ħut li kien soġġett għall-iffriżar b'mod li jippriserva l-kwalità inerenti tal-ħut billi t-temperatura medja titnaqqas għal -18 °C jew aktar baxxa u li mbagħad jinżamm f'temperatura ta' -18 °C jew anqas. |
5. |
Ħut frisk: ħut li ma ġiex ippriservat, trattat, iffriżat jew trattat b'xi mod ieħor ħlief li ġie mkessaħ. Ġeneralment dawn jiġu ppreżentati sħaħ jew mnaddfa. |
6. |
Ħut immellaħ: ħut li spiss ikun imnaddaf u mingħajr ras, ippriservat fil-melħ jew fis-salmura. |
ANNESS IV
LISTA TA' KODIĊIJIET GĦALL-UŻU INTENZJONAT TAL-PRODOTTI TAS-SAJD
Parti A
Lista
Destinazzjoni |
Kodiċi |
Tip ta' preżentazzjonijiet |
Konsum mill-bniedem |
1 |
Mandatorji |
Użu industrijali |
2 |
Mandatorji |
Irtirat mis-suq |
3 |
Fakultattiv |
Lixka |
4 |
Fakultattiv |
Għalf ta’ l-annimali |
5 |
Fakultattiv |
Skart |
6 |
Fakultattiv |
Użu intenzjonat mhux magħruf |
9 |
Fakultattiv |
Parti B
Noti
1. |
Konsum mill-bniedem: il-prodotti tas-sajd kollha li jinbiegħu ma' l-ewwel bejgħ għall-konsum mill-bniedem jew li jiġu żbarkati taħt kuntratt jew ftehim ieħor għall-konsum mill-bniedem. Esklużi hawn huma l-kwantitajiet intenzjonati għall-konsum mill-bniedem imma li, fil-ħin ta' l-ewwel bejgħ, jiġu rtirati mis-suq għall-konsum tal-bniedem minħabba kundizzjonijiet tas-suq jew regolamenti ta' l-iġjene jew għal raġunijiet simili. |
2. |
Użu industrijali: il-prodotti tas-sajd kollha li ġew żbarkati speċifikament sabiex isiru ikel jew żejt għall-konsum mill-annimali, u kwantitajiet, li għalkemm oriġinarjament kienu intenzjonati għall-konsum mill-bniedem, ma nbiegħux għal dak l-iskop ma' l-ewwel bejgħ. |
3. |
Irtirat mis-suq: il-kwantitajiet li oriġinarjament kienu intenzjonati għall-konsum mill-bniedem imma li, fil-waqt ta' l-ewwel bejgħ, ġew irtirati mis-suq minħabba kundizzjonijiet tas-suq jew regolamenti ta' l-iġjene jew għal raġunijiet simili. |
4. |
Lixka: il-kwantitajiet ta' ħut frisk li huma intenzjonati għall-użu bħala lixka f'attivitajiet oħra ta' sajd. Eżempju huwa l-lixka użata fis-sajd għat-tonn bil-konz u s-sunnara. |
5. |
Għalf ta' l-annimali: il-kwantitajiet ta' ħut frisk li huma intenzjonati għall-konsum dirett mill-annimali. Kwantitajiet intenzjonati għal ipproċessar ta' ikel tal-ħut u żejt mhumiex inklużi. |
6. |
Skart: ħut jew partijiet tagħhom li minħabba l-istat tagħhom ser jinqerdu qabel ma jiġu żbarkati. |
7. |
Użu intenzjonat mhux magħruf: il-kwantitajiet ta' ħut li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda mill-kategoriji msemmijin hawn fuq. |