1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

451


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1910/2006

tad-19 ta’ Diċembru 2006

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' sistemi tat-telekamera li joriġinaw fil-Ġappun wara reviżjoni ta' skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1015/94 (2), impona dazju definittiv ta’ l-anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ sistemi tat-telekameras (“TCS”) li joriġinaw fil-Ġappun (“l-investigazzjoni oriġinali”).

(2)

F’Settembru 2000, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 (3), ikkonferma d-dazji defenittivi ta’ l-anti-dumping, imposti bir-Regolament (KE) Nru 1015/94 (kif sussegwentament emendat) skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

1.2   Talba għal reviżjoni

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet ta' sistemi tat-telekameras (“TCS”) li joriġinaw mill-Ġappun (4), il-Kummissjoni rċeviet talba fit-28 ta' Ġunju 2005 sabiex tirrevedi dawn il-miżuri skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(4)

It-talba ntbagħtet minn Grass Valley Nederland BV, produttur Komunitarju li jirrappreżenta iżjed minn 60 % tal-produzzjoni totali Komunitarja ta' TCS (“l-applikant”). Grass Valley hija l-kumpanija li rriżultat mix-xiri ta' Philips Digital Video Systems minn Thomson Multimedia, il-proprjetarja ta' Thomson Broadcast Systems. It-talba għal reviżjoni ta' l-iskadenza kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx tirriżulta fi tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija Komunitarja.

(5)

Wara li ġie determinat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm provi bizzejjed biex tinbeda reviżjoni ta' l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet din ir-reviżjoni fid-29 ta' Settembru 2005 (5).

1.3   Investigazzjoni parallela

(6)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kummissjoni bdiet proċediment ta' l-anti-dumping ġdid li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi tal-kameras li joriġinaw fil-Ġappun, u reviżjoni interim tal-miżuri ta' l-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tas-sistemi tat-telekameras li joriġinaw fil-Ġappun (6). L-ambitu tal-proċediment anti-dumping il-ġdid jinkludi sistemi tat-telekameras koperti mill-miżuri fis-seħħ imsemmija fil-premessa 2. Jekk jiġi ddeterminat li jridu jiġu imposti miżuri fuq ċerti sistemi tat-telekameras li joriġinaw fil-Ġappun, u b'hekk ikopru s-sistemi tat-telekameras suġġetti għall-miżuri fir-Regolament preżenti, it-tkomplija ta' l-impożizzjoni tal-miżuri imposti mir-Regolament preżenti mhux se jibqgħu xierqa, u jkollhom jiġu emendati jew jitneħħew kif xieraq.

1.4   L-Investigazzjoni Attwali

1.4.1   Il-Proċedura

(7)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti kkonċernati magħrufin u lill-assoċjazzjoniiet tagħhom, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi u lill-produtturi Komunitarji bil-bidu tar-reviżjoni ta’ l-iskadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jwasslu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ ftuħ.

(8)

Intbagħtu kwestjonarji lill-produttur Komunitarju applikant, żewġ produtturi Komunitarji oħra magħrufin, ħamsa u għoxrin utent, disa' produtturi tal-materja prima, u lill-ħames produtturi esportaturi magħrufa fil-Ġappun. Waslu tweġibiet minn produttur Komunitarju wieħed, produttur esportatur Ġappuniż wieħed u l-kumpanija relatata tiegħu fil-Komunità, erba' utenti/importaturi u fornitur wieħed tal-materja prima.

(9)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li tqies neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, u wettqet żjarat ta' verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produttur Komunitarju:

Grass Valley Netherlands BV, Breda (l-Olanda)

 

Produtturi oħra fil-Komunità

Ikegami Electronics (Europe) GmbH — UK Branch, Sunbury on Thames (Ir-Renju Unit)

 

Produtturi fil-pajjiż esportatur:

Ikegami Tsushinki Co., Ltd, Tokyo

(10)

L-analiżi tiffoka l-iktar fuq id-definizzjoni standard (SD) għax SD TCS jikkostitwixxu l-maġġoranza vasta tal-prodotti suġġetta għall-miżuri. Huwa nnutat wkoll li HD TCS, b'rendiment u kwalità simili għal SD TCS b'relazzjoni S/N ta' 62 dB (għalhekk suġġetta għall-miżuri attwali), jista' jippreżenta relazzjoni S/N ta' inqas minn 55 dB, u għaldaqstant ma jkunx kopert mill-miżuri. Dan kien ikkonfermat ukoll mill-industrija Komunitarja. Parti interessata li ma kkooperatx fl-investigazzjoni preżenti, talbet li d-definizzjoni tal-prodott ta' din ir-reviżjoni tiġi allinjata ma' dik ta' l-investigazzjoni msemmija fil-premessa 6. Madankollu, ir-reviżjoni attwali ma tistax tibdel id-definizzjoni tal-prodott u hija limitata biex tiddetermina jekk il-miżuri fis-seħħ għandhomx jinżammu jew jitneħħew. Għalhekk dan l-argument kellu jiġi rrifjutat.

1.4.2   Il-perjodu ta' l-investigazzjoni

(11)

L-investigazzjoni rigward il-probabbiltà ta' tkomplija u/jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2004 sat-30 ta’ Settembru 2005 (“il-perjodu ta’ l-investigazzjoni” jew “l-IP”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sa tmiem l-IP (“il-perjodu meqjus”, il-perjodu ta' l-investigazzjoni tal-ħsara jew “IIP”).

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1   Il-Prodott ikkonċernat

(12)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjonijiet oriġinali li wasslu għall-impożizzjoni tal-miżuri attwalment fis-seħħ, i.e. sistemi tat-telekameras.

(13)

Kif ġie stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1015/94, TCS jistgħu jkunu magħmula minn kumbinazzjoni tal-partijiet li ġejjin, importati flimkien jew separatament:

(a)

head tal-kamera bi tliet sensuri jew aktar (dispożittivi li jakkumpanjaw il-karika ta' 12 mm jew aktar) b'aktar minn 400 000pixel kull wieħed, li jistgħu jitqabbdu ma' adapter fuq wara, u li għandha speċifikazzjonijiet b'relazzjoni tas-sinjal mal-ħoss ta' 55dB jew aktar meta jkun imqabbad b'mod normali; jew f'biċċa waħda mal-head tal-kamera u l-adapter flimkien f'kaxxa waħda, jew separati;

(b)

viewfinder (djagunal ta' 38 mm jew aktar);

(ċ)

stazzjon ta' bażi jew unità għall-kontroll tal-kamera (CCU) mqabbda mal-kamera b'kejbil;

(d)

pannel għall-kontroll operazzjonali (OCP) għall-kontroll tal-kameras waħda waħda (jiġifieri għall-aġġustament tal-kulur, il-ftuħ tal-lenti jew ta' l-iris);

(e)

pannel prinċipali għall-kontroll (MCP) jew unità ta' struttura ta' organizzazzjoni prinċipali (MSU) b'indikazzjoni tal-kamera magħżula, għall-panoramika u għall-aġġustament ta' bosta kameras 'il bogħod.

(14)

Il-prodotti koperti minn din ir-reviżjoni bħalissa huma klassifikabbli fil-kodiċi tan-NM ex 8525 30 90, ex 8537 10 91, ex 8537 10 99, ex 8529 90 81, ex 8529 90 95, ex 8543 89 97, ex 8528 21 14, ex 8528 21 16 u ex 8528 21 90.

(15)

Il-Prodotti mhux koperti minn dan il-proċediment huma:

(a)

lentijiet;

(b)

reġistratur tat-tejps tal-vidjo;

(ċ)

heads tal-kamera b'unità għar-reġistrazzjoni fl-istess kaxxa inseparabbli;

(d)

sistemi tal-kameras professjonali li ma jistgħux jintużaw għal finijiet ta' xandir;

(e)

Sistemi tal-kameras professjonali elenkati fl-Anness

2.2   Prodott simili

(16)

Kif ġie stabbilit fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessi (1) u (2), l-investigazzjoni attwali kkonfermat li l-prodott ikkonċernat iffabbrikat mill-produtturi esportaturi Ġappuniżi u mibjugħa fis-suq Ġappuniż u fil-Komunità u l-prodott iffabbrikat u mibjugħ mill-produttur Komunitarju applikant fis-suq Komunitarju jużaw l-istess tekonoloġija bażika u t-tnejn li huma jikkonformaw ma' standards industrijali applikabbli mad-dinja kollha. Dawn il-prodotti għandhom ukoll l-istess applikazzjonijiet u użu, konsegwentement għandhom karatteristiċi, fiżiċi u tekniċi simili, jistgħu jintużaw minflok xulxin u jikkompetu ma' xulxin. Għalhekk, dawn il-prodotti huma simili fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

3.1   Rimarki preliminari

(17)

Bħal fl-investigazzjoni tar-reviżjoni preċedenti, il-livell ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ġappuniżi fil-proċediment preżenti kien partikolarment baxx. Produttur wieħed biss minn ħamsa kkooperaw. Mill-erba' produtturi l-oħra magħrufa mill-Kummissjoni, ħadd minnhom ma bagħat tweġiba għall-kwestjonarju għalkemm, skond il-fatti disponibbli, u b'mod partikolari d-database miżmuma mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“id-database ta' l-14(6)”), ta' l-inqas tlieta minnhom x'aktarx esportaw TCS lejn il-Komunità matul l-IP.

(18)

Produttur esportatur wieħed biss ikkoopera li, madankollu, ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Minħabba l-livell baxx ta' kooperazzjoni, ma seta' jinġabar l-ebda tagħrif disponibbli dwar l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità matul l-IP direttament mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, b'konformità mas-sejbiet preċedenti, it-tagħrif statistiku disponibbli mill-Eurostat deher li ma kienx affidabbli peress li l-kodiċi NM li l-prodott ikkonċernat huwa klassifikabbli taħtu jirreġistra wkoll importazzjonijiet ta' prodotti oħra, mingħajr ebda possibbiltà ta' distinzjoni. Għalhekk, it-tagħrif tal-Eurostat kellu jitwarrab ukoll għad-determinazzjoni ta' jekk kienx hemm importazzjonijiet ta' TCS mill-Ġappun u f'liema kwantitajiet u valuri. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi u skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni daret għall-użu tal-fatti disponibbli, i.e. it-tagħrif li jinsab fid-database ta' l-14(6) u t-talba għal bidu ta' reviżjoni. Fuq din il-bażi, il-volumi u l-valuri ta' TCS li joriġinaw fil-Ġappun impurtati fil-Komunità matul il-perjodu meqjus kienu l-aħjar stima.

3.2   Dumping ta’ importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(19)

Minħabba l-kooperazzjoni insuffiċjenti/nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fil-Ġappun, u l-fatt li l-uniku produttur esportatur fil-Ġappun li kkoopera ma esportax lejn il-Komunità matul l-IP, il-Kummissjoni fittxet tagħrif rigward it-tkomplija ta' dumping minn sorsi oħra, u b'mod partikolari fit-tagħrif mibgħut mill-applikant u fid-database ta' l-14(6), b'konformità ma' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(20)

Id-database ta' l-14(6) turi li kien hemm importazzjonijiet sinjifikanti tal-prodott ikkonċernat matul l-IP, u b'mod partikolari ta' madwar 10 heads tat-telekameras (“TCH”), li huwa l-essenzjali u l-parti l-iżjed ta' valur ta' sistema. Ta' min ifakkar li minħabba l-ftit kooperazzjoni u l-fatt li l-uniku produttur esportatur li kkoopera ma esportax lejn il-Komunità matul l-IP, ma seta' jiġi pproċessat l-ebda kalkolu fuq il-prodott ikkonċernat.

(21)

Minħabba dak li ntqal hawn fuq, u skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kellha toqgħod fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri l-evidenza mogħtija fit-talba ta' l-applikant, li wriet li l-livell ta' dumping għal żewġ mudelli tal-prodott ikkonċernat wara l-ħlas tad-dazji huwa sinjifikanti, tant li għal mudell minnhom jaqbeż l-10 %.

(22)

Bħala konklużjoni, jidher mill-evidenza disponibbli li hemm probabbiltà ta' tkomplija ta' prassi ta' dumping mill-produtturi esportaturi Ġappuniżi.

3.3   L-iżvilupp ta' l-importazzjonijiet jekk il-miżuri jitneħħew

3.3.1   Rimarki preliminari

(23)

Produtturi dinjija ta' TCS jinsabu fil-Ġappun u fl-UE. Għalhekk, il-bejgħ madwar id-dinja maqsum bejn dawn il-produtturi. Hemm ta' l-inqas żewġ produtturi Komunitarji magħrufa, li wieħed minnhom huwa relatat ma' produtturi esportaturi Ġappuniżi, li jipproduċu għas-suq Komunitarju. Hemm ħames produtturi esportaturi Ġappuniżi, li jipproduċu u jbigħu madwar id-dinja.

(24)

Ta' min ifakkar li l-miżuri ilhom fis-seħħ mill-1994. Barra minn hekk, fl-1999, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-produtturi esportaturi kienu qegħdin jassorbu l-miżuri u għalhekk iddeċidew li jżidu d-dazji anti-dumping tagħhom għal livelli sinjifikanti ħafna għall-produtturi esportaturi kkonċernati (sa 200,3 %). Fl-aħħar nett, fl-2000, reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri fis-seħħ urew li l-miżuri għandhom jiġu estiżi għal perjodu ieħor ta' ħames snin minħabba l-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping u ħsara.

3.3.2   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-pajjiż esportatur

(25)

Minħabba l-ftit kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, l-unika sorsi disponibbli ta' tagħrif għall-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat fil-Ġappun fejn id-data tal-bejgħ mill-uniku produttur esportatur li kkoopera (Ikegami), it-tagħrif miġbur mill-applikant u t-tagħrif fit-talba għal din l-investigazzjoni.

(26)

Kif issemma fil-premessa 20 hawn fuq, it-TCH hija l-parti l-iżjed li tiswa f'sistema ta' telekamera f'termini ta' valur, u għalhekk tqieset adatta għall-istima tal-valutazzjoni bejn il-prezzijiet fil-Ġappun u l-prezzijiet fil-Komunità fuq din il-bażi.

(27)

Bit-tagħrif fit-talba u bit-tagħrif miġbur matul iż-żjarat ta' verifika, jidher li l-prezzijiet iċċarġjati mill-produtturi Komunitarji fil-Komunità huma ogħla minn dawk li hemm fis-suq domestiku Ġappuniż.

(28)

Madankollu, hawn fuq intwera li minkejja dan, il-kumpaniji Ġappuniżi għandhom ix-xewqa llum diġà biex jesportaw lejn il-Komunità bi prezzijiet mingħajr id-dazji anti-dumping li huma bil-kif iżjed baxxi minn dawk li hemm fil-Komunità u fis-suq domestiku tagħhom. L-istess jista' jingħad għall-esportazzjonijiet tagħhom lejn pajjiżi terzi.

(29)

Fuq din il-bażi, wieħed jista' jistenna li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet x'aktarx li jidħlu fil-Komunità bi prezzijiet li jkunu oġġett ta' dumping sinjifikanti ħafna u li jkunu inqas mill-prezzijiet Komunitarji, peress li ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li l-produtturi Ġappuniżi jimmodifikaw l-aġir fil-prezzijiet tagħhom f'dan il-każ. Barra minn hekk, il-livell għoli tal-prezzijiet fis-suq Komunitarju jikkostitwixxi wkoll inċentiv għall-produtturi esportaturi Ġappuniżi biex idawru partijiet mill-bejgħ domestiku lejn l-UE.

(30)

Fl-aħħar nett, peress li l-miżuri fis-seħħ huma għoljin (minn 52,7 sa 200,3 %) il-produtturi esportaturi Ġappuniżi jkollhom marġini sinjifikanti ta' manuvrar fit-twaqqif tal-prezzijiet il-ġodda jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u jekk jiddeċiedu li jgħollu l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni tagħhom. Fil-każijiet kollha, kif deher qabel, kwalunkwe żieda fil-prezzijiet taħt il-miżuri eżistenti fis-seħħ ibaxxu l-prezzijiet Komunitarji.

3.3.3   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mill-Ġappun lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur

(31)

Minħabba l-ftit kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, twettqet analiżi li tirrigwarda l-prezzijiet mill-Ġappun għal pajjiżi terzi, ta' l-uniku produttur esportatur li kkoopera mqabbla mal-prezzijiet tal-prodotti mibjugħin fil-Ġappun. F'dan ir-rigward, tqieset il-maġġoranza vasta tal-bejgħ lejn pajjiżi terzi.

(32)

Sabiex isir tqabbil bejn prezzijiet bħal dawn, saru aġġustamenti fejn kien hemm bżonn għal livell ta' kummerċ, trasport, assikurazzjoni, u infiq ta' kreditu. L-elementi kollha tas-sistemi, u mhux il-heads tal-kameras biss, ġew inklużi fit-tqabbil, peress li kien hemm tagħrif dettaljat disponibbli.

(33)

It-tqabbil wera li l-kumpanija kienet qiegħda tbigħ lejn pajjiżi terzi fi prezzijiet irħas b'mod sinjifikanti minn dawk tas-suq domestiku tagħha.

(34)

Bit-tagħrif disponibbli, jista' jitqies li l-kumpanija tbigħ il-prodotti tagħha lill-pajjiżi terzi bi probabbiltà kbira bi prezzijiet iddampjati (madwar 20 %). Dan jikkonferma l-evidenza prima facie li hemm fit-talba li l-produtturi esportaturi jbigħu bi prezzijiet iddampjati b'mod sinjifikanti f'pajjiżi terzi oħra.

(35)

M'hemm l-ebda evidenza disponibbli li tindika li produtturi esportaturi Ġappuniżi oħra ma jsegwux l-istess politika fil-prezzijiet u li mhumiex ibigħu bi prezzijiet x'aktarx iddampjati f'pajjiżi terzi oħra.

(36)

Fuq din il-bażi, il-konklużjoni hija li l-produtturi esportaturi Ġappuniżi biegħu għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi bi prezzijiet irħas b'mod sinjifikanti mill-prezzijiet fis-suq domestiku u li dawk il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni kienu bi probabbiltà kbira f'livelli ddampjati matul l-IP, u ma hemm l-ebda evidenza li din il-prassi se tinbidel.

3.3.4   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mill-Ġappun lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(37)

Skond il-fatti disponibbli, jiġifieri t-talba u t-tagħrif mogħti mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, il-prezzijiet li l-produtturi esportaturi jbigħu l-prodott ikkonċernat bihom f'pajjiżi terzi huma ferm iktar baxxi minn dawk li hemm fil-Komunità. Id-differenza tista' tlaħħaq il-220 % skond is-suq. Għalhekk, kieku l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu, ikun hemm inċentiv sinjifkanti għall-produtturi esportaturi Ġappuniżi biex idawru partijiet mill-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq Komunitarju.

(38)

Huwa nnutat ukoll li l-Komunità hija l-unika pajjiż fejn il-miżuri anti-dumping huma fis-seħħ kontra l-prodott ikkonċernat. Ma hemm l-ebda evidenza li l-produtturi jadottaw politika ta' prezzijiet differenti minn dik li jsegwu għall-esportazzjonijiet lejn pajjiż terzi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.3.5   Kapaċitajiet mhux użati u stokks

(39)

L-applikant sostna li, minħabba n-natura tal-prodott, il-kapaċità hija flessibbli, u li l-produtturi esportaturi Ġappuniżi jistgħu jespandu tagħhom f'perjodu taż-żmien qasir ħafna. Dan ġie kkonfermat mill-verifika fuq il-post lill-uniku produttur esportatur li kkoopera fil-Ġappun.

(40)

Fil-fatt, il-proċess ta' produzzjoni għandu bżonn il-ħaddiema, imma ma jingħalaqx minn magna jew proċess ta' produzzjoni partikolari. Minħabba li l-linja tal-produzzjoni hija primarjament manwali, hija biżżejjed biex iżżid l-għadd ta' xifts u l-personal impjegat biex tiżdied il-kapaċità. L-iktar magħlaq importanti għal żieda fil-kapaċità huwa fil-fatt iż-żmien li wieħed jieħu biex iħarreġ impjegati ġodda biex jimmuntaw u jiffabbrikaw it-TCS. L-uniku magħlaq mekkaniku possibbli li jeħtieġ investiment għoli biex iżid il-produzzjoni hija l-magna li tipproduċi l-blokk ottiku. Madankollu, ma nstabet l-ebda evidenza li dan, minħabba l-livelli ta' produzzjoni attwali, kien fattur li x'aktarx jillimita ż-żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni possibbli. Barra minn hekk, peress li l-kumpanija ma kinitx qed tuża x-xifts possibbli kollha, il-konklużjoni hi li l-kapaċità ta' produzzjoni tista' tiżdied malajr u b'mod sinjifikanti. Apparti minn hekk, ma ntbagħtet l-ebda evidenza li l-ispiża relatata ma' żieda tal-kapaċità bħal din tkun għolja fir-rigward tal-valur tal-prodotti maħduma.

(41)

Din iż-żieda tista' tkun sinjifikanti ħafna minħabba “l-biljett tad-dħul” baxx li jrid jitħallas mill-produtturi esportaturi Ġappuniżi biex ibigħu kwantitajiet ikbar fil-Komunità (kanali ta' distribuzzjoni eżistenti u livell baxx ta' investiment biex tiżdied il-kapaċità).

(42)

Minħabba li ntqal hawn fuq, u minħabba l-fatt li m'hemm l-ebda evidenza li turi li din il-qagħda mhix l-istess għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha, wieħed jista' jikkonkludi li hemm probabbiltà li l-kapaċità ta' produzzjoni tista' tiżdied b'mod sinjifikanti fi żmien qasir, jekk il-produtturi Ġappuniżi ikollhom għaliex jagħmlu hekk.

(43)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, wieħed jista' jikkonkludi li hemm probabbiltà ta' importazzjonijiet akbar fil-KE jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Li ntqal hawn fuq irid jitqies fid-dawl tal-prezzijiet attraenti fil-Komunità fir-rigward ta' pajjiżi terzi kif muri hawn fuq, kanali diġà eżistenti ta' distribuzzjoni, u l-fatt li tista' ssir żieda fil-kapaċità bi spiża relattivament baxxa (taħriġ ta' ħaddiema speċjalizzati ġodda).

3.4   Konklużjoni

(44)

Minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-suq deskritti hawn fuq, jiġifieri li l-prezzijiet fil-Komunità huma ogħla minn dawk f'pajjiżi terzi u fis-suq domestiku Ġappuniż, hemm inċentivi b'saħħithom biex idawru partijiet mill-bejgħ lejn is-suq Komunitarju, x'aktarx bi prezzijiet baxxi biex jerġgħu jiksbu l-ishma mitlufa mis-suq. Barra minn hekk, peress li l-kapaċità ta' produzzjoni tista' tespandi malajr, huwa probabbli ħafna li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat tkompli bi kwantitajiet sinjifikanti. Peress li m'hemm l-ebda evidenza li l-produtturi esportaturi Ġappuniżi jibdlu l-aġir fil-prezzijiet sabiex iżidu l-prezzijiet jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, huwa probabbli ħafna wkoll li din iż-żieda fl-importazzjonijiet se ssir bi prezzijiet iddampjati.

(45)

Fuq il-bażi ta' li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hi li hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi Ġappuniżi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, u għalhekk li l-miżuri fis-seħħ għandhom jinżammu.

4.   DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

(46)

Fl-2001, Philips Digital Video Systems (“Philips DVS”) ġiet akkwistata minn Thomson Multimedia, proprjetarja ta' Thomson Broadcast Systems (“TBS”), produttur Komunitarju ieħor tat-TCS, u l-entità miżżewġa Philips DVS/TBS saret Philips DVS/TBS, l-applikant.

(47)

Produttur esportatur argumenta li minn ħames snin ilu, prattikament is-sistemi tat-tekekameras kollha mibjugħa mill-kumpanija relatata tiegħu fil-Komunità ġew iffabbrikati minn dik il-kumpanija fil-Komunità. Huwa argumenta wkoll li peress li din il-faċilità ta' manufatturazzjoni ma kinitx tforni biss lis-suq tal-KE imma lid-dinja kollha, kwalunkwe deċiżjoni rigward id-dazji eżistenti ta' l-anti-dumping x'aktarx li ma kienx jaffettwaha.

(48)

Peress li dan il-produttur esportatur ma forna l-ebda tagħrif ieħor, b'mod partikolari tweġiba għall-kwestjonarji maħsuba għal produtturi Komunitarji oħra, ma kienx possibbli li tiġi investigata fid-dettall in-natura preċiża ta' l-attivitajiet tiegħu, inkluż fil-Komunità.

(49)

Operatur ekonomiku ieħor li jipproduċi TCS fil-Komunità u li hu relatat ma' produttur esportatur Ġappuniż kkoopera f'din l-investigazzjoni u oppona l-miżuri attwali. Dan l-operatur ekonomiku argumenta li l-importazzjonijiet ta' TCS mill-Ġappun saru fuq bażi sporadika u sempliċiment biex jikkumplimentaw l-operazzjonijiet tagħhom fil-KE. Il-verifika fuq il-post żvelat li mudell partikolari wieħed biss kien immuntat f'dawk il-faċilitajiet Komunitarji b'partijiet li joriġinaw mill-Ġappun u l-Komunità għalkemm, fiż-żmien tal-verifika, ma kienet qed issir l-ebda produzzjoni ta' blokk ta' CCD (dispożittiv li jakkumpanja l-karika), l-iktar parti importanti ta' head ta' kamera. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li m'hemmx raġunijiet oħra biex issir produzzjoni ta' mudell bħal dan fil-Komunità ħlief għall-eżistenza tal-miżuri fuq it-TCS.

(50)

Fi kwalunwe każ, l-investigazzjoni preżenti kkonfermat li l-applikant kien jirrappreżenta iktar minn 60 % tal-produzzjoni Komunitarja tas-sistemi tat-telekameras. Għalhekk tikkostitwixxi l-industrija Komunitarja fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn issa 'l quddiem se tissejjaħ “l-industrija Komunitarja”.

5.   IL-QAGĦDA TAS-SUQ KOMUNITARJU

5.1   Rimarki preliminari

(51)

Għar-raġunijiet imfissra fil-premessi (18) sa 0 hawn fuq, l-analiżi fir-rigward tal-qagħda fis-suq Komunitarju kienet ibbażata fuq data miġbura dwar heads tat-telekameras (“TCH”).

(52)

Kif intqal hawn fuq, ma kienx possibbli li tinkiseb data minn produttur esportatur Ġappuniż wieħed li allegatament għandu faċilitajiet ta' fabbrikazzjoni fis-suq Komunitarju. Kif intqal fuq, dawk il-partijiet Ġappuniżi li effettivament esportaw il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità ma kkooperawx. Konsegwentement, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsum, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(53)

Minħabba l-fatt li d-data rigward il-bejgħ u l-produzzjoni kienet disponibbli minn parti interessata waħda jew tnejn biss, u minħabba s-sensittività tan-negozju ta' tagħrif bħal dan, huwa meqjus xieraq li ma jinkixfux ċifri assoluti. Għalhekk inbidlu bis-simbolu “–” u ġew provduti indiċijiet.

5.1.1   Il-konsum fis-suq Komunitarju

(54)

Il-konsum Komunitarju apparenti ta' TCHs kien eżaminat fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ fil-Komunità kif provdut mill-industrija Komunitarja, il-volum tal-bejgħ ta' Ikegami Electronics (Europe) GmbH, statistiki ta' importazzjonijiet ta' TCHs mill-Ġappun miksuba mid-database ta' l-14(6), kif ukoll tagħrif dwar il-bejgħ provdut minn utent wieħed ta' TCS. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni minn produttur esportatur Ġappuniż li allegatament huwa wkoll jipproduċi TCS fil-Komunità, huwa probabbli li l-konsum Komunitarju huwa xi ftit sottovalutat għalkemm ix-xejriet ġenerali u l-konklużjonijiet li ħarġu ma jkunux alterati b'mod sinjifikanti.

Tabella 1

Il-konsum Komunitarju ta' TCHs

 

2002

2003

2004

IP

Unitajiet

Indiċi

100

104

123

103

Sors: Tweġibiet ivverifkati tal-kwestjonarji u d-database ta' l-14(6).

(55)

Il-konsum Komunitarju żdied bi 3 % bejn l-2002 u l-IP. Madankollu, kien hemm żieda sinjifikanti fl-2004, meta l-importazzjonijiet laħqu l-livell ogħla tagħhom. Fl-IP, il-konsum Komunitarju naqas, b'madwar 15 %, meta mqabbel ma' l-2004.

5.1.2   Importazzjonijiet attwali mill-pajjiż ikkonċernat

i.   Il-volum ta' importazzjoni u s-sehem mis-suq ta' l-importazzjonijiet fl-IIP

(56)

Matul il-perjodu meqjus, il-volum ta' importazzjonijiet tat-TCHs mill-Ġappun baqgħu relattivament baxxi. Madankollu, huma żdiedu bi kważi għaxar darbiet bejn l-2002 u l-2004, u laħqu madwar 30 unità. Fl-IP, l-importazzjonijiet naqsu meta mqabbla ma' l-2004 imma baqgħu ogħla b'mod sinjifikanti minn dawk ta' l-2002. F'termini ġenerali, matul il-perjodu meqjus l-importazzjonijiet żdiedu bi kważi tliet darbiet. L-industrija Komunitarja argumentat li l-volum ta' importazzjonijiet kien sottovalutat peress li, fuq il-bażi tat-tagħrif dwar is-suq li kellha, konsenji fil-KE minn produtturi Ġappuniżi kienu iktar b'mod sinjifikanti minn kemm allegatament jista' jiġi prodott fil-Komunità minn dawk il-kumpaniji. Hija argumentat ukoll li l-miżuri kienu x'aktarx qegħdin jinħarbu permezz ta' importazzjonijiet ta' parts tal-kameras. Madankollu, dan it-tagħrif ipprovdut ma kienx jaqbel mas-sejbiet ta' l-investigazzjoni jiġifieri ż-żjarat ta' verifika u t-tagħrif li wasal minn utenti indipendenti. Barra minn hekk, l-iskop tar-reviżjoni preżenti mhux li tiddetermina jekk il-miżuri fis-seħħ humiex jinħarbu, għalkemm huwa rikonoxxut il-fatt li prassi ta' evażjoni jista' jkollhom impatt fuq il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja.

(57)

Is-sehem mis-suq ta' l-importazzjonijiet żdiedu b'mod kostanti sa l-2004, meta laħqu l-ogħla livell tagħhom. Minkejja tnaqqis sinjifikanti fl-IP, inqas minn nofs il-livell ta' l-2004, l-importazzjonijiet xorta żiedu s-suq tagħhom matul il-perjodu meqjus.

Tabella 2

L-importazzjonijiet ta' TCHs mill-Ġappun u s-sehem mis-suq

 

2002

2003

2004

IP

Volum l-Importazzjonijiet

Indiċi

100

167

1 000

300

Is-Sehem mis-Suq

Indiċi

100

161

816

291

Sors: Tweġibiet ivverifkati tal-kwestjonarji u d-database ta' l-14(6).

ii.   L-evoluzzjoni tal-prezz u l-aġir tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat

(58)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni, ma kien disponibbli l-ebda tagħrif affidabbli fir-rigward tal-livelli tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet ta' TCHs. Fil-fatt, il-produtturi esportaturi Ġappuniżi għamlu l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat tagħhom esklussivament lil importaturi relatati fil-Komunità. Madankollu, il-livelli tal-prezzijiet disponibbli mid-database ta' l-14(6) huma prezzijiet bejn partijiet relatati u għaldaqstant ma jistgħux jitqiesu affidabbli. Dan hu partikolarment minnu meta tqis li minħabba l-miżuri fis-seħħ, il-kumpaniji jistgħu jiddeċiedu li jallokaw profitti lill-entitajiet Komunitarji.

(59)

Għalhekk ma seta' jkun hemm l-ebda konklużjoni fir-rigward ta' l-evoluzzjoni tal-prezz u l-aġir tal-prezz ta' l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

5.1.3   Il-qagħda ekonomika ta' l-industrija Komunitarja

(60)

Għal ġieħ iċ-ċarezza huwa nnutat li l-industrija Komunitarja forniet tagħrif fit-tweġiba tagħha tal-kwestjonarju, fir-rigward ta' TCS u mhux TCHs biss. Dan ma tqiesx problema minħabba l-fatt li kull TCS tipikament ikollu TCH. Għalhekk, sabiex jiġu eżaminati x-xejriet, u fin-nuqqas ta' tagħrif iktar dettaljat fir-rigward ta' l-attivitajiet tal-produtturi esportaturi Ġappuniżi fil-Komunità, il-qagħda ekonomika ta' l-industrija Komunitarja inħadmet fuq il-bażi ta' data dwar TCS.

i.   Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni, u użu tal-kapaċità

(61)

Il-produzzjoni totali ta' TCS mill-industrija Komunitarja żdiedet kemm kemm matul il-perjodu meqjus. Wara tnaqqis ta' 8 % fl-2003, il-produzzjoni żdiedet b'mod sinjifikanti fl-2004, i.e. b'madwar 35 %. Matul l-IP, madankollu, il-produzzjoni naqset b'madwar 16 % meta mqabbla ma' l-2004, għalkemm għal livell li xorta kienet tirrappreżenta żieda ta' 5 % meta mqabbla ma' l-2002.

Tabella 4

olum ta' produzzjoni

 

2002

2003

2004

IP

Produzzjoni

Indiċi

100

92

124

105

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.

(62)

Il-kapaċità ta' produzzjoni ta' l-industrija Komunitarja baqgħet stabbli sa l-2004. Madankollu, fl-IP seħħ tnaqqis ta' 14 % wara riorganizzazzjoni tal-kumpanija u ppermettiet lill-kumpanija taddatta l-kapaċità ta' produzzjoni tagħha għad-domanda eżistenti. Fil-fatt, kif se jiġi deskritt hawn taħt, tnaqqis bħal dan fil-kapaċità kien akkumpanjat minn rati ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità stabbli bejn l-2004 u l-IP.

(63)

Bil-produzzjoni ikbar, u l-aġġustament fil-kapaċità ta' produzzjoni, il-kapaċità ta' utilizzazzjoni żdiedet matul il-perjodu meqjus. Kollox ma' kollox, ir-rata ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità segwiet xejriet simili għal dawk ta' produzzjoni b'żidiet bejn l-2002 u l-2004, u b'waqgħa kbira fl-2003. Fl-IP, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità baqgħet stabbli meta mqabbla ma' l-2004 imma xorta kienet xi 20 % iktar mil-livell ta' l-2002.

Tabella 5

Kapaċità ta' produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

 

2002

2003

2004

IP

Kapaċità ta' Produzzjoni

Indiċi

100

100

100

86

Utilizzazzjoni tal-Kapaċità

Indiċi

100

92

124

122

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.

ii.   Il-ħażniet

(64)

Il-ħażniet naqsu b'mod sinjifikanti fl-2003 (–17 %) imma żdiedu s-sena ta' wara, filwaqt li baqgħu 11 % inqas mil-livelli ta' l-2002. Iż-żieda mhux normali ta' inventarji fl-IP hija spjegata mill-fatt li l-IP spiċċa qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja meta għadd ta' ordnijiet kienu għadhom iridu jiġu kkonsenjati.

Tabella 6

Volum ta' ħażniet

 

2002

2003

2004

IP

Ħażniet

Indiċi

100

83

89

172

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.

iii.   Volum tal-bejgħ, prezzijiet u sehem mis-suq

(65)

Il-bejgħ mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju żdied b'10 % bejn l-2002 u l-2004, mingħajr, madankollu, ma jlaħħaq ma' l-espansjoni tal-konsum Komunitarju, li żdied sostanzjalment, jiġifieri bi 23 % matul l-istess perjodu. Dan wassal għal tnaqqis ġenerali tas-sehem mis-suq ta' l-industrija Komunitarja ta' iktar minn 20 punt perċentwali matul il-perjodu meqjus, għall-benefiċċju ta' l-importazzjonijiet mill-Ġappun u operaturi oħra fil-Komunità. Matul l-IP, il-bejgħ naqas meta mqabbel mal-livelli ta' l-2004, li wassal għal tnaqqis ulterjuri fis-sehem mis-suq ta' l-industrija Komunitarja.

(66)

Madankollu, ta' min jinnota li ċ-ċifri u x-xejriet osservati fir-rigward tas-sehem mis-suq ta' l-industrija Komunitarja kellhom ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli partikolarment minħabba li l-produttur l-ieħor fil-Komunità ma bagħatx iċ-ċifri tal-produzzjoni u l-bejgħ tiegħu.

(67)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet tal-bejgħ, matul il-perjodu meqjus dawn naqsu bi 3 %, għalkemm bejn l-2002 u l-2003 kien hemm żieda ta' 7 %. Madankollu, it-tnaqqis relattivament żgħir tal-prezzijiet matul il-perjodu meqjus jaħbi bidla fit-taħlita tal-prodott, peress li l-industrija Komunitarja introduċiet prodotti ġodda b'konfigurazzjonijiet ogħla (u iżjed għaljin).

Tabella 7

Volum tal-bejgħ, prezzijiet u sehem mis-suq

 

2002

2003

2004

IP

Il-volum tal-bejgħ (unitajiet)

Indiċi

100

103

110

79

Prezzijiet medji (EUR/unità)

Indiċi

100

107

98

97

Sehem mis-suq

Indiċi

100

99

89

76

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.

iv.   Impjiegi, produttività u pagi

(68)

Matul il-perjodu meqjus, l-impjiegi naqsu (b'iktar minn 24 %) li, flimkien maż-żieda fil-produzzjoni, wasslet għal żieda sinjifikanti fil-produttività (37 %). Ta' min jinnota li t-tnaqqis fl-impjiegi kien akkumpanjat minn rikors għall-ħaddiema b'kuntratti temporanji/flessibbli, b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż fissi tal-kumpanija.

(69)

Fil-fatt matul il-perjodu meqjus l-industrija Komunitarja rnexxielha tnaqqas b'mod sinjifikanti l-ispejjeż tax-xogħol tagħha (– 14 %). Minħabba f'hekk, l-industrija Komunitarja setgħet tnaqqas il-proporzjon ta' spejjeż tax-xogħol fl-ispejjeż totali tal-produzzjoni b'bosta punti perċentwali. Dan juri tentattiv ċar mill-industrija Komunitarja biex taddatta l-istruttura tal-produzzjoni tagħha u biex tnaqqas l-ispejjeż fissi tagħha.

Tabella 8

Impjiegi, produttività u pagi

 

2002

2003

2004

IP

Impjiegi

Indiċi

100

102

87

76

Produttività (unitajiet għal kull impjegat)

Indiċi

100

90

142

137

Spejjeż tax-xogħol (000 EUR)

Indiċi

100

97

103

86

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.

v.   Profitti

(70)

Ta' min jinnota li l-profittabilità ta' l-industrija Komunitarja kienet għadha negattiva matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni ta' l-aħħar reviżjoni ta' l-iskadenza, u li wasslet għall-estensjoni tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ dak iż-żmien. Il-qagħda issa nqalbet u bejn l-2002 u l-2004 l-industrija Komunitarja ppreżentat livelli pożittivi ta' profittabilità.

(71)

Fil-fatt, il-profittabilità ta' l-industrija Komunitarja żdiedet sa l-2004, anke jekk profitti ogħla (iktar minn 10 %) ikunu normalment mistennija sabiex l-industrija tkun tista' tlaħħaq mar-rekwiżiti ta' l-iżviluppi teknoloġiċi. Għalhekk, anke fl-2003 u l-2004, is-snin bl-ogħla marġini ta' profitti, il-livelli ma kinux biżżejjed biex jiggarantixxu li l-industrija Komunitarja tkun tista' tkompli tinvesti volumi sostanzjali fi żviluppi ġodda, kif inhu mistenni f'dan is-settur.

(72)

Fl-IP il-qagħda fir-rigward tal-profittabilità ddeterjorat konsiderevolment u laħqet telf sinjifikanti. Dan jista' jiġi spjegat minn żewġ fatturi: minn naħa, it-tnaqqis sinjifikanti fil-bejgħ fil-Komunità matul l-IP ħoloq żieda fl-ispejjeż fissi medji bil-konsegwenza ta' impatt negattiv fuq il-profittabilità. Min-naħa l-oħra, l-industrija Komunitarja ma setgħetx tgħaddi żieda fl-ispejjeż ta' ċerta materja prima kif ukoll l-ispejjeż addizzjonali ta' l-R&D u l-bejgħ, li ħarġu minn netwerk usa' ta' uffiċċji tal-bejgħ, immirati lejn l-għoti ta' servizzi aħjar, lill-konsumaturi tagħha. Ta' min jinnota wkoll, kif deskritt hawn fuq fil-premessa 67, li t-tnaqqis żgħir tal-prezzijiet medji tal-bejgħ bejn l-2004 u l-IP, jaħbi bidla fit-taħlita tal-prodott, peress li l-industrija Komunitarja introduċiet prodotti ġodda b'konfigurazzjonijiet ogħla (u iżjed għaljin), iżda ma tħallietx tgħolli l-prezzijiet proporzjonalment.

Tabella 9

Profittabilità

 

2002

2003

2004

IP

Profittabilità (%)

Indiċi

100

176

251

– 321

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.

vi.   Investimenti, ritorn mill-investimenti u l-abilità li ttella' kapital

(73)

L-investimenti baqgħu f'livelli għoljin għalkemm naqsu bi 13 % fl-2003. Dan ġie madankollu rkuprat is-sena ta' wara b'żieda bi kważi tliet darbiet, li ġiet minħabba r-ristrutturazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-produzzjoni ta' l-industrija Komunitarja, kif ukoll l-investimenti kbar u kontinwi fl-R&D li huma meħtieġa f'din l-industrija.

(74)

Ir-ritorn mill-investimenti, espress bħala l-profitt f'perċentwali tal-valur nett deprezzat ta' l-investimenti, segwa ix-xejra fil-profittabilità deskritta hwan fuq sew.

Tabella 10

Investimenti u ritorn mill-investiment (RoI)

 

2002

2003

2004

IP

Investmenti (000 EUR)

Indiċi

100

87

237

148

RoI

Indiċi

100

143

182

– 116

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.

(75)

L-industrija Komunitarja ma nstabitx li kienet qiegħda tesperjenza xi diffikultajiet biex ittella' kapital matul il-perjodu meqjus.

vii.   Likwidità

(76)

Il-likwidità żdiedet b'mod sinjifikanti sa l-2004 (39 %). Din ix-xejra pożittiva indikat li l-industrija kienet qed tirkupra. Ta' min jinnota li fl-2004, il-likwidità rrappreżentat biss madwar 10 % tal-bejgħ totali li sar fil-Komunità li ma jistax jitqies eċċessiv. Madankollu, matul l-IP il-likwidità kienet affettwata b'mod sinjifkanti mil-livelli negattivi ta' profittabilità.

Tabella 11

Likwidità

 

2002

2003

2004

IP

Likwidità (000 EUR)

Indiċi

100

99

139

–70

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.

viii.   Tkabbir

(77)

Bejn l-2002 u l-IP, il-konsum Komunitarju żdied bi 3 %, filwaqt li l-volum tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju naqas b'21 %. L-industrija Komunitarja tilfet iżjed minn 20 punt perċentwali tas-sehem mis-suq, filwaqt li importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping u produtturi Komunitarji oħra żiedu tagħhom.

(78)

Fi snin reċenti, is-suq tat-TCS kien ikkaratterizzat minn bidla minn TCS b'definizzjoni standard għal TCS b'definizzjoni għolja. Wieħed jistenna li din ix-xejra se tintensifika fil-ġejjieni. Madankollu, peress li trażmissjoni b'definizzjoni għolja għadha mhix mifruxa, għadd sinjifikanti ta' xandara, b'mod partikolari iż-żgħar u dawk reġjonali, għadhom jixtru TCS b'definizzjoni standard, miġbuda minn prezzijiet relattivament iżjed baxxi. Fil-fatt, l-industrija Komunitarja ma kinitx kapaċi tibbenefika mit-tkabbir fis-suq, kif ġie żvelat mit-telf tagħha ta' sehem mis-suq.

(79)

Barra minn hekk, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' TCS b'definizzjoni standard komplew jikkostitwixxu fattur importanti għal kwalunkwe produttur ta' TCS jekk xejn għax, minħabba n-natura intensiva ta' kapital għoli ta' din l-industrija, l-ispejjeż fissi għandhom ix-xejra li jkunu naturalment għoljin. Għalhekk, tibqa' importanti li l-industrija Komunitarja tibbenefika mill-volumi ogħla tal-bejgħ offruti mill-bejgħ ta' TCS ta' definizzjoni standard, sabiex dak l-ispejjeż fissi jinfirxu.

ix.   Il-kobor tal-marġini ta' dumping

(80)

L-analiżi fir-rigward tal-kobor tad-dumping trid tqis il-fatt li hemm miżuri fis-seħħ sabiex jiġi eliminat id-dumping li jagħmel ħsara. Kif ġie ddeterminat hawn fuq fil-premessa 22 hawn fuq, it-tagħrif disponibbli jindika li l-produtturi esportaturi Ġappuniżi jkomplu jbigħu lill-Komunità bi prezzijiet iddampjati. Fil-fatt, il-marġini ta' dumping li nstab huwa sinjifikanti u l-impatt tiegħu fuq il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja ma tistax tiġi injorata, b'mod partikolari meta tiġi assoċjata mal-volumi sinjifikanti li jistgħu jiżdiedu.

x.   Irkupru mill-effetti ta’ dumping ta’ l-imgħoddi

(81)

Il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja tjiebet sa ċertu punt matul il-perjodu meqjus, peress li l-estensjoni tal-miżuri fl-2000 permezz tar-reviżjoni ta' l-iskadenza preċedenti. Madankollu, l-indikaturi stabbiliti hawn fuq juru wkoll li l-industrija Komunitarja għadha fraġli u vulnerabbli.

5.1.4   L-effetti ta' fatturi oħra fuq il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja

i.   L-attivitá ta' l-esportazzjoni ta' l-industrija Komunitarja

(82)

L-investigazzjoni wriet illi l-attività ta' l-esportazzjoni ta' l-industrija Komunitarja żviluppat kif ġej:

Tabella 12

L-esportazzjoni ta' l-industrija Komunitarja

 

2002

2003

2004

IP

Volum (unità)

Indiċi

100

117

193

148

Valur (000' EUR)

Indiċi

100

126

146

93

Prezz medju (EUR/unità)

Indiċi

100

107

75

63

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.

(83)

Kwantitajiet esportati mill-industrija Komunitarja kibret b'mod sinjifkanti mill-2002 sa l-2004 iżda naqset b'iktar minn 20 % fl-IP. Madankollu, il-livell tal-bejgħ matul l-IP irrappreżenta xorta madwar 50 % iktar mil-livell tal-bejgħ fil-bidu tal-perjodu meqjus. Din ix-xejra fuq kollox pożittiva kienet konkomitanti għal tnaqqis aċċentwat fil-prezzijiet, spjegata mill-kompetizzjoni qawwija bi prezzijiet estremament baxxi iffaċċjati fis-swieq ta' pajjiżi terzi (ara l-premessa 35).

(84)

Fil-fatt, l-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja kienet iffaċċjata b'kompetizzjoni bi prezzijiet estremament baxxi f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari fi swieq emerġenti bħall-Brażil u ċ-Ċina, u li sabiex tkun tista' żżomm livell sinjifikanti ta' produzzjoni u bejgħ, ġiet imġiegħla tbaxxi sostanzjalment il-prezzijiet tagħha f'pajjiżi terzi. Naturalment, dan kellu konsegwenzi negattivi fuq il-profittabilità ġenerali.

ii.   Produtturi oħra fil-Komunità

(85)

Fattur li jista' jispjega l-fatt li l-industrija Komunitarja għadha ma rkupratx għal kollox il-qagħda ekonomika tagħha, partikolarment meta jitqies it-telf tas-sehem mis-suq u l-livell negattiv ta' profittabilità matul l-IP, huwa t-twaqqif ta' operazzjonijiet fil-Komunità minn ċerti produtturi esportaturi Ġappuniżi li allegatament huma wkoll jipproduċu TCS biex jinbigħu fis-suq Komunitarju. Fil-fatt, produtturi oħra fil-Komunità ggwadanjaw sehem sinjifikanti mis-suq matul il-perjodu kkonċernat (ara l-premessa 65 hawn fuq). Madankollu, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni minn produttur Ġappuniż li allegatament jipproduċi fil-Komunità, ma jistax jiġi eskluż li jkun xi jkun il-gwadann tas-sehem mis-suq minn dik il-kumpanija mhux se jkun ir-riżultat ta' prassi kompetittiva aħjar imma ta' trasferiment pur ta' prassi ta' dumping fil-Komunità permezz ta' l-immuntar tal-prodott fil-Komunità, b'hekk ixejnu l-effetti tal-miżuri.

(86)

F'dan ir-rigward ta' min jinnota li ta' l-inqas f'każ minnhom, l-investigazzjoni ma sabet l-ebda raġuni għal operazzjoni bħal din fil-Komunità ħlief għall-eżistenza tal-miżuri u l-bżonn li jiġu evitati (ara l-premessa 49).

5.1.5   Il-konklużjoni dwar il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja

(87)

L-istat attwali ta' l-industrija Komunitarja għandu jitqies fid-dawl tal-fatt li l-miżuri huma fis-seħħ.

(88)

Il-bejgħ fis-suq Komunitarju, il-volum tal-produzzjoni u r-rata ta' l-utilizzazzjoni tal-kapaċità żdiedet b'mod sinjifikanti sa l-2004. Il-profittabilità u l-produttività tjiebu wkoll sa l-2004, filwaqt li l-ispejjez tax-xogħol tnaqqsu. Il-likwidità, ir-ritorn mill-investiment u l-ħażniet ukoll kellhom xejriet pożittivi sa l-2004.

(89)

Madankollu, matul il-perjodu meqjus is-sehem mis-suq ta' l-industrija Komunitarja segwa xejra negattiva, b'telf ta' iktar minn 20 punt perċentwali. Mill-2000 kien hemm żieda fl-attività ta' operaturi ekonomiċi oħra fil-Komunità li allegatament jipproduċu wkoll it-TCS. Dan, flimkien ma' importazzjonijiet mill-Ġappun bi prezzijiet iddampjati, impedixxa lill-industrija Komunitarja milli tirrifletti l-ispejjeż imġarrba mill-R&D, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' TCS fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, li wasslitha għal profittabilità negattiva fl-IP.

(90)

Ir-rendiment ta' l-esportazzjoni ta' l-industrija Komunitarja kien affettwat ukoll minn prezzijiet iddampjati f'dawk is-swieq, u ġegħluha tnaqqas b'mod sinjifikanti (b'iktar minn 30 %) il-prezzijiet medji tagħha għal pajjiż terzi bl-effetti negattivi konsegwenti fuq il-profittabilità ġenerali ta' l-industrija. Din hija indikazzjoni tajba ta' kif is-suq Komunitarju ta' TCS jista' jevolvi fin-nuqqas ta' miżuri.

(91)

Kollox ma' kollox, il-konklużjoni trid tkun li l-istat ta' l-industrija ġeneralment tjiebet sa l-2004 imma ċerti indikaturi (eż il-volum tal-bejgħ fil-Komunità, il-profittabilità, ir-ritorn fuq l-investiment u l-likwidità) qalbu l-iżviluppi pożittivi tagħhom fl-IP. Għalhekk il-konklużjoni tista' tkun li l-industrija Komunitarja tinsab f'qagħda aħjar meta titqabbel ma' l-investigazzjoni tar-reviżjoni preċedenti, u dehret li hija vijabbli u kompetittiva peress li baxxiet b'mod sinjifikanti l-ispejjeż fissi u tejbet il-produttività tagħha. Madankollu, xorta ma kinitx kapaċi tirkupra għal kollox u b'hekk għadha fraġli u vulnerabbli ħafna, kif jista' joħroġ mill-evoluzzjoni ta' l-IP.

6.   IL-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TA' ĦSARA

6.1   L-impatt tal-volum ipproġettat u ta' l-effetti fuq il-prezzijiet f'każ ta' tneħħija tal-miżuri fuq l-istat ta' l-industrija Komunitarja

(92)

Ta' min ifakkar li fil-premessa 43 ġie konkluż li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal żieda ta’ esportazzjonijiet iddampjati mill-Ġappun lejn il-Komunità.

(93)

Eżami ta' l-impatt probabbli ta' iżjed importazzjonijiet bi prezz baxx fuq il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja juri li l-wasla ta' kwantitajiet sinjifikanti ta' importazzjonijiet iddampjati mill-ewwel jikkawżaw waqgħa kbira fil-prezzijiet fis-suq Komunitarju peress li l-industrija Komunitarja x'aktarx li l-ewwel tipprova żżomm sehemha mis-suq u l-livell tal-poduzzjoni tagħha, peress li jista' jiġi osservat matul il-perjodu mis-suq fir-rigward tal-bejgħ lejn pajjiżi terzi. Jekk dan iseħħ, it-telf mill-profittabilità ta' l-industrija Komunitarja jkun sinjifikanti u l-qagħda finanzjarja tagħha titmermer.

(94)

Ta' min ifakkar li fis-suq tat-TCS, is-sopravivenza ta' produttur tiddependi wkoll mill-kapaċità tiegħu li jżomm il-pass ta' l-iżviluppi teknoloġiċi l-ġodda u għalhekk li tinvesti b'mod xieraq fl-R&D, f'faċilitajiet ta' produzzjoni avvanzati u taħriġ ta' l-impjegati. Għalhekk, hija ta' importanza vitali li l-industrija Komunitarja tilħaq ċertu livell ta' profittabilità li trid tintlaħaq ukoll billi l-prezzijiet tal-bejgħ jinżammu f'livell li jrid jintlaħaq ukoll billi jżommu l-prezz tal-bejgħ f'livell li jippermetti li jkopri dawn l-ispejjeż. Huwa ċar li f'xenarju ta' waqgħa fil-prezzijiet ikkawżata minn importazzjonijiet li x'aktarx ikunu ddampjati mill-Ġappun, l-uniku produttur Komunitarju li fadal li mhux relatat ma' produtturi esportaturi Ġappuniżi jsofri danni materjali kkawżati mill-importazzjonijiet iddampjati u bi probabbiltà kbira, minħabba l-prezzijiet baxxi ħafna tal-produtturi esportaturi Ġappuniżi fuq il-bejgħ f'pajjiżi terzi, jispiċċa jfalli.

(95)

Fil-fatt, skond id-database ta' l-14(6), il-volum ta' importazzjonijiet iddampjati żdiedu b'iktar minn tliet darbiet sa l-2004 u b'iżjed minn 50 % matul il-perjodu meqjus. Kif kien enfasizzat hawn fuq, huwa probabbli li mingħajr miżuri anti-dumping fis-seħħ terġa' aktar volumi jkunu kkonsenjati lis-suq Komunitarju bi prezzijiet baxxi ħafna li jkunu b'mod sinjifikanti inqas mill-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja.

(96)

Fil-fatt, jekk il-produtturi esportaturi Ġappuniżi jipprattikaw prezzijiet ta' esportazzjoni lejn il-Komunità f'livelli simili għal dawk ipprattikati f'pajjiżi terzi, kif wieħed raġjonevolment jistenna, il-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja jkunu xi 30 % ogħla minn dawk tal-Ġappuniżi. Aġir bħal dan fil-prezzijiet, flimkien mal-kapaċità ta' l-esportaturi Ġappuniżi biex jikkonsenjaw kwantitajiet sinjifikanti fis-suq Komunitarju, bil-probabbiltà kollha jbaxxi l-prezzjiet fis-suq Komunitarju bl-impatt negattiv li jsegwi fir-rendiment ekonomiku ta' l-industrija Komunitarja.

6.2   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara

(97)

Fuq il-bażi ta' li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hija li t-tneħħija tal-miżuri, bil-probabbiltà kollha, tirriżulta fir-rikorrenza ta' ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.

7.   INTERESS IL-KOMUNITÀ

7.1   Introduzzjoni

(98)

B'konformità ma' l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku ġie eżaminat jekk il-prolongazzjoni tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Komunità bħala entità sħiħa. Id-determinazzjoni ta’ interess tal-Komunità ġiet ibbażata fuq stima ta’ l-interessi varji kollha involuti, jiġifieri dawk ta’ l-industrija Komunitarja u produtturi Komunitarji oħra, l-utenti u l-fornituri tal-materja prima tal-prodott meqjus.

(99)

Ta' min ifakkar li, fl-investigazzjonijiet ta' qabel, l-adozzjoni ta' miżuri u l-estenjsoni sussegwenti tagħhom dejjem instabet li ma tmurx kontra l-interess tal-Komunità. Barra minn hekk, l-investigazzjoni preżenti hija t-tieni reviżjoni ta' skadenza, u għalhekk tanalizza qagħda li fiha miżuri anti-dumping ilhom fis-seħħ mill-1994.

(100)

Fuq din il-bażi ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni li teżisti l-probabbiltà ta' tkomplija u/jew rikorrenza ta' dumping u rikorrenza ta' ħsara, kienx hemm raġunijiet b'saħħithom li jwasslu għall-konklużjoni li mhijiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari.

7.2   L-Interessi ta' l-industrija Komunitarja

(101)

L-industrija Komunitarja hija l-uniku produttur ta' TCS mhux relatat ma' produtturi esportaturi Ġappuniżi. Hija wriet bi provi li hija industrija vijabbli, kapaċi taddatta għal kondizzjonijiet fis-suq li jinbidlu. Dan kien ikkonfermat mill-isforzi tagħha biex tissemplifika l-produzzjoni, tnaqqas l-ispejjeż u żżid il-produttività, kif ukoll mill-investimenti kontinwi fil-produzzjoni ta' prodotti teknoloġikament iżjed avvanzati.

(102)

It-titjib tal-qagħda ekonomika matul il-perjodu meqjus jindika li l-industrija Komunitarja rnexxiela tibbenefika mill-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri u rritornat il-kompetizzjoni effettiva. Minkejja t-titjib fil-profittabilità tagħha, għadha trid tilħaq il-livell ta' profitt li wieħed jistenna f'dan it-tip ta' prodott teknoloġiku. Madankollu, kif deskritt hawn fuq, wieħed jista' jikkonkludi li, mingħajr it-tkomplija tal-miżuri anti-dumping, il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja sejra bil-probabbiltà kollha tiddeterjora severament, b'possibbiltà distinta li tingħalaq kif deskritt fil-premessa 93. Dan jipperikola madwar 100 impjieg marbut direttament mal-prodott ikkonċernat.

(103)

Hekk ukoll, il-produzzjoni fil-Komunità ta' prodotti ta' teknoloġija għolja bħat-TCS, u b'mod partikolari l-iżviluppi fl-R&D marbuta ma' produzzjoni bħal din, għandhom effetti ta' riperkussjoni. Dan huwa l-każ partikolarment tal-blokk tas-CCD, peress li l-komponenti tagħha jintużaw ukoll għal applikazzjonijiet oħra bħal sistemi tas-sigurtà u applikazzjonijiet mediċi, industrijali u ta' telekomunikazzjonijiet. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' industrija Komunitarja li tiffabbrika TCS għandha impatt fuq l-industrija televiżiva kollha, jiġifieri mill-iżvilupp u l-fabbrikazzjoni tat-tagħmir għax-xandir sal-produzzjoni ta' settijiet tat-televixin u reġistraturi, imma din tista' wkoll taffettwa l-istandards stabbiliti għas-settur televiżiv Komunitarju. Għalhekk, huwa meqjus ukoll li jekk din l-industrija ta' teknoloġija għolja tispiċċa, se jkun hemm impatt negattiv fuq l-industrija televiżiva b'mod ġenerali.

(104)

Minħabba li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni kienet illi, li jinħtieġ il-prolongament tal-miżuri eżistenti sabiex jiġu skansati l-effetti negattivi ta' l-importazzjonijiet iddampjati li jistgħu jipperikolaw l-eżistenza ta' l-industrija Komunitarja u konsegwentement ta' għadd ta' impjiegi speċjalizzati.

7.3   L-interessi tal-produtturi Komunitarji l-oħra

(105)

Fir-rigward ta' l-interessi tal-produtturi Komunitarji l-oħra ta' TCS, ta' min jinnota li wieħed biss ikkoopera f'din l-investigazzjoni. Dan il-produttur, relatat ma' produttur esportatur Ġappuniż, oppona l-kontinwazzjoni tal-miżuri imma argumenta li l-eżistenza tal-miżuri tatu vantaġġ kompetittiv fir-rigward ta' produtturi esportaturi Ġappuniżi oħra li ma jixtieqx iċedi.

(106)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-allegat produttur Komunitarju l-ieħor, il-konklużjoni hija li l-produttur Komunitarju li kkoopera mhux se jkun affettwat ħażin mill-estensjoni tal-miżuri. Fil-fatt, kif ġara wara l-prolongament tal-miżuri fl-2000, l-investiment tiegħu fil-Komunità se jitrawwem bl-estensjoni tal-miżuri fis-seħħ.

7.4   L-Interessi ta' l-utenti

(107)

Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lil ħamsa u għoxrin utent ta' TCS. Erba' utenti biss ikkooperaw ma' din l-investigazzjoni. Dawn l-utenti huma kumpaniji tax-xandir liċenzjati li jxandru l-programmi tagħhom stess billi jużaw it-tagħmir tagħhom stess. Huma xtraw direttament mingħand il-produtturi tat-TCS, kemm jekk prodotti fil-Komunità kif ukoll jekk fil-pajjiż esportatur, u jirrappreżentaw il-maġġoranza ta' l-utenti tat-TCS.

(108)

Utent minnhom argumenta li ma kellu l-ebda pjan biex jixtri xi għadd sinjifikanti ta' TCS fil-ħames snin li ġejjin u li għalhekk ma stenna l-ebda effett fuq in-negozju tiegħu jekk il-miżuri jiġu estiżi.

(109)

Utent ieħor argumenta li kellu pjanijiet li jaqleb għal prodotti b'definizzjoni għolja u li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, dan iżid l-għadd ta' fornituri fil-Komunità u jwassal għal bidla fil-prezzijiet u l-innovazzjoni tal-prodott. Huwa argumenta wkoll li bidla fis-sors tal-kamera mhix realistika minħabba li t-TCS mhumiex prodotti ġeneriċi jew komodità.

(110)

It-tielet utent argumenta li kien kontra t-tiġdid tal-miżuri anti-dumping minħabba li dawn iwasslu għal inqas kompetizzjoni u inqas mudelli disponibbli. Barra minn hekk, huwa argumenta li m'hemmx wisq flessibilità għall-bidla fi żmien qasir minn produttur għal ieħor.

(111)

Ir-raba' utent sostna li ma setax jipprevedi l-impatt jekk il-miżuri jinżammu.

(112)

Ta' min jinnota li ta' l-inqas żewġ produtturi Ġappuniżi issa huma stabbiliti fil-Komunità u jkomplu jikkompetu ma' l-industrija Komunitarja. Fil-fatt, ċerti utenti komplew ibigħu TCS Ġappuniżi, kemm impurtati kif ukoll prodotti fil-Komunità. Għalhekk il-konklużjoni ma tistax tkun li l-miżuri anti-dumping fis-seħħ eliminat għal kollox il-kompetizzjoni bejn il-fornituri differenti tat-TCS. Huwa minnu li l-importazzjonijiet ta' TCS mill-Ġappun naqsu mill-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping imma dan huwa frott l-inkapaċità tal-produtturi esportaturi Ġappuniżi biex ibigħu fil-Komunità bi prezzijiet mhux iddampjati.

(113)

Rigward il-possibilità għall-bdil tal-fornituri tat-TCS ta' min jinnota li l-għan tal-miżuri anti-dumping mhux li jisfurzaw bidla lejn fornitur ieħor ta' TCS imma li jistabbilixxu kundizzjonijiet indaqs permezz ta' l-eliminazzjoni tal-prassi tal-kummerċ mhux ġusti. Barra minn hekk, jekk l-industrija Komunitarja tat-TCS tispiċċa minħabba t-tneħħija tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ, dan mingħajr ebda dubju jwassal għal tnaqqis fil-kompetizzjoni u għal dipendenza ta' l-utenti tat-TCS Komunitarji fuq it-teknoloġija Ġappuniża. Dan l-aħħar aspett huwa partikolarment importanti peress li l-produtturi tat-TCS jistgħu jkollhom rwol importanti fit-tfassil ta' l-istandards tax-xandir għall-ġejjieni. Il-Komunità kieku tkun mingħajr ebda dubju f'qagħda żvantaġġjuża jekk ma jkollhiex produttur b'saħħtu biżżejjed ta' dan il-prodott.

(114)

B'konformità mas-sejbiet ta' investigazzjonijiet preċedenti, instab illi t-TCS mhumiex fattur sinjifikanti fl-ispejjeż għall-utenti peress li, f'relazzjoni mal-produzzjoni tagħhom tal-programmi għax-xandir, dawn kienu jammontaw biss għal proporzjon żgħir mill-ispejjeż totali tagħhom. Fil-fatt, is-sistemi tal-kameras koperti mill-miżuri anti-dumping jirrappreżentaw parti biss mit-tagħmir ġenerali meħtieġ minn kumpanija tax-xandir. Bl-istess mod, meta tħares lejn l-ispejjeż totali ta' kumpanija tax-xandir, u mhux biss lejn it-tagħmir, l-ispiża fuq TCS suġġetta għal dazji anti-dumping tirrappreżenta proporzjon terġa' iżgħar peress li hemm spejjeż aktar importanti bħall-produzzjoni tal-programm, il-personal, overheads, eċċ. li kienu kollha 'l fuq mis-sempliċi spiża ta' TCS.

(115)

F'termini ġenerali, l-investigazzjoni kkonkludiet li l-effetti fuq l-utenti huma limitati meta mqabbla mad-daqs tal-fatturat globali tal-kumpaniji tax-xandir, jiġifieri x-xiri ta' TCS jirrappreżenta inqas minn 0.2 % tal-fatturat totali tal-kumpaniji tax-xandir. Barra minn hekk, dan iż-żmien it-tul tal-ħajja medja ta' TCS hija stmata li tkun ta' madwar seba' snin, li xi kultant tilħaq l-għaxar snin, li jfisser li t-TCS jibqgħu 'l bogħod milli jkunu fattur ta' spiża rikorrenti għall-utenti.

(116)

Għalhekk, il-konklużjoni hija li peress li l-miżuri ilhom fis-seħħ għal ċertu perjodu ta' żmien u kieku jinżammu fl-istess livell, l-estensjoni tagħhom mhix se timplika deterjorament tal-qagħda ta' l-utenti. Barra minn hekk, huma jibqgħu jkollhom aċċess għat-TCS apparti dawk prodotti mill-industrija Komunitarja. Fi kwalunkwe każ, ma kien hemm l-ebda evidenza disponibbli li kwalunkwe impatt li jista' jiġi kkawżat lill-utenti jaqbeż il-bżonn li jiġu eliminati l-effetti li jxekklu l-kummerċ ta' dumping li jagħmel il-ħsara u l-bżonn li tiġi rritornata l-kompetizzjoni effettiva.

(117)

Fl-aħħar nett, ta' min jinnota li l-investigazzjoni parallela deskritta fil-premessa 6 sejra, jekk il-miżuri jkunu imposti, tirrevedi de facto l-miżuri fis-seħħ u taġġorna l-livell tagħhom.

7.5   L-interessi ta' l-industrija fornitriċi

(118)

Mid-disa' fornituri ta' materja prima kkuntattjati, wieħed biss wieġeb il-kwestjonarju u qabel li jikkoopera f'din ir-reviżjoni. Din il-kumpanija tforni parti importanti tat-TCS li jindika li l-operati tagħha huma rappreżentattivi tal-fornituri tal-materja prima ta' dan il-prodott.

(119)

Il-bejgħ ta' dan il-fornitur lill-industrija Komunitarja jirrappreżenta parti sinjifikanti tal-fatturat totali tal-kumpanija għal dak il-prodott. Il-kumpanija argumentat li jekk il-miżuri jiġu estiżi, il-produzzjoni tal-materja prima tibqa' għaddejja. Mill-banda l-oħra, jekk il-miżuri jitneħħew, il-kapaċità ta' mmuntar tagħha tiġi pperikolata minħabba l-inkapaċità tagħha biex tbaxxi l-prezzijiet.

(120)

Għalhekk il-konklużjoni hija li l-estensjoni tal-miżuri fis-seħħ se jħallu impatt pożittiv fuq l-industrija fornitriċi ta' TCS.

7.6   Kompetizzjoni u effetti li jxekklu l-kummerċ

(121)

Importatur, li jipproduċi wkoll it-TCS fil-Komunità, u li huwa relatat ma' produttur esportatur Ġappuniż, argumenta li irrispettivament minn jekk il-miżuri jkomplux ma kien hemm l-ebda intenzjoni li titnaqqas il-produzzjoni fil-Komunità.

(122)

Għaldaqstant, il-konklużjoni hija li anke jekk il-miżuri fis-seħħ jiġġeddu, l-industrija Komunitarja tkompli tiġi kkonfrontata b'kompetizzjoni minn operaturi oħra fil-Komunità li jipproduċu u jbiegħu it-TCS. L-utenti se jkunu għalhekk jistgħu, kif setgħu s'issa, jixtru TCS ta' marka Ġappuniża.

(123)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li jekk il-miżuri jitneħħew, hemm raġunijiet li jindikaw li s-sopravivenza ta' l-indutrija Komunitarja tista' tiġi pperikolata (ara l-premessa 94 hawn fuq). Jekk dan iseħħ, il-produzzjoni ta' TCS tiġi limitata għall-produtturi Ġappuniżi (jew il-kumpaniji relatati tagħhom), bid-dipendenza konsegwenti tal-Komunità fuq għadd terġa' iżgħar ta' produtturi.

(124)

Għalhekk, il-konklużjoni hija li t-tkomplija tal-miżuri għandu jkollha effetti pożittivi fir-rigward taż-żamma tal-kompetizzjoni u l-eliminazzjoni ta' l-effetti li jxekklu l-kummerċ.

7.7.   Konklużjoni fuq l-interess Komunitarju

(125)

Fuq il-bażi ta' li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hi illi ma hemmx raġunijiet sodi biżżejjed fuq bażi ta' interess tal-Komunità kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(126)

Il-partijiet interessati kollha kienu informati bil-fatti u konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom hemm l-intenzjoni li jiġi rrakkomandat illi l-miżuri eżistenti jinżammu. Huma ngħataw ukoll perjodu biex iressqu rappreżentazzjonijiet wara dan it-tagħrif.

(127)

Minn dak li ntqal fuq jirriżulta, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tat-TCS, li joriġinaw mill-Ġappun għandhom jinżammu.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'dan qiegħed jiġi impost dazju definittiv ta' l-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' sistemi ta' telekamera u partijiet minnhom, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8525 30 90 (kodiċi TARIC: 8525309010), ex 8537 10 91 (kodiċi TARIC 8537109191), ex 8537 10 99 (kodiċi TARIC 8537109991), ex 8529 90 81 (kodiċi TARIC 8529908138), ex 8529 90 95 (kodiċi TARIC 8529909530), ex 8543 89 97 (kodiċi TARIC 8543899715), ex 8528 21 14 (kodiċi TARIC 8528211410), ex 8528 21 16 (kodiċi TARIC 8528211610) u ex 8528 21 90 (kodiċi TARIC 8528219010), li joriġinaw fil-Ġappun.

2.   Is-sistemi ta' telekameras jistgħu jikkonsistu f'kombinazzjoni tal-partijiet li ġejjin, importati flimkien jew separatament:

(a)

head tal-kamera bi tliet sensuri jew aktar (dispożittivi li jakkumpanjaw il-karika ta' 12 mm jew aktar) b'aktar minn 400 000pixel kull wieħed, li jistgħu jitqabbdu ma' adapter fuq wara, u li għandha speċifikazzjonijiet b'relazzjoni tas-sinjal mal-ħoss ta' 55dB jew aktar meta jkun imqabbad b'mod normali; jew f'biċċa waħda mal-head tal-kamera u l-adapter flimkien f'kaxxa waħda, jew separati;

(b)

viewfinder (djagunal ta' 38 mm jew aktar);

(ċ)

stazzjon ta' bażi jew unità għall-kontroll tal-kamera (CCU) mqabbda mal-kamera b'kejbil

(d)

pannel għall-kontroll operazzjonali (OCP) għall-kontroll tal-kameras waħda waħda (jiġifieri għall-aġġustament tal-kulur, il-ftuħ tal-lenti jew l-iris);

(e)

pannel prinċipali għall-kontroll (MCP) jew unità ta' struttura ta' organizzazzjoni prinċipali (MSU) b'indikazzjoni tal-kamera magħżula, għall-panoramika u għall-aġġustament ta' bosta kameras 'il bogħod.

3.   Dan id-dazju m'għandux japplika għal:

(a)

lentijiet (kodiċi addizzjonali TARIC A727);

(b)

reġistratur tat-tejps tal-vidjo (kodiċi addizzjonali TARIC A727);

(ċ)

heads tal-kamera b'unità għar-reġistrazzjoni fl-istess, “kaxxa” inseparabbli (kodiċi addizzjonali TARIC A727);

(d)

kameras professjonali li ma jistgħux jintużaw għal raġunijiet ta' xandir (kodiċi addizzjonali TARIC A727);

(e)

kameras professjonali mniżżlin fl-Anness (kodiċi addizzjonali TARIC 8786 u 8969).

4.   Meta s-sistema ta' telekameras tiġi importata bil-lenti il-valur ħieles fil-fruntiera tal-Komunità użat fl-applikazzjoni tad-dazju anti-dumping għandu jkun dak ta' sistemi ta' telekameras mingħajr il-lenti. Jekk dan il-valur ma jkunx speċifikat fil-fattura l-importatur irid jiddikjara l-valur tal-lenti fiż-żmien tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera u għandu jressaq l-evidenza u t-tagħrif xierqa f'dak il-każ.

5.   Ir-rata ta' dazju anti-dumping għandha tkun ta' 96,8 % tal-prezz ħieles fil-fruntiera tal-Komunità nett, qabel id-dazju (kodiċi addizzjonali TARIC: 8744) ħlief il-prodotti fabbrikati mill-kumpaniji li ġejjin li għalihom ir-rata se tkun din li ġejja:

Ikegami Tsushinki Co. Ltd: 200,3 % (kodiċi addizzjonali TARIC: 8741),

Sony Corporation: 108,3 % (kodiċi addizzjonali TARIC: 8742),

Hitachi Denshi Ltd: 52,7 % (kodiċi addizzjonali TARIC: 8743).

6.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  ĠU L 56, 6. 3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 111, 30.4.1994, p. 106. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1754/2004 (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 38. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1909/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 1).

(4)  ĠU C 309, 15.12.2004, p. 2.

(5)  ĠU C 239, 29.9.2005, p. 9.

(6)  ĠU C 117, 18.5.2006, p. 8.


ANNESS

Lista ta’ sistemi tal-kameras professjonali li mhumiex kwalifikati bħala sistemi tal-kameras professjonali (sistemi tal-kameras tax-xandir), li huma eżentati mill-miżuri

Isem il-kumpanija

Camera heads

Viewfinder

Unità tal-kontroll tal-kamera

Unità operazzjonali tal-kontroll

Unità prinċipali tal-kontroll — Master control unit

Adapters tal-kamera

Sony

 

DXC-M7PK

 

DXC-M7P

 

DXC-M7PH

 

DXC-M7PK/1

 

DXC-M7P/1

 

DXC-M7PH/1

 

DXC-327PK

 

DXC-327PL

 

DXC-327PH

 

DXC-327APK

 

DXC-327APL

 

DXC-327AH

 

DXC-537PK

 

DXC-537PL

 

DXC-537PH

 

DXC-537APK

 

DXC-537APL

 

DXC-537APH

 

EVW-537PK

 

EVW-327PK

 

DXC-637P

 

DXC-637PK

 

DXC-637PL

 

DXC-637PH

 

PVW-637PK

 

PVW-637PL

 

DXC-D30PF

 

DXC-D30PK

 

DXC-D30PL

 

DXC-D30PH

 

DSR-130PF

 

DSR-130PK

 

DSR-130PL

 

PVW-D30PF

 

PVW-D30PK

 

PVW-D30PL

 

DXC-327BPF

 

DXC-327BPK

 

DXC-327BPL

 

DXC-327BPH

 

DXC-D30WSP (1)

 

DXC-D35PH (1)

 

DXC-D35PL (1)

 

DXC-D35PK (1)

 

DXC-D35WSPL (1)

 

DSR-135PL (1)

 

DXF-3000CE

 

DXF-325CE

 

DXF-501CE

 

DXF-M3CE

 

DXF-M7CE

 

DXF-40CE

 

DXF-40ACE

 

DXF-50CE

 

DXF-601CE

 

DXF-40BCE

 

DXF-50BCE

 

DXF-701CE

 

DXF-WSCE (1)

 

DXF-801CE (1)

 

HDVF-C30W

 

CCU-M3P

 

CCU-M5P

 

CCU-M7P

 

CUU-M5AP (1)

 

RM-M7G

 

RM-M7E (1)

 

CA-325P

 

CA-325AP

 

CA-325B

 

CA-327P

 

CA-537P

 

CA-511

 

CA-512P

 

CA-513

 

VCT-U14 (1)

Ikegami

 

HC-340

 

HC-300

 

HC-230

 

HC-240

 

HC-210

 

HC-390

 

LK-33

 

HDL-30MA

 

HDL-37

 

HC-400 (1)

 

HC-400W (1)

 

HDL-37E

 

HDL-10

 

HDL-40

 

HC-500 (1)

 

HC-500W (1)

 

VF15-21/22

 

VF-4523

 

VF15-39

 

VF15-46 (1)

 

VF5040 (1)

 

VF5040W (1)

 

MA-200/230

 

MA-200A (1)

 

MA-400 (1)

 

CCU-37

 

CCU-10

 

RCU-240

 

RCU-390 (1)

 

RCU-400 (1)

 

RCU-240A

 

CA-340

 

CA-300

 

CA-230

 

CA-390

 

CA-400 (1)

 

CA-450 (1)

Hitachi

 

SK-H5

 

SK-H501

 

DK-7700

 

DK-7700SX

 

HV-C10

 

HV-C11

 

HV-C10F

 

Z-ONE (L)

 

Z-ONE (H)

 

Z-ONE

 

Z-ONE A (L)

 

Z-ONE A (H)

 

Z-ONE A (F)

 

Z-ONE A

 

Z-ONE B (L)

 

Z-ONE B (H)

 

Z-ONE B (F)

 

Z-ONE B

 

Z-ONE B (M)

 

Z-ONE B (R)

 

FP-C10 (B)

 

FP-C10 (C)

 

FP-C10 (D)

 

FP-C10 (G)

 

FP-C10 (L)

 

FP-C10 (R)

 

FP-C10 (S)

 

FP-C10 (V)

 

FP-C10 (F)

 

FP-C10

 

FP-C10 A

 

FP-C10 A (A)

 

FP-C10 A (B)

 

FP-C10 A (C)

 

FP-C10 A (D)

 

FP-C10 A (F)

 

FP-C10 A (G)

 

FP-C10 A (H)

 

FP-C10 A (L)

 

FP-C10 A (R)

 

FP-C10 A (S)

 

FP-C10 A (T)

 

FP-C10 A (V)

 

FP-C10 A (W)

 

Z-ONE C (M)

 

Z-ONE C (R)

 

Z-ONE C (F)

 

Z-ONE C

 

HV-C20

 

HV-C20M

 

Z-ONE-D

 

Z-ONE-D (A)

 

Z-ONE-D (B)

 

Z-ONE-D (C)

 

Z-ONE.DA (1)

 

V-21 (1)

 

V-21W (1)

 

V-35 (1)

 

DK-H31 (1)

 

V-35W (1)

 

GM-5 (A)

 

GM-5-R2 (A)

 

GM-5-R2

 

GM-50

 

GM-8A (1)

 

GM-9 (1)

 

GM-51 (1)

 

RU-C1 (B)

 

RU-C1 (D)

 

RU-C1

 

RU-C1-S5

 

RU-C10 (B)

 

RU-C10 (C)

 

RC-C1

 

RC-C10

 

RU-C10

 

RU-Z1 (B)

 

RU-Z1 (C)

 

RU-Z1

 

RC-C11

 

RU-Z2

 

RC-Z1

 

RC-Z11

 

RC-Z2

 

RC-Z21

 

RC-Z2A (1)

 

RC-Z21A (1)

 

RU-Z3 (1)

 

RC-Z3 (1)

 

RU-Z35 (1)

 

RU-3300N (1)

 

CA-Z1

 

CA-Z2

 

CA-Z1SJ

 

CA-Z1SP

 

CA-Z1M

 

CA-Z1M2

 

CA-Z1HB

 

CA-C10

 

CA-C10SP

 

CA-C10SJA

 

CA-C10M

 

CA-C10B

 

CA-Z1A (1)

 

CA-Z31 (1)

 

CA-Z32 (1)

 

CA-ZD1 (1)

 

CA-Z35 (1)

 

EA-Z35 (1)

Matsushita

 

WV-F700

 

WV-F700A

 

WV-F700SHE

 

WV-F700ASHE

 

WV-F700BHE

 

WV-F700ABHE

 

WV-F700MHE

 

WV-F350

 

WV-F350HE

 

WV-F350E

 

WV-F350AE

 

WV-F350DE

 

WV-F350ADE

 

WV-F500HE (*)

 

WV-F-565HE

 

AW-F575HE

 

AW-E600

 

AW-E800

 

AW-E800A

 

AW-E650

 

AW-E655

 

AW-E750

 

AW-E860L

 

AK-HC910L

 

AK-HC1500G

 

WV-VF65BE

 

WV-VF40E

 

WV-VF39E

 

WV-VF65BE (*)

 

WV-VF40E (*)

 

WV-VF42E

 

WV-VF65B

 

AW-VF80

 

WV-RC700/B

 

WV-RC700/G

 

WV-RC700A/B

 

WV-RC700A/G

 

WV-RC36/B

 

WV-RC36/G

 

WV-RC37/B

 

WV-RC37/G

 

WV-CB700E

 

WV-CB700AE

 

WV-CB700E (*)

 

WV-CB700AE (*)

 

WV-RC700/B (*)

 

WV-RC700/G (*)

 

WV-RC700A/B (*)

 

WV-RC700A/G (*)

 

WV-RC550/G

 

WV-RC550/B

 

WV-RC700A

 

WV-CB700A

 

WV-RC550

 

WV-CB550

 

AW-RP501

 

AW-RP505

 

AK-HRP900

 

AK-HRP150

 

WV-AD700SE

 

WV-AD700ASE

 

WV-AD700ME

 

WV-AD250E

 

WV-AD500E (*)

 

AW-AD500AE

 

AW-AD700BSE

JVC

 

KY-35E

 

KY-27ECH

 

KY-19ECH

 

KY-17FITECH

 

KY-17BECH

 

KY-F30FITE

 

KY-F30BE

 

KY-F560E

 

KY-27CECH

 

KH-100U

 

KY-D29ECH

 

KY-D29WECH (1)

 

VF-P315E

 

VF-P550E

 

VF-P10E

 

VP-P115E

 

VF-P400E

 

VP-P550BE

 

VF-P116E

 

VF-P116WE (1)

 

VF-P550WE (1)

 

RM-P350EG

 

RM-P200EG

 

RM-P300EG

 

RM-LP80E

 

RM-LP821E

 

RM-LP35U

 

RM-LP37U

 

RM-P270EG

 

RM-P210E

 

KA-35E

 

KA-B35U

 

KA-M35U

 

KA-P35U

 

KA-27E

 

KA-20E

 

KA-P27U

 

KA-P20U

 

KA-B27E

 

KA-B20E

 

KA-M20E

 

KA-M27E

Olympus

 

MAJ-387N

 

MAJ-387I

 

 

OTV-SX 2

 

OTV-S5

 

OTV-S6

 

 

 

Camera OTV-SX


(*)  Imsejħa wkoll master set up unit (MSU) jew master control panel (MCP).

(1)  Mudelli eżentati bil-kondizzjoni li s-sistema tat-triax jew l-adapter tat-triax korrispondenti ma jinbigħux fis-suq tal-KE.