1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

445


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1909/2006

tat-18 ta’ Diċembru 2006

li jemenda l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' sistemi ta' kameras tat-televiżjoni li joriġinaw mill-Ġappun

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), (“ir-Regolament bażiku”),

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURI PREĊEDENTI

(1)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1015/94 (2), impona dazju definittiv kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' sistemi tal-kameras tat-televiżjoni (“TCS”) li joriġinaw mill-Ġappun.

(2)

F'Settembru 2000, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 (3) ikkonferma d-dazji defenittivi ta' kontra d-dumping, imposti bir-Regolament (KE) Nru 1015/94 (kif sussegwentament emendat) skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(3)

Fl-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000, il-Kunsill speċifikament eskluda mill-ambitu tad-dazju ta' kontra d-dumping, is-sistemi tal-kameras elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament ('l-Anness'), li jirrappreżenta sistemi tal-kameras professjonali ta' livell għoli li teknikament jaqgħu fis-sens tat-tifsira tal-prodott taħt l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, iżda li ma jistgħux jitqiesu bħala sistemi ta' kameras tat-televiżjoni.

(4)

Il-Kummissjoni, permezz tan-notifika tad-29 ta' Settembru 2005 (4), tat bidu għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 li impona l-miżuri kontra d-dumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet ta' TCS li joriġinaw mill-Ġappun.

(5)

Il-Kummissjoni permezz tan-notifika tat-18 ta' Mejju 2006, bdiet proċeduri kontra d-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijet ta' ċerti sistemi ta' kameras li joriġinaw mill-Ġappun skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Ladarba l-ambitu tal-prodott ta' dawn il-proċeduri jinkludi l-prodotti suġġetti għall-miżuri tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000, il-Kummissjoni bdiet ukoll permezz ta' din in-notifika tat-18 ta' Mejju 2006, reviżjoni, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, tal-miżuri eżistenti. L-investigazzjonijiet imsemmija fil-premessi (4) u (5) għadhom għaddejjin.

B.   INVESTIGAZZJONI DWAR MUDELLI GODDA TA' SISTEMI TA' KAMERAS PROFESSJONALI

1.   Il-proċedura

(6)

Produttur esportatur wieħed Ġappuniż, Hitachi Denshi (Europa) GmbH (“Hitachi”) informa lill-Kummissjoni li kellu l-intenzjoni li jintroduċi mudell ġdid ta' sistemi tal-kameras professjonali fis-suq tal-Komunità u talab lill-Kummissjoni sabiex iżżid dan il-mudell ġdid ta' sistema tal-kameras professjonali ma' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 u b'hekk teżentah mill-ambitu tad-dazji kontra d-dumping.

(7)

Il-Kummissjoni infurmat lill-industrija Komunitarja b'dan u tat bidu għal investigazzjoni limitata sabiex jiġi determinat jekk il-prodott ikkunsidrat jaqax fl-ambitu tad-dazji kontra d-dumping u jekk il-parti operattiva tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 għandhiex tiġi emendata skond dan.

2.   Il-mudell taħt investigazzjoni

(8)

Ġiet riċevuta rikjesta għal eżenzjoni għall-mudell, li ġej, ta' sistemi ta' kameras, akkumpanjata mit-tagħrif tekniku relevanti:

Hitachi:

Camera head V-35W.

Dan il-mudell ġie preżentat bħala mudell suċċessur tal-mudell, diġà eżentat, camera head V-35.

3.   Konklużjonijiet

(9)

Il-mudell camera head V-35W jaqa' fi ħdan id-deskrizzjoni tal-prodott ta' l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000. Madanakollu, kif ġara bil-mudell predeċessur tiegħu, jintuża prinċipalment fl-applikazzjonijiet professjonali u ma jinbiegħx mas-sistema triax korrispondenti jew adaptor korrispondenti fis-suq tal-KE.

(10)

Għalhekk, ġie konkluż li huwa jikkwalifika bħala sistema ta' kamera professjonali fis-sens ta' l-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000. B'riżultat ta' dan, għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-miżuri eżistenti kontra d-dumping u jiżdied ma' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000.

(11)

Skond il-prassi stabbilita ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità, il-mudell il-ġdid għandu jiġi eżentat mid-dazju kontra d-dumping mid-data li fiha s-servizzi tal-Kummissjoni rċevew it-talba relevanti għall-eżenzjoni. Għalhekk, l-importazzjonijiet kollha tal-mudell ta' kamera, li ġej, fil-11 ta' April 2006 jew wara, għandhom jiġu eżentati mid-dazju kontra d-dumping minn din id-data:

Hitachi:

Camera head V-35W

4.   Tagħrif tal-partijiet interessati u konklużjonijiet

(12)

Il-Kummissjoni infurmat lill-industrija Komunitarja u lill-esportatur produttur tat-TCS bil-konklużjonijiet tagħha u tathom l-opportunità li jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom. L-ebda waħda mill-partijiet ma oġġezzjonat għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

(13)

Fid-dawl ta' dak li jingħad hawn fuq, huwa propost li jiġi emendat l-Anness tar-Regolament Nru 2042/2000 kif meħtieġ.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 għandu jinbidel bl-Anness mehmuż hawnhekk.

Artikolu 2

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-importazzjonijiet tal-mudell li ġej, prodott u esportat lejn il-Komunità mill-produttur esportatur li ġej:

Hitachi, mill-11 ta' April 2006

Camera head V-35W.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-E. ENESTAM


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 111, 30.4.1994, p. 106. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1754/2004 (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 38. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 913/2006 (ĠU L 169, 22.6.2006, p. 1).

(4)  ĠU C 239, 29.9.2005, p. 9.


ANNESS

“ANNESS

Lista ta' sistemi tal-kameras professjonali li mhumiex kwalifikati bħala sistemi tal-kameras professjonali (sistemi tal-kameras tax-xandir), li huma eżentati mill-miżuri

Isem il-kumpannija

Camera heads

Viewfinder

Unità tal-kontroll tal-kamera

Unità operazzjonali tal-kontroll

Unità prinċipali tal-kontroll — Master control unit

Adapters tal-kamera

Sony

 

DXC-M7PK

 

DXC-M7P

 

DXC-M7PH

 

DXC-M7PK/1

 

DXC-M7P/1

 

DXC-M7PH/1

 

DXC-327PK

 

DXC-327PL

 

DXC-327PH

 

DXC-327APK

 

DXC-327APL

 

DXC-327AH

 

DXC-537PK

 

DXC-537PL

 

DXC-537PH

 

DXC-537APK

 

DXC-537APL

 

DXC-537APH

 

EVW-537PK

 

EVW-327PK

 

DXC-637P

 

DXC-637PK

 

DXC-637PL

 

DXC-637PH

 

PVW-637PK

 

PVW-637PL

 

DXC-D30PF

 

DXC-D30PK

 

DXC-D30PL

 

DXC-D30PH

 

DSR-130PF

 

DSR-130PK

 

DSR-130PL

 

PVW-D30PF

 

PVW-D30PK

 

PVW-D30PL

 

DXC-327BPF

 

DXC-327BPK

 

DXC-327BPL

 

DXC-327BPH

 

DXC-D30WSP (1)

 

DXC-D35PH (1)

 

DXC-D35PL (1)

 

DXC-D35PK (1)

 

DXC-D35WSPL (1)

 

DSR-135PL (1)

 

DXF-3000CE

 

DXF-325CE

 

DXF-501CE

 

DXF-M3CE

 

DXF-M7CE

 

DXF-40CE

 

DXF-40ACE

 

DXF-50CE

 

DXF-601CE

 

DXF-40BCE

 

DXF-50BCE

 

DXF-701CE

 

DXF-WSCE (1)

 

DXF-801CE (1)

 

HDVF-C30W

 

CCU-M3P

 

CCU-M5P

 

CCU-M7P

 

CUU-M5AP (1)

 

RM-M7G

 

RM-M7E (1)

 

CA-325P

 

CA-325AP

 

CA-325B

 

CA-327P

 

CA-537P

 

CA-511

 

CA-512P

 

CA-513

 

VCT-U14 (1)

Ikegami

 

HC-340

 

HC-300

 

HC-230

 

HC-240

 

HC-210

 

HC-390

 

LK-33

 

HDL-30MA

 

HDL-37

 

HC-400 (1)

 

HC-400W (1)

 

HDL-37E

 

HDL-10

 

HDL-40

 

HC-500 (1)

 

HC-500W (1)

 

VF15-21/22

 

VF-4523

 

VF15-39

 

VF15-46 (1)

 

VF5040 (1)

 

VF5040W (1)

 

MA-200/230

 

MA-200A (1)

 

MA-400 (1)

 

CCU-37

 

CCU-10

 

RCU-240

 

RCU-390 (1)

 

RCU-400 (1)

 

RCU-240A

 

CA-340

 

CA-300

 

CA-230

 

CA-390

 

CA-400 (1)

 

CA-450 (1)

Hitachi

 

SK-H5

 

SK-H501

 

DK-7700

 

DK-7700SX

 

HV-C10

 

HV-C11

 

HV-C10F

 

Z-ONE (L)

 

Z-ONE (H)

 

Z-ONE

 

Z-ONE A (L)

 

Z-ONE A (H)

 

Z-ONE A (F)

 

Z-ONE A

 

Z-ONE B (L)

 

Z-ONE B (H)

 

Z-ONE B (F)

 

Z-ONE B

 

Z-ONE B (M)

 

Z-ONE B (R)

 

FP-C10 (B)

 

FP-C10 (C)

 

FP-C10 (D)

 

FP-C10 (G)

 

FP-C10 (L)

 

FP-C10 (R)

 

FP-C10 (S)

 

FP-C10 (V)

 

FP-C10 (F)

 

FP-C10

 

FP-C10 A

 

FP-C10 A (A)

 

FP-C10 A (B)

 

FP-C10 A (C)

 

FP-C10 A (D)

 

FP-C10 A (F)

 

FP-C10 A (G)

 

FP-C10 A (H)

 

FP-C10 A (L)

 

FP-C10 A (R)

 

FP-C10 A (S)

 

FP-C10 A (T)

 

FP-C10 A (V)

 

FP-C10 A (W)

 

Z-ONE C (M)

 

Z-ONE C (R)

 

Z-ONE C (F)

 

Z-ONE C

 

HV-C20

 

HV-C20M

 

Z-ONE-D

 

Z-ONE-D (A)

 

Z-ONE-D (B)

 

Z-ONE-D (C)

 

Z-ONE.DA (1)

 

V-21 (1)

 

V-21W (1)

 

V-35 (1)

 

DK-H31 (1)

 

V-35W (1)

 

GM-5 (A)

 

GM-5-R2 (A)

 

GM-5-R2

 

GM-50

 

GM-8A (1)

 

GM-9 (1)

 

GM-51 (1)

 

RU-C1 (B)

 

RU-C1 (D)

 

RU-C1

 

RU-C1-S5

 

RU-C10 (B)

 

RU-C10 (C)

 

RC-C1

 

RC-C10

 

RU-C10

 

RU-Z1 (B)

 

RU-Z1 (C)

 

RU-Z1

 

RC-C11

 

RU-Z2

 

RC-Z1

 

RC-Z11

 

RC-Z2

 

RC-Z21

 

RC-Z2A (1)

 

RC-Z21A (1)

 

RU-Z3 (1)

 

RC-Z3 (1)

 

RU-Z35 (1)

 

RU-3300N (1)

 

CA-Z1

 

CA-Z2

 

CA-Z1SJ

 

CA-Z1SP

 

CA-Z1M

 

CA-Z1M2

 

CA-Z1HB

 

CA-C10

 

CA-C10SP

 

CA-C10SJA

 

CA-C10M

 

CA-C10B

 

CA-Z1A (1)

 

CA-Z31 (1)

 

CA-Z32 (1)

 

CA-ZD1 (1)

 

CA-Z35 (1)

 

EA-Z35 (1)

Matsushita

 

WV-F700

 

WV-F700A

 

WV-F700SHE

 

WV-F700ASHE

 

WV-F700BHE

 

WV-F700ABHE

 

WV-F700MHE

 

WV-F350

 

WV-F350HE

 

WV-F350E

 

WV-F350AE

 

WV-F350DE

 

WV-F350ADE

 

WV-F500HE (*)

 

WV-F-565HE

 

AW-F575HE

 

AW-E600

 

AW-E800

 

AW-E800A

 

AW-E650

 

AW-E655

 

AW-E750

 

AW-E860L

 

AK-HC910L

 

AK-HC1500G

 

WV-VF65BE

 

WV-VF40E

 

WV-VF39E

 

WV-VF65BE (*)

 

WV-VF40E (*)

 

WV-VF42E

 

WV-VF65B

 

AW-VF80

 

WV-RC700/B

 

WV-RC700/G

 

WV-RC700A/B

 

WV-RC700A/G

 

WV-RC36/B

 

WV-RC36/G

 

WV-RC37/B

 

WV-RC37/G

 

WV-CB700E

 

WV-CB700AE

 

WV-CB700E (*)

 

WV-CB700AE (*)

 

WV-RC700/B (*)

 

WV-RC700/G (*)

 

WV-RC700A/B (*)

 

WV-RC700A/G (*)

 

WV-RC550/G

 

WV-RC550/B

 

WV-RC700A

 

WV-CB700A

 

WV-RC550

 

WV-CB550

 

AW-RP501

 

AW-RP505

 

AK-HRP900

 

AK-HRP150

 

WV-AD700SE

 

WV-AD700ASE

 

WV-AD700ME

 

WV-AD250E

 

WV-AD500E (*)

 

AW-AD500AE

 

AW-AD700BSE

JVC

 

KY-35E

 

KY-27ECH

 

KY-19ECH

 

KY-17FITECH

 

KY-17BECH

 

KY-F30FITE

 

KY-F30BE

 

KY-F560E

 

KY-27CECH

 

KH-100U

 

KY-D29ECH

 

KY-D29WECH (1)

 

VF-P315E

 

VF-P550E

 

VF-P10E

 

VP-P115E

 

VF-P400E

 

VP-P550BE

 

VF-P116E

 

VF-P116WE (1)

 

VF-P550WE (1)

 

RM-P350EG

 

RM-P200EG

 

RM-P300EG

 

RM-LP80E

 

RM-LP821E

 

RM-LP35U

 

RM-LP37U

 

RM-P270EG

 

RM-P210E

 

KA-35E

 

KA-B35U

 

KA-M35U

 

KA-P35U

 

KA-27E

 

KA-20E

 

KA-P27U

 

KA-P20U

 

KA-B27E

 

KA-B20E

 

KA-M20E

 

KA-M27E

Olympus

 

MAJ-387N

 

MAJ-387I

 

 

OTV-SX 2

 

OTV-S5

 

OTV-S6

 

 

 

Camera OTV-SX


(*)  Imsejjaħ ukoll master set up unit (MSU) jew master control panel (MCP).

(1)  Mudelli eżentati bil-kondizzjoni li s-sistema triax korrispondenti jew it-triax-adapter korrispondenti ma jinbigħux fis-suq tal-KE.”