10.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

456


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1913/2006

tal-20 ta’ Diċembru 2006

li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja tal-ewro fis-settur agrikolu u jemenda ċerti regolamenti

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-ewro (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 ta’ dan

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-ewro fl-agrikoltura (2) ġie emendat b’mod sostanzjali minn żmien l-adozzjoni tiegħu. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens relatati mal-valutazzjonijiet mill-ġdid apprezzabbli u mat-tnaqqis fir-rati tal-kambju applikati għall-għajnuna diretta issa m'għadhomx japplikaw skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98. Fl-interessi taċ-ċarezza u s-simplifikazzjoni, ir-Regolament (KE) Nru 2808/98 għalhekk għandu jiġi revokat u sostitwit b’Regolament ġdid.

(2)

L-avvenimenti operattivi għar-rati tal-kambju applikabbli għas-sitwazzjonijiet differenti li jistgħu jinqalgħu fil-qafas tal-leġislazzjoni agrikola għandhom jiġu stabbiliti, mingħajr ħsara għal kwalunkwe definizzjoni jew eżenzjoni speċifika stipulata fir-regoli għas-setturi konċernati fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98.

(3)

Fir-rigward tal-prezzijiet jew l-ammonti kollha li għandhom jiġu stabbiliti fil-qafas tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-dwana hija l-avveniment operattiv l-aktar xieraq għall-kisba tal-għan kummerċjali konċernat. L-istess japplika għar-rimborżi tal-esportazzjoni u għall-istabbiliment tal-prezz tad-dħul tal-frott u l-ħxejjex fil-Komunità, li fuq il-bażi tagħhom il-prodotti jiġu klassifikati fit-Tariffa Komuni Doganali. Dan l-avveniment operattiv għalhekk għandu jiġi adottat.

(4)

Il-prezz tad-dħul tal-frott u l-ħxejjex fil-Komunità jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-valur standard tal-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (3). Il-prezzijiet rappreżentattivi fis-swieq tal-importazzjoni jintużaw għall-kalkolu tal-ammont standard. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għal dawk il-prezzijiet għandu jiġi stabbilit fid-data li japplikaw fiha.

(5)

Għar-rimborżi tal-produzzjoni, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju huwa bħala regola ġenerali konness mal-ikkompletar ta’ ċerti formalitajiet speċifiċi. Sabiex jiġu armonizzati r-regoli, għandu jiġi stabbilit li l-avveniment operattiv huwa d-data li fiha l-prodotti jiġu dikjarati li laħqu d-destinazzjoni mixtieqa, fejn destinazzjoni bħal din hija mixtieqa, u fil-każijiet l-oħra kollha huwa l-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni għall-ħlas tar-rimborż mill-aġenzija tal-ħlas.

(6)

Fil-każ tal-għajnuna għall-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru u l-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jintroduċi skema ta’ għajnuna tal-Komunità għall-produtturi ta’ ċertu frott taċ-ċitru (4) u fl-Artikoli 2 u 6a(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (5) rispettivament, għall-prezz minimu msemmi fl-Artikolu 6a(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, u għall-għajnuna għall-foraġġ imnixxef imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef (6), l-għan kummerċjali jinkiseb meta l-prodotti jinxtraw mill-proċessur. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għalhekk għandu jiġi stabbilit fuq din il-bażi.

(7)

Għall-għajnuna mogħtija permezz ta’ kwantità ta’ prodott kummerċjalizzat jew li għandu jintuża f’mod speċifiku, l-obbligu li jrid ikun hemm konformità miegħu għall-finijiet tal-għoti tal-għajnuna huwa avveniment li jiggarantixxi l-użu xieraq tal-prodotti konċernati. Ix-xiri tal-prodotti mill-operatur konċernat huwa prerekwiżit li jippermetti l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kontrolli jew l-ispezzjonijiet meħtieġa fuq il-kontijiet tal-operatur u li jiggarantixxi trattament uniformi tal-fajls. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għalhekk għandu jiġi stabbilit fir-rigward tax-xiri tal-prodotti.

(8)

Għal għajnuna oħra mogħtija fis-settur agrikolu, is-sitwazzjonijiet jistgħu jvarjaw ħafna. Madankollu, it-tali għajnuna tingħata dejjem fuq il-bażi ta’ applikazzjoni u fi żmien id-dati tal-iskadenza stabbiliti bil-leġislazzjoni. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju f'dan il-każ għalhekk għandu jiġi stabbiliti bħala d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

(9)

Fil-każ tal-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I għal u l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (7), l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju hu definit bl-Artikolu 45 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (8). Għandha ssir referenza għal din id-dispożizzjoni.

(10)

Fil-każ tal-prezzijiet, primjums u għajnuna fis-settur tal-inbid stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (9), l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun konness, skont il-każ, mad-data tal-bidu tas-sena tal-inbid, l-applikazzjoni ta’ kuntratti speċifiċi jew il-kompletar ta’ ċerti operazzjonijiet bħall-arrikiment jew l-ipproċessar tal-prodotti tal-inbid. L-avveniment operattiv li għandu jiġi kkunsidrat għalhekk għandu jkun speċifikat għal kull sitwazzjoni.

(11)

Is-sitwazzjonijiet li jridu jiġu kkunsidrati sabiex jiġi stabbilit l-avveniment operattiv huma differenti ħafna għall-għajnuna fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib imsemmija fl-Artikolu 1(b)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar miżuri għad-disponiment ta' krema, butir u butir ikkonċentrat fis-suq tal-Komunità (10), fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2799/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-għalf tal-annimali u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat (11), fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2707/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 li jipprovdi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-ħalib u ċerti prodotti mill-ħalib lit-tfal tal-iskola fi stabbilimenti tal-edukazzjoni (12), fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2921/90 tal-10 ta' Ottubru 1990 dwar għajnuna għall-produzzjoni ta’ kaseina u kaseinati magħmulin minn ħalib xkumat (13), u għat-taxxa msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (14). L-avveniment operattiv għalhekk għandu jiġi stabbilit skont in-natura speċifika ta’ kull waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet.

(12)

Fil-każ tal-ispejjeż tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta' Diċembru 1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema (15) u fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003rigward interventi fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat (16), l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun ibbażat fuq id-data tas-sottomissjoni tal-offerti taħt kuntratti pubbliċi. Dan l-avveniment operattiv għalhekk għandu jiġi stabbilit bħala d-data li fiha l-awtorità kompetenti tirċievi offerta ammissibbli għall-kuntratt tat-trasport korrispondenti.

(13)

Il-prezz ta’ referenza għaz-zokkor u l-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (17) huma konnessi fil-qrib u għandhom ikunu magħrufa mill-operaturi għas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni sħiħa. L-istess għandu japplika għall-ammont ta' darba ntaxxat fuq il-kwoti addizzjonali taz-zokkor u fuq il-kwoti supplimentari tal-isoglukosju, u għall-ammont żejjed u t-tariffa fuq il-produzzjoni msemmija fl-Artikoli 8(3), 9(3), 15 u 16 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għal dawn il-prezzijiet għalhekk għandu jiġi stabbilit viċin kemm jista’ jkun iżda qabel id-data tal-ħsad.

(14)

Fil-każ tal-ammonti ta’ karattru strutturali jew ambjentali msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar sostenn għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (18), u l-ammonti approvati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (EAGF) (19), li l-pagamenti tagħhom huma żgurati permezz tal-programmi għall-iżvilupp rurali approvati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-ammonti huma stabbiliti għal sena ta' kummerċjalizzazzjoni jew sena kalendarja. L-għan kummerċjali għalhekk jinkiseb jekk l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju jiġi stabbilit għas-sena konċernata. Fuq il-bażi ta’ dan, l-avveniment operattiv għandu jiġi stabbilit għall-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha tittieħed id-deċiżjoni li tingħata għajnuna.

(15)

Is-somom f'daqqa imsemmija fil-punt 3 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1433/2003 tal-11 ta’ Awwissu 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar il-fondi operattivi, il-programmi operattivi u l-għajnuna finanzjarja (20), maħsuba biex ikopru l-ispejjeż ġenerali speċifikament relatati mal-fondi operattivi jew il-programmi msemmija fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (21), huma stabbiliti għal sena partikolari. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għalhekk għandu jiġi stabbilit għall-1 ta' Jannar tas-sena li għaliha jirrelataw dawn l-ispejjeż ġenerali.

(16)

Għal prezzijiet u ammonti oħra konnessi ma’ dawk il-prezzijiet, l-għan kummerċjali jinkiseb mad-dħul fis-seħħ tal-att legali fuq il-bażi li jiġu stabbiliti dawk il-prezzijiet u l-ammonti. Madankollu, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jikkorrelata wkoll mal-obbligi tal-kontabilità u tar-rappurtaġġ tal-operaturi u l-Istati Membri. Bħala konsegwenza, għas-simplifikazzjoni tal-ġestjoni, avveniment wieħed operattiv għandu jiġi stabbilit għall-prezzijiet u l-ammonti kollha relatati ma’ ċertu tip ta’ operazzjoni li sseħħ f'perjodu partikolari, sakemm ma jitbegħdux wisq mill-għan kummerjali, u l-ewwel jum tax-xahar li fih l-atti legali konċernati jidħlu fis-seħħ għandu jintuża għal dan il-għan.

(17)

Fil-każ ta’ ħlasijiet antiċipati u titoli tas-sigurtà, l-ammonti li jridu jitħallsu jew l-ammonti garantiti huma stabbiliti f’ewro skont il-leġislazzjoni agrikola u b’mod partikolari l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Ir-rata tal-kambju applikabbli għal dawn l-ammonti għalhekk għandha tkun viċin tad-data li fiha jitħallas il-ħlas antiċipat jew id-data li fiha jiġu depożitati l-garanziji. Jekk il-garanziji jintużaw, l-ammont ta' dawk il-garanziji għandu jkopri wkoll ir-riskji kollha li ġew stabbiliti għalihom. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju f'dawn iċ-ċirkostanzi għandu jiġi definit fuq il-bażi jew tal-ġurnata li fiha l-ammont tal-ħlas antiċipat jiġi stabbilit jew tiġi depożitata l-garanzija, jew id-data li fiha dawn jitħallsu.

(18)

Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) tal-miżuri ta' intervent taħt forma ta' operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku u l-kontabilità tal-operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku mill-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri (22), mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi u l-avvenimenti operattivi stipulati fl-Annessi għal dak ir-Regolament jew il-leġislazzjoni agrikola, l-infiq ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammonti stabbiliti f’ewro u l-infiq jew dħul fil-munita nazzjonali skont dak ir-Regolament jiġu konvertiti skont il-każ fil-munita nazzjonali jew f'ewro fuq il-bażi tal-aħħar rata tal-kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel is-sena ta' kontabilità li fiha l-operazzjonijiet jiġu reġistrati fil-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas, u dik ir-rata tal-kambju tapplika wkoll għall-imputazzjonijiet relatati mal-każijiet speċifiċi differenti msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk għandha ssir referenza għal dik id-dispożizzjoni.

(19)

L-istabbiliment, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, ta’ avveniment operattiv wieħed għall-ħlasijiet kollha diretti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għamel mhux applikabbli jew kontradittorji ċerti avvenimenti operattivi stipulati fil-leġislazzjoni agrikola settorali, b'mod partikolari r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1003/81 tal-10 ta’ April 1981 li jiddefinixxi l-avveniment operattiv fil-każ tal-bejgħ ta’ ċereali u ross miżmuma fil-ħażna mill-aġenziji tal- intervent (23), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3749/86 tad-9 ta' Diċembru 1986 li jistabbilixxi l-fatt operattiv għall-kalkolu ta’ taxxi u rifużjonijiet fis-settur tar-ross (24), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1713/93 tat-30 ta’ Ġunju 1993 li istabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-rata ta’ konverżjoni agrikola fis-settur taz-zokkor (25), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1718/93 tat-30 ta’ Ġunju 1993 dwar il-fatt operattiv għar-rati ta’ konverżjoni agrikoli użati fis-settur taż-żrieragħ (26), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1756/93 tat-30 ta’ Ġunju 1993 li jiffissa l-avvenimenti operattivi għar-rata ta’ konverżjoni agrikola applikabbli għall-ħalib u prodotti tal-ħalib (27), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1759/93 tal-1 ta’ Lulju 1993 dwar l-avvenimenti operattivi għar-rati ta’ konverżjoni agrikoli li għandhom jiġu applikati fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella (28), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1785/93 tat-30 ta' Ġunju 1993 dwar il-fatt operattiv għar-rati ta’ konverzjoni agrikoli użati fis-settur tal-fibri (29), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1793/93 tat-30 ta’ Ġunju 1993 dwar il-fatt operattiv għar-rati ta’ konverżjoni agrikoli użati fis-settur tal-ħops (30), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3498/93 tal-20 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-fatti operattivi applikabbli speċifikament għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa (31), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 594/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-avvenimenti operattivi applikabbli għall-prodotti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u għall-prodotti pproċessati tal-frott u l-ħxejjex (32) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 383/2005 tas- 7 ta' Marzu 2005 li jistabbilixxi l-avvenimenti operattivi għar-rati tal-kambju li japplikaw għall-prodotti tas-settur tal-inbid (33).

(20)

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1003/81, 3749/86, 1713/93, 1718/93, 1756/93, 1759/93, 1785/93, 1793/93 u (KE) Nru 3498/93, 594/2004 u 383/2005 għalhekk għandhom jiġu revokati.

(21)

Ir-regolamenti li ġejjin għalhekk għandhom jiġu emendati:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi r-regoli komuni dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (34);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3164/89 tat-23 ta’ Ottubru 1989 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġu applikati miżuri speċjali rigward iż-żerriegħa tal-qanneb (35);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3444/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tal-majjal (36);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3446/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż (37);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 tat-30 ta' Ġunju 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 u (KEE) Nru 1418/76 li jikkonċernaw ir-rifużjonijiet tal-produzzjoni fis-setturi taċ-ċereali u tar-ross rispettivament (38);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1858/93 tad-9 Lulju 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 rigward l-iskema tal-għajnuna sabiex tikkumpensa t-telf mid-dħul mill-marketing fis-settur tal-banana (39);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2825/93 tal-15 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 rigward l-istabbiliment u l-għotjiet ta’ rifużjonijiet aġġustati fir-rigward taċ-ċereali esportati taħt forma ta’ ċerti spirti tax-xorb (40);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1905/94 as-27 ta' Lulju 1994 dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94 li jikkonċerna miżuri speċifiċi għall-għeneb imqadded (41);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta' April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (42);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2000 tal-15 ta’ Marzu 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga (43);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 907/2000 tat-2 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward l-għajnuna għall-ħażna privata fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (44);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati tal-istabbiliment bil-quddiem għal prodotti agrikoli (45);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2001 tal-5 ta’ Frar 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (46);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2236/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta’ kwoti fi-rigward tal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata (47);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib;

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 917/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 dwar azzjonijiet fil-qasam tal-apikoltura (48);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2005 tas-7 ta’ Marzu 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef (49);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (50);

(22)

Għandu jkun hemm provvediment ukoll għal perjodu tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor, fir-rigward tar-rata tal-kambju applikabbli għall-prezz minimu għall-pitravi, minħabba l-kuntratti ffirmati għal dan il-għan bejn il-koltivaturi tal-pitravi u l-produtturi taz-zokkor għas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni 2006/07 li qed jiġu implimentati attwalment.

(23)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitati tal-Ġestjoni rilevanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

KAPITOLU I

AVVENIMENTI OPERATTIVI GĦAR-RATA TAL-KAMBJU

Artikolu 1

Rimborżi tal-esportazzjoni u kummerċ ma’ pajjiżi terzi

1.   Għar-rimborżi stabbiliti f’euro u għall-prezzijiet u l-ammonti espressi f’euro fil-leġislazzjoni agrikola tal-Komunità li jridu jiġu applikati fil-kummerċ ma' terzi pajjiżi, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-dwana.

2.   Għall-kalkolu tal-valur standard tal-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 3223/94, sabiex jiġi stabbilit il-prezz tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għall-prezzijiet rappreżentattivi użati għall-kalkolu tal-valur standard u l-ammont tat-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 għandu jkun il-jum li jirrelataw għalih il-prezzijiet rappreżentattivi.

Artikolu 2

Rimborżi tal-produzzjoni u tipi speċifiċi ta’ għajnuna

1.   Għar-rimborżi tal-produzzjoni stabbiliti f’euro mil-leġislazzjoni tal-Komunità, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun:

(a)

id-data li fiha jiġi dikjarat li l-prodotti waslu fid-destinazzjoni meħtieġa, skont il-każ, b’dik il-leġislazzjoni;

(b)

fil-każijiet fejn l-ebda destinazzjoni bħal din ma hi meħtieġa, l-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni għall-ħlas tar-rimborż mill-aġenzija tal-ħlas.

2.   Għall-għajnuna għall-ipproċessar, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun id-data li fiha l-prodotti jinxtraw mill-proċessur, b’mod partikolari:

(a)

għall-għajnuna għall-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru u l-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 u fl-Artikoli 2 u 6a(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 rispettivament;

(b)

għall-prezz minimu msemmi fl-Artikolu 6a(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.

(c)

għall-prezz minimu u l-primjum imsemmija fl-Artikoli 4a u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1868/94.

3.   Għall-għajnuna għall-foraġġ imnixxef imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 u l-ammonti konnessi ma' dik l-għajnuna, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun il-ġurnata li fiha l-foraġġ imnixxef jitlaq l-impriża tal-ipproċessar.

4.   Għall-għajnuna mogħtija bħala kwantità ta’ prodott kummerċjalizzat jew prodott li jrid jintuża f’mod speċifiku, mingħajr ħsara għall-Artikoli 4, 5 u 6, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel operazzjoni li tiggarantixxi, wara li l-prodotti jinxtraw mill-operatur konċernat, l-użu xieraq tal-prodotti konċernati u tinvolvi l-għoti tal-għajnuna.

5.   Għall-għajnuna għall-ħżin privata l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel ġurnata tal-perjodu li għalih tingħata l-għajnuna relatata mal-istess kuntratt.

6.   Għall-għajnuna minbarra dik imsemmija fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 4 u 5, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

Artikolu 3

Ħlasijiet diretti

Għall-iskemi tal-appoġġ elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-ammont addizzjonali ta’ għajnuna msemmi fl-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun id-data msemmija fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

Artikolu 4

Prezzijiet, primjums u għajnuna fis-settur tal-inbid

1.   Għall-primjum mogħti għall-abbandunar permanenti tal-koltivazzjoni tad-dwieli msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel ġurnata tas-sena tal-inbid li fiha tiġi sottomessa l-applikazzjoni għall-ħlas.

Għall-prezzijiet u l-għajnuna msemmija fl-Artikoli 27(9) u (11) u 28(3) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel ġurnata tas-sena tal-inbid li għaliha jitħallas il-prezz tax-xiri.

Għall-allokazzjonijiet finanzjarji għar-ristrutturar u l-konverżjoni tad-dwieli stipulati fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-avveniment operattiv tar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta' Lulju ta’ qabel is-sena finanzjarja li għaliha jiġu stabbiliti l-allokazzjonijiet finanzjarji.

2.   Għall-prezzijiet, l-għajnuna u l-miżuri għad-distillazzjoni f’każ ta’ kriżi msemmija fl-Artikolu 29(2) u (4) u l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u għall-prezz minimu msemmi fl-Artikolu 69(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 (51), l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel ġurnata tax-xahar li fih titwettaq l-ewwel kunsinna ta’ nbid taħt kuntratt.

3.   Għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 34(1) u 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel ġurnata tax-xahar li fiha jitwettaq l-ewwel arrikkiment jew ipproċessar tal-prodotti tal-inbid.

Artikolu 5

Ammonti u ħlasijiet fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

1.   Għall-għajnuna mogħtija għall-użu tal-butur, butir konċentrat u krema fi prodotti tal-għaġina u l-ġelat kif imsemmi fl-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 u għall-għajnuna għall-butir konċentrat għall-konsum dirett fil-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 1(b)(ii) ta’ dak ir-Regolament, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-aħħar ġurnata għas-sottomissjoni tal-offerta.

2.   Għall-għajnuna għax-xiri tal-butir minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt kif imsemmi fl-Artikolu 1(b)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel ġurnata tal-perjodu li għalih huwa validu l-vawċer stipulat fl-Artikolu 75(1) ta’ dak ir-Regolament.

3.   Għall-għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat għall-użu fl-oġġetti tat-tmigħ kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2799/1999, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun il-ġurnata li fiha l-ħalib xkumat jew it-trab tal-ħalib xkumat jiġi proċessat f'oġġetti tat-tmigħ komposti jew li fiha t-trab tal-ħalib jiġi denaturat.

4.   Għall-għajnuna mogħtija għall-provvista ta’ ċerti prodotti tal-ħalib lill-alljevi kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2707/2000, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel ġurnata tax-xahar tal-perjodu li tirrelata għalih l-applikazzjoni tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament.

5.   Għall-għajnuna mogħtija għall-ħalib xkumat użat fil-produzzjoni tal-kaseina u kaseinati msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2921/90, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun il-ġurnata tal-manifattura tal-kaseina u l-kaseinati.

6.   Għall-ħlas tat-taxxa msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004, għal perjodu ta' tnax-il xahar partikolari skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ April ta’ wara l-perjodu konċernat.

7.   Għall-ispejjeż tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999 u fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 214/2001, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun il-ġurnata li fiha l-awtorità kompetenti tirċievi l-offerta valida.

Artikolu 6

Prezz minimu għall-pitravi, ammont ta’ darba, ammont żejjed u tariffa tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor

Għall-prezz minimu għall-pitravi, l-ammont ta' darba ntaxxat fuq il-kwoti addizzjonali taz-zokkor u fuq il-kwoti supplimentari tal-isoglukożju, u l-ammont żejjed u t-tariffa tal-produzzjoni msemmija fl-Artikoli 5, 8(3), 9(3), 15 u 16 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li fir-rigward tagħha jiġu applikati jew imħallsa l-prezzijiet u l-ammonti.

Artikolu 7

Ammonti ta’ karattru strutturali jew ambjentali u spejjeż ġenerali tal-programmi operattivi

1.   Għall-ammonti msemmija fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, kif ukoll għall-ammonti relatati mal-miżuri approvat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999, li għalihom jiġu assigurati l-ħlasijiet lill-benefiċjarji permezz tal-programmi tal-iżvilupp rurali approvati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha tittieħed id-deċiżjoni li tingħata għajnuna.

Madankollu, fejn, taħt ir-regoli tal-Komunità, il-ħlas tal-ammonti msemmija fl-ewwel sottoparagrafu jsir fuq diversi snin, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għal kull wieħed mill-ħlasijiet bin-nifs annwali għandu jkun l-1 ta' Jannar tas-sena li fiha l-ħlas bin-nifs konċernat jitħallas.

2.   Għas-somom sħaħ imsemmija fil-punt 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1433/2003, maħsuba biex ikopru l-ispejjeż ġenerali speċifikament relatati mal-fondi operattivi jew il-programmi msemmija fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta' Jannar tas-sena li għaliha jirrelataw dawn l-ispejjeż ġenerali.

Artikolu 8

Ammonti u prezzijiet oħra

Għall-prezzijiet jew l-ammonti minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 1 sa 7, jew l-ammonti konnessi ma' dawk il-prezzijiet, espressi f'ewro fil-leġislazzjoni tal-Komunità, jew espressi f'ewro permezz ta' proċedura ta' offerti, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun il-ġurnata li fiha jseħħ wieħed mill-atti legali li ġejjin:

(a)

għax-xiri, meta l-offerta valida tkun ġiet riċevuta jew, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, meta l-prodotti jittieħdu minn min jieħu ħsieb il-maħżen;

(b)

għall-bejgħ, meta l-offerta valida tkun ġiet riċevuta jew, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, meta l-operatur konċernat jixtri l-prodotti;

(c)

għall-irtirar tal-prodotti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, il-ġurnata li fiha jseħħ l-irtirar;

(d)

għall-ispejjeż tat-trasport, l-ipproċessar jew il-ħżin pubbliku u għall-ammonti allokati lill-istudji jew lill-miżuri promozzjonali bħala parti ta’ proċedura ta’ offerti, l-aħħar ġurnata għas-sottomissjoni tal-offerti;

(e)

għar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet, l-ammonti jew l-offerti fis-suq, il-ġurnata li għaliha jiġi reġistrat il-prezz, l-ammont jew l-offerta;

(f)

għall-penali konnessi man-nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni agrikola, id-data tal-att tal-awtorità kompeteti li jistabbilixxi l-fatti;

(g)

għad-dħul jew l-ammonti relatati mal-volumi tal-produzzjoni, il-bidu tal-perjodu ta' referenza stabbilit bil-leġislazzjoni agrikola.

Artikolu 9

Ħlas bil-quddiem

Għall-ħlasijiet bil-quddiem, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-avveniment operattiv applikabbli għall-prezz jew l-ammont li jirrelata għalih il-ħlas bil-quddiem, fejn dan l-avveniment ikun seħħ saż-żmien meta jsir il-ħlas bil-quddiem, jew, f'każijiet oħra, id-data tal-istabbiliment f'ewro tal-ħlas bil-quddiem jew, f'nuqqas ta' dan, id-data tal-ħlas bil-quddiem.

L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun applikat għall-ħlas bil-quddiem mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-prezz jew l-ammont intier konċernat tal-avveniment operattiv għal dak il-prezz jew ammont.

Artikolu 10

Garanziji

Għall-garanziji, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun id-data li fiha tiġi depożitata l-garanzija.

Madankollu, għandhom japplikaw l-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

għal garanziji relatati mas-self, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-avveniment operattiv definit għall-ammont tas-self, fejn l-avveniment ikun seħħ saż-żmien li titħallas il-garanzija;

(b)

għall-garanziji relatati mas-sottomissjoni tal-offerti, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun il-ġurnata li fiha tiġi sottomessa l-offerta;

(c)

għall-garanziji relatati mal-eżekuzzjoni tal-offerti, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun id-data tal-għeluq tas-sejħa għall-offerti.

KAPITOLU II

RATA TAL-KAMBJU

Artikolu 11

Stabbiliment tar-rata tal-kambju

Meta avveniment operattiv jiġi stabbilit skont il-leġislazzjoni tal-Komunità, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għandha tkun ir-rata l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qabel l-ewwel ġurnata tax-xahar li fih iseħħ l-avveniment operattiv.

Madankollu, fil-każijiet li ġejjin, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għandha tkun:

(a)

għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) li fihom l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju huwa l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, ir-rata msemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (52);

(b)

għall-infiq tal-intervent fil–kuntest tal-operazzjonijiet tal-ħżin pubbliku, ir-rata li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 884/2006;

(c)

għall-prezz minimu tal-pitravi msemmi fl-Artikolu 6, li fih l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju huwa l-1 ta' Ottubru, ir-rata medja stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għax-xahar ta' qabel l-avveniment operattiv.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ EMENDA U FINALI

Artikolu 12

Emenda tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

1.   Il-garanziji msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu f’ewro.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, fejn il-garanzija tiġi aċċettata fi Stat Membru li jinsab barra miż-żona tal-ewro fil-munita nazzjonali, l-ammont tal-garanzija f’ewro għandu jiġi konvertit f’dik il-munita skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (*). L-impriża li tikkorrispondi għall-garanzija u kwalunkwe ammont miżmum fil-każ ta’ irregolaritajiet jew ksur għandha tibqa f’ewro.

Artikolu 13

Emenda tar-Regolament (KEE) Nru 3164/89

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3164/89 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju applikabbli għall-għajnuna għandu jkun dak imsemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (**).

Artikolu 14

Emenda tar-Regolament (KEE) Nru 3444/90

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3444/90 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

L-avvenimenti operattivi għar-rata tal-kambju applikabbli għall-għajnuna u għall-garanziji għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikoli 2(5) u 10 rispettivament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (***).

Artikolu 15

Emenda tar-Regolament (KEE) Nru 3446/90

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3446/90 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

L-avvenimenti operattivi għar-rata tal-kambju applikabbli għall-għajnuna u għall-garanziji għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikoli 2(5) u 10 rispettivament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (****).

Artikolu 16

Emenda tar-Regolament (KEE) Nru 1722/93

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE) Nru 1722/93, it-tieni sentenza qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju applikabbli għar-rimborż għandu jkun dak imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (*****).

Artikolu 17

Emenda tar-Regolament (KEE) Nru 1858/93

L-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 1858/93 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju applikabbli għall-għajnuna kompensatorja għandu jkun dak imsemmi fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (******).

Artikolu 18

Emenda tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93

L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Ir-rata tar-rimborż għandha tkun dik applikabbli għall-ġurnata li fiha ċ-ċereali jitpoġġew taħt kontroll. Madankollu, fir-rigward tal-kwantitajiet distillati f’kull wieħed mill-perjodi fiskali tad-distillazzjoni li jsegwi dak li fih iseħħ it-tpoġġija taħt kontroll, ir-rata għandha tkun dik applikabbli fl-ewwel ġurnata ta’ kull perjodu fiskali tad-distillazzjoni konċernat.

L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju applikabbli għar-rimborż għandu jkun dak imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (*******).

Artikolu 19

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1905/94

L-Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 1905/94 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Għall-ammonti stabbiliti fil-kwadru tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun dak imsemmi fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1913/2006 (********).

Artikolu 20

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 800/1999

L-aħħar sottoparagrafu tal-Artikolu 6 u t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 37(2) tar-Reglament (KE) Nru 800/1999 qed jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju applikabbli għar-rimborż għandu jkun dak imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (*********).

Artikolu 21

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 562/2000

L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 562/2000 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Rata tal-kambju

L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju applikabbli għall-ammont u għall-prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 14 u għall-garanzija msemmija fl-Artikolu 12 għandu jkun dak imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 8 u fl-Artikolu 10 rispettivament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (**********).

Artikolu 22

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 907/2000

L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 907/2000 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

L-avvenimenti operattivi għar-rata tal-kambju applikabbli għall-għajnuna u għall-garanziji għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikoli 2(5) u 10 rispettivament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (***********).

Artikolu 23

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000

It-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 qed jiġi mħassar.

Artikolu 24

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 245/2001

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 245/2001 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 16

Avveniment operattiv

Għal kull perjodu msemmi fl-Artikolu 6(2), l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għall-ewro għall-konverżjoni tas-self u tal-għajnuna għall-ipproċessar għall-kwantità konċernata għandu jkun dak imsemmi fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (************).

Artikolu 25

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2236/2003

L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2236/2003 qed jiġi mħassar.

Artikolu 26

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 595/2004

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 qed jiġi sostitwi b’dan li ġej:

“Artikolu 14

L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju applikabbli għall-ħlas tat-taxxa msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 għandu jkun dak imsemmi fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (*************).

Artikolu 27

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 917/2004

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 917/2004 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Għall-ammont imsemmi fl-Artikolu 3 l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-istess bħal dak imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (**************).

Artikolu 28

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 382/2005

L-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 382/2005 qed jiġi mħassar.

Artikolu 29

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 967/2006

L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006 qed jiġi mħassar.

Artikolu 30

Revoka

Ir-Regolamenti (KEE) Nri 1003/81, 3749/86, 1713/93, 1718/93, 1756/93, 1759/93, 1785/93, 1793/93 u (KE) Nri 3498/93, 2808/98, 594/2004 u 383/2005 huma b'dan revokati.

Ir-referenzi għar-Regolamenti revokati għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 31

Regola tranżitorja fis-settur taz-zokkor

Fil-każ tal-konverżjoni tal-prezz minimu għall-pitravi msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fil-muniti nazzjonali fil-pajjiżi li jinsabu barra miż-żona tal-euro, l-arranġamenti li japplikaw fis-sena tal-kummerċjalizzazzjoni 2006/07 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1713/93.

Artikolu 32

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 36. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2005 (ĠU L 172, 5.7.2005, p. 76).

(3)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).

(4)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 49. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bl-Att dwar l-Adeżjoni tal-2003.

(5)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25).

(6)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 114. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 583/2004 (ĠU L 91, 30.3.2004, p. 1).

(7)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1).

(8)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).

(9)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).

(10)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1474/2006 (ĠU L 275, 6.10.2006, p. 44).

(11)  ĠU L 340, 31.12.1999, p. 3. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1558/2006 (ĠU L 288, 19.10.2006, p. 21).

(12)  ĠU L 311, 12.12.2000, p. 37. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 943/2006 (ĠU L 173, 27.6.2006, p. 9).

(13)  ĠU L 279, 11.10.1990, p. 22. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1487/2006 (ĠU L 278, 10.10.2006, p. 8).

(14)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1468/2006 (ĠU L 274, 5.10.2006, p. 6).

(15)  ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1474/2006 (ĠU L 275, 6.10.2006, p. 44).

(16)  ĠU L 37, 7.2.2001, p. 100. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2107/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 20).

(17)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1585/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 19).

(18)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1463/2006 (ĠU L 277, 9.10.2006, p. 1).

(19)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.

(20)  ĠU L 203, 12.8.2003, p. 25. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 576/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 4).

(21)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(22)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.

(23)  ĠU L 100, 11.4.1981, p. 11.

(24)  ĠU L 348, 10.12.1986, p. 32.

(25)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 94. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1509/2001 (ĠU L 200, 25.7.2001, p. 19).

(26)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 103.

(27)  ĠU L 161, 2.7.1993, p. 48. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 569/1999 (ĠU L 70, 17.3.1999, p. 12).

(28)  ĠU L 161, 2.7.1993, p. 59.

(29)  ĠU L 163, 6.7.1993, p. 9.

(30)  ĠU L 163, 6.7.1993, p. 22. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1410/1999 (ĠU L 164, 30.6.1999, p. 53).

(31)  ĠU L 319, 21.12.1993, p. 20.

(32)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 17.

(33)  ĠU L 61, 8.3.2005, p. 20.

(34)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 673/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 17).

(35)  ĠU L 307, 24.10.1989, p. 22. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3587/92 (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 26).

(36)  ĠU L 333, 30.11.1990, p. 22. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 851/2003 (ĠU L 123, 17.5.2003, p. 7).

(37)  ĠU L 333, 30.11.1990, p. 39. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1641/2001 (ĠU L 217, 11.8.2001, p. 3).

(38)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1950/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 18).

(39)  ĠU L 170, 13.7.1993, p. 5. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 789/2005 (ĠU L 132, 26.5.2005, p. 13).

(40)  ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1633/2000 (ĠU L 187, 26.7.2000, p. 29).

(41)  ĠU L 194, 29.7.1994, p. 21. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 94/2002 (ĠU L 17, 19.1.2002, p. 20).

(42)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).

(43)  ĠU L 68, 16.3.2000, p. 22. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1067/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 60).

(44)  ĠU L 105, 3.5.2000, p. 6.

(45)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).

(46)  ĠU L 35, 6.2.2001, p. 18. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 873/2005 (ĠU L 146, 10.6.2005, p. 3).

(47)  ĠU L 339, 24.12.2003, p. 45. Ir-regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1950/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 18).

(48)  ĠU L 163, 30.4.2004, p. 83. Ir-regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1484/2004 (ĠU L 273, 21.8.2004, p. 5).

(49)  ĠU L 61, 8.3.2005, p. 4. Ir-regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 432/2006 (ĠU L 79, 16.3.2006, p. 12).

(50)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.

(51)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45.

(52)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

TABELLA TAL-KORRELAZZJONI

Regolament (KEE) Nru 1003/81

Artikolu 1

Artikolu 8

Regolament (KEE) Nru 3749/86

Artikolu 1

Artikolu 8

Regolament (KEE) Nru 1713/93

Artikolu 1

Artikolu 6

Anness I.I

Punt (a) tal-Artikolu 8

Anness I.II

Punt (b) tal-Artikolu 8

Anness I.III

Anness I.IV

Anness I.V

Anness I.VI

Anness I.VII

Anness I.VIII

Anness I.IX

Anness I.X

Anness I.XII

Anness I.XIII

Anness I.XIV

Artikolu 1

Anness I.XV

Artikolu 10

Anness I.XVI

Regolament (KEE) Nru 1718/93

Artikolu 1

Artikolu 3

Regolament (KEE) Nru 1756/93

Artikolu 1(1)

Artikolu 2(5)

Artikolu 1(2)

Artikolu 10

Artikolu 1(3)

Artikolu 5

Anness, Parti B.III.1

Artikolu 5(1)

Anness, Parti B.III.5.A

Artikolu 5(2)

Anness, Parti C.III.3

Artikolu 5(3)

Anness, Parti D.4

Artikolu 5(4)

Anness, Parti D.6

Artikolu 5(5)

Regolament (KEE) Nru 1759/93

Artikolu 1(1)

Punt (a) tar-Artikolu 8

Artikolu 1(2), (4), (5), (6) u (7)

Artikolu 10

Artikolu 1(3)

Punt (b) tal-Artikolu 8

Regolament (KEE) Nru 1785/93

Artikolu 1

Artikolu 3

Regolament (KEE) Nru 1793/93

Artikolu 1

Artikolu 3

Regolament (KE) Nru 3498/93

Artikolu 1

Artikolu 3

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 2

Regolament (KEE) Nru 2808/98

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 11

Artikolu 2

Artikolu 1(1)

Artikolu 3(1)

Punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 8

Artikolu 3(2)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3(3)

Artikolu 2(5)

Artikolu 4(1)

Artikolu 3

Artikolu 4(2)

Artikolu 7

Artikolu 4(3)

Artikolu 5(1)

Punt (d) tal-Artikolu 8

Artikolu 5(2)

Punt (e) tal-Artikolu 8

Artikolu 5(3)

Artikolu 9

Artikolu 5(4)

Artikolu 10

Artikoli 6 sa 15

Regolament (KE) Nru 594/2004

Artikolu 2

Artikolu 7 (2)

Artikolu 3(1)

Punt (c) tal-Artikolu 8

Artikolu 3(2)

Artikolu 7 (2)

Artikolu 4

Punt (c) tal-Artikolu 8

Artikolu 5(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 5(3)

 

Artikolu 6

Artikolu 1(1)

Artikolu 7

Artikolu 2(2)

Artikolu 8(1)

Punt (a) tal-Artikolu 8

Artikolu 8(2)

Artikolu 2(5)

Artikolu 8(3)

Punt (b) tal-Artikolu 8

Artikolu 8 (4)

Artikolu 10(b)

Artikolu 9

Artikolu 1(1)

Artikolu 10

Artikolu 2(2)

Regolament (KE) Nru 383/2005

Artikolu 1

Artikolu 4(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 4(1)

Artikolu 2(3)

Artikolu 4(2)

Artikolu 2(4)

Artikolu 4(2)

Artikolu 2(5)

Artikolu 4(2)

Artikolu 2(6)

Artikolu 4(3)

Artikolu 2(7)

Artikolu 4(3)