2.12.2008   

MT EN

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

364


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1898/2006

ta’ l-14 ta' Diċembru 2006

li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u ta’ l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għal prodotti agrikoli u ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 u l-Artikolu 17(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini u rrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (2).

(2)

Fl-interess taċ-ċarezza, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2037/93 tas-27 ta’ Lulju 1993 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u ta’ l-ikel (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 383/2004 ta’ l-1 ta’ Marzu 2004 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 fir-rigward tas-sommarju tal-punti ewlenin ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott (4) għandhom jitneħħew u jiġu ssostitwiti b’Regolament ġdid.

(3)

Il-kondizzjonijiet li taħthom persuna naturali jew legali tista’ tapplika għar-reġistrazzjoni għandhom jiġu stipulati. Għandha tingħata attenzjoni speċifika għad-delimitazzjoni taż-żona, waqt li tiġi meqjusa ż-żona tradizzjonali tal-produzzjoni, u l-karatteristiċi tal-prodott. Kull produttur stabbilit fiż-żona ġeografika definita għandu jkun jista’ juża l-isem tar-reġistrazzjoni sakemm jissodisfa l-kondizzjonijiet fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

(4)

L-isem li jista’ jiġi rreġistrat huwa biss dak użat fil-kummerċ jew fil-lingwa ta’ kuljum, jew li kien jintuża storikament biex jirreferi għal prodott speċifiku agrikolu jew ta’ l-ikel. Ir-regoli speċifiċi dwar il-varjanti lingwistiċi ta’ isem, ta’ ismijiet li jkopru diversi prodotti distinti u ta’ ismijiet li huma għalkollox jew parzjalment omonimi ma’ ismijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti jew razez ta’ annimali għandhom jiġu stipulati.

(5)

Iż-żona ġeografika għandha tkun definita fir-rigward tar-rabta u b’mod dettaljat u preċiż li ma jħallix lok għal ambigwità għall-produtturi jew għall-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta’ kontroll biex ikunu jafu jekk ix-xogħol jitwettaqx fiż-żona ġeografika definita.

(6)

Għandha tiġi pprovduta lista tal-materja prima għad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini li skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tista’ tiġi minn żona ġeografika ikbar minn jew differenti miż-żona ta’ l-ipproċessar. Skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, annimali ħajjin, laħam u ħalib biss ġew inklużi fil-lista. Biex tinżamm il-kontinwità, m’hu propost l-ebda tibdil f’din il-lista.

(7)

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tinkludi l-miżuri li ttieħdu biex jassiguraw il-prova ta’ l-oriġini, u li jippermettu li jkun segwit il-vjaġġ tal-prodott, tal-materja prima, ta’ l-għalf u ta’ l-oġġetti oħra li huma meħtieġa li jiġu miż-żona ġeografika definita.

(8)

Fejn l-ippakkjar ta’ prodott agrikolu jew ta’ l-ikel jew operazzjonijiet li jirrigwardaw il-preżentazzjoni tiegħu, bħal imqatta’ jew maħkuk, huma ristretti għal żona ġeografika definita, dan jikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment ħieles tal-prodotti u għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, restrizzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu imposti biss jekk ikunu meħtieġa, proporzjonati u kapaċi li jżommu r-reputazzjoni ta’ l-indikazzjoni ġeografika jew id-denominazzjoni ta’ l-oriġini. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jiġu ġġustifikati.

(9)

Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni koerenti tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-proċeduri għandhom jiġu speċifikati u għandhom jiġu stabbiliti mudelli dwar applikazzjonijiet, oġġezzjonijiet, emendi u kanċellamenti.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti u d-Denominazzjonijiet Protetti ta’ l-Oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

Artikolu 2

Regoli speċifiċi għal grupp

Persuna waħda naturali jew legali tista’ tiġi ttrattata bħala grupp fit-tifsira tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 fejn hemm muri li ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin huma t-tnejn imwettqa:

(a)

il-persuna kkonċernata hija l-uniku produttur fiż-żona ġeografika definita li lest jissottometti applikazzjoni;

(b)

iż-żona ġeografika definita għandha karatteristiċi differenti sew minn dawk ta’ żoni fil-qrib jew il-karatteristiċi tal-prodott huma differenti minn dawk prodotti fiż-żoni fil-qrib;

Artikolu 3

Regoli speċifiċi għall-isem

1.   L-isem li jista’ jiġi rreġistrat huwa dak biss li huwa użat, jew fil-kummerċ jew fil-lingwa ta’ kuljum, biex jirreferi għal prodott speċifiku agrikolu jew ta’ l-ikel.

L-isem tal-prodott agrikolu jew ta’ l-ikel jista’ jiġi rreġistrat biss fil-lingwi li huma jew kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott imsemmi fiż-żona ġeografika definita.

2.   L-isem għandu jiġi rreġistrat bil-kitba oriġinali tiegħu. Fejn il-kitba oriġinali m’hijiex bl-alfabet Latin, għandha tiġi rreġistrata wkoll traskrizzjoni flimkien ma’ l-isem bil-kitba oriġinali tiegħu.

3.   L-ismijiet li huma għal kollox omonimi ma’ varjetajiet ta’ pjanti jew ma’ razez ta’ annimali għall-prodotti komparabbli ma jistgħux jiġu rreġistrati jekk jintwera qabel l-iskadenza tal-proċedura għall-oġġezzjoni msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 li l-varjetà jew razza hija f’tali produzzjoni kummerċjali barra miż-żona definita qabel id-data ta’ l-applikazzjoni li l-konsumatur jista’ jikkonfondi l-prodotti bl-isem irreġistrat mal-varjetà jew ir-razza.

L-ismijiet li huma parzjalment omonimi ma’ ismijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti jew ma’ razez ta’ annimali jistgħu jiġu rreġistrati, anke jekk il-varjetà jew razza hija prodotta kummerċjalment b’mod sinifikanti anke barra ż-żona, sakemm ma jkunx hemm il-possibbiltà li l-konsumaturi jikkonfondu l-prodotti bl-isem irreġistrat mal-varjetà jew ir-razza.

4.   Fejn l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem jew l-approvazzjoni ta’ emenda li jkollha deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew ta’ l-ikel skond il-punt (b) ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 li jiddeskrivi diversi prodotti distinti ta’ l-istess tip, ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni għandhom jintwerew għal kull prodott distint.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “prodotti distinti” huma dawk differenzjati meta jitqiegħdu fis-suq.

Artikolu 4

Definizzjoni taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika għandha tiġi delimitata fir-rigward tar-rabta msemmija fil-punt (f) ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

Iż-żona ġeografika għandha tkun definita b’mod preċiż u ddettaljat li ma joħloq l-ebda ambigwità.

Artikolu 5

Regoli speċifiċi dwar materja prima u għalf

1.   L-annimali ħajjin, il-laħam u l-ħalib biss jistgħu jitqiesu bħala materja prima għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

2.   Kull restrizzjoni fuq l-oriġini tal-materja prima għal indikazzjoni ġeografika għandha tkun iġġustifikata b’relazzjoni mar-rabta msemmija f’punt (ii) taħt punt (f) ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

3.   Fir-rigward ta’ prodott li ġej mill-annimali indikat bħala denominazzjoni ta’ l-oriġini, regoli dettaljati dwar l-oriġini u l-kwalità ta’ l-għalf għandhom jiġu inklużi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. L-għalf għandu jkollu l-bidu tiegħu, dejjem jekk dan ikun prattikabbli, miż-żona ġeografika definita.

Artikolu 6

Prova ta’ l-oriġini

1.   L-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tidentifika l-proċeduri li l-operaturi għandhom ikollhom imħejjija għall-informazzjoni dwar prova ta’ l-oriġini, imsemmija f’punt (d) ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, rigward il-prodott, il-materja prima, l-għalf u oġġetti oħra li, skond l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, huma meħtieġa li jiġu miż-żona ġeografika definita.

2.   L-operaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kapaċi jidentifikaw:

(a)

lill-fornitur, il-kwantità u l-oriġini tal-lottijiet kollha tal-materja prima u/jew tal-prodotti rċevuti;

(b)

lil min jirċievi, il-kwantità u d-destinazzjoni tal-prodotti fornuti;

(c)

il-korrelazzjoni bejn kull lott li daħal imsemmi f’punt (a) u kull lott li ħareġ imsemmi f’punt (b).

Artikolu 7

Rabta

1.   Id-dettalji li jikkonfermaw ir-rabtiet imsemmija f’punt (f) ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandhom jipprovdu spjegazzjoni dwar kif il-karatteristiċi taż-żona ġeografika definita jolqtu l-prodott finali.

2.   Fir-rigward tad-denominazzjoni ta’ l-oriġini l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tistipula:

(a)

id-dettalji taż-żona ġeografika, li tinkludi fatturi naturali u umani, rilevanti għar-rabta

(b)

id-dettalji tal-kwalità jew tal-karatteristiċi tal-prodott agrikolu jew ta’ l-ikel essenzjalment jew esklużivament dovuti għall-ambjent ġeografiku;

(c)

id-deskrizzjoni ta’ l-interazzjoni kawżali bejn id-dettalji msemmija f’punt (a) u d-dettalji msemmija f’punt (b).

3.   Fir-rigward ta’ l-indikazzjoni ġeografika l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tistipula:

(a)

id-dettalji taż-żona ġeografika rilevanti għar-rabta;

(b)

id-dettalji tal-kwalità speċifika, tar-reputazzjoni jew ta’ karatteristiċi oħra tal-prodott agrikolu jew ta’ l-ikel attribwiti lill-oriġini ġeografika tiegħu;

(c)

id-deskrizzjoni ta’ l-interazzjoni kawżali bejn id-dettalji msemmija f’punt (a) u d-dettalji msemmija f’punt (b).

4.   Fir-rigward ta’ indikazzjoni ġeografika, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tiddikjara jekk hix ibbażata fuq il-kwalità speċifika jew fuq ir-reputazzjoni jew fuq karatteristiċi oħra attribwiti lill-oriġini ġeografika tiegħu.

Artikolu 8

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika definita

Jekk il-grupp applikant jiddetermina fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li l-ippakkjar tal-prodott agrikolu jew ta’ l-ikel kif imsemmi f’punt (e) ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandu jitwettaq fiż-żona ġeografika definita, għandhom jingħataw ġustifikazzjonijiet, speċifiċi għall-prodott, għal tali restrizzjonijiet fuq il-moviment ħieles ta’ l-oġġetti u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi.

Artikolu 9

Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Stat Membru jista’ jipprovdi li l-isem ta’ l-awtorità jew korp imsemmi f’punt (g) ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandu jidher fuq it-tikketta tal-prodott agrikolu jew ta’ l-ikel indikat bħala denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta li hu prodott fit-territorju tiegħu.

Artikolu 10

Applikazzjoni għal reġistrazzjoni

1.   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandu jkollha d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 5(7) jew 5(9) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, kif xieraq, u kopja elettronika ta’ l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u dokument uniku meta dawk id-dokumenti jkunu meħtieġa fil-paragrafi msemmija.

L-informazzjoni dwar l-istatus legali, id-daqs u l-kompożizzjoni tal-grupp applikant għandha wkoll tiġi sottomessa.

2.   Id-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni lill-Kummissjoni hija d-data ta’ meta l-applikazzjoni tidħol fir-reġistru postali tal-Kummissjoni fi Brussell.

Artikolu 11

Dokument uniku

1.   Id-dokument uniku għandu jitħejja skond il-forma fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għal kull applikazzjoni għal denominazzjoni ta’ l-oriġini jew għal indikazzjoni ġeografika fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u għal kull talba dwar l-approvazzjoni ta’ emenda fit-tifsira ta’ l-Artikolu 9(2) ta’ dak ir-Regolament.

2.   It-tip tal-prodott agrikolu jew ta’ l-ikel għandu jkun indikat skond il-klassifikazzjoni fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

3.   Id-deskrizzjoni tal-prodott fid-dokument uniku għandha tinkludi dejta teknika speċifika użata komunement f’dan it-tip ta’ prodott biex tiddeskrivi l-prodott, li tinkludi fejn xieraq dejta organolettika.

Artikolu 12

Applikazzjonijiet transkonfinali

Fejn diversi gruppi jitfgħu applikazzjoni konġunta għal isem li jindika żona ġeografika transkonfinali jew għal isem tradizzjonali marbut ma’ żona ġeografika transkonfinali, ir-regoli li ġejjin japplikaw:

(i)

fejn jirrigwarda lill-Istati Membri biss, il-proċedura nazzjonali għall-oġġezzjoni msemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandha titwettaq fl-Istati Membri kollha kkonċernati; l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa minn xi Stat Membru minn dawn f’isem l-oħrajn, inklużi d-dikjarazzjonijiet mill-Istati Membri kkonċernati, imsemmija f’punt (c) ta’ l- Artikolu 5(7) ta’ dak ir-Regolament;

(ii)

fejn pajjiżi terzi biss huma kkonċernati, il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(9) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandhom jiġu ssodisfatti fir-rigward tagħhom kollha; l-applikazzjoni tkun sottomessa lill-Kummissjoni minn xi wieħed mill-gruppi applikanti kkonċernati f’isem l-oħrajn, direttament jew permezz ta’ l-awtoritajiet tiegħu, inkluża l-prova ta’ protezzjoni f’kull wieħed mill-pajjiżi terzi kkonċernati msemmija fl-Artikolu 5(9) ta’ dak ir-Regolament;

(iii)

fejn ta’ l-inqas Stat Membru wieħed u ta’ l-inqas pajjiż terz wieħed huma kkonċernati, il-proċedura nazzjonali għall-oġġezzjoni msemmija fl-Artikola 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandha titwettaq fl-Istati Membri kkonċernati kollha u l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(9) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandhom jiġu sodisfatti fil-pajjiżi terzi kkonċernati kollha; l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni minn xi Stat Membru kkonċernat jew xi wieħed mill-gruppi applikanti fil-pajjiżi terzi kkonċernati, direttament jew permezz ta’ l-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat, inklużi d-dikjarazzjonijiet mill-Istati Membri kkonċernati kollha, imsemmija f’punt (c) ta’ l-Artikolu 5(7) ta’ dan ir-Regolament u l-prova ta’ protezzjoni f’kull wieħed mill-pajjiżi terzi kkonċernati msemmija fl-Artikolu 5(9) ta’ l-imsemmi Regolament.

Artikolu 13

Oġġezzjonijiet

1.   Dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tista’ tiġi abbozzata f’konformità mal-formala fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

2.   Sabiex tiġi stabbilita l-ammissibbiltà ta’ l-oġġezzjoni skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni għandha tivverifika li d-dikjarazzjoni tinkludi r-raġunijiet u l-ġustifikazzjoni ta’ l-oġġezzjoni.

3.   Il-perjodu ta’ sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandu jibda mid-data meta tintbagħat l-istedina tal-Kummissjoni lill-partijiet interessati biex jilħqu qbil bejniethom.

4.   Meta l-proċedura msemmija fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tkun intemmet, l-Istat Membru ta’ l-applikazzjoni jew l-applikant tal-pajjiż terz għandu jikkomunika r-riżultati ta’ kull konsultazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien xahar u jista’ juża l-formola fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Indikazzjonijiet u simboli

1.   Is-simboli tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandhom jiġu riprodotti kif stipulat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament. L-indikazzjonijiet “denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini” u “indikazzjoni ġeografika protetta” fis-simboli jistgħu jiġu ssostitwiti bit-termini ekwivalenti f’lingwa uffiċjali oħra tal-Komunità kif stipulat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fejn is-simboli tal-Komunità jew l-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 jidhru fuq it-tikketta ta’ prodott, dawn għandhom ikunu akkumpanjati bl-isem irreġistrat.

Artikolu 15

Ir-Reġistru

1.   Il-Kummissjoni għandha żżomm fis-sede tagħha fi Brussell ir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Reġistru”.

2.   Meta jidħol fis-seħħ strument legali li jirreġistra isem, il-Kummissjoni għandha tirreġistra d-dejta li ġejja fir-Registru:

(a)

l-isem irreġistrat tal-prodott f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

informazzjoni li l-isem huwa protett bħala indikazzjoni ġeografika jew bħala denominazzjoni ta’ l-oriġini;

(c)

il-klassi tal-prodott kif imsemmi fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(d)

indikazzjoni tal-pajjiż fejn oriġina;

u

(e)

referenza għall-istrument li jirreġistra l-isem.

3.   Rigward l-ismijiet irreġistrati awtomatikalment permezz ta’ l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni għandha tirreġistra fir-Reġistru, sal-31 ta’ Diċembru 2007, id-dejta stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 16

Emendi għall-ispeċifikazzjoni

1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tibdil fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tiġi abbozzata skond l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tibdil fl-ispeċifikazzjonijiet taħt l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 51/2006:

(a)

l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandha tinkludi l-applikazzjoni msemmija f’paragrafu 1 mimlija b’mod xieraq u d-dikjarazzjoni msemmija f’punt (c) ta’ l-Artikolu 5(7) tar-Regolament imsemmi;

(b)

l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 5(9) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandha tinkludi l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 mimlija b’mod xieraq u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott proposta aġġornata;

(c)

l-informazzjoni li se tiġi ppubblikata skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandha tinkludi d-dokument mimli b’mod xieraq abbozzat skond l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

3.   Fil-każ ta’ l-emendi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 li l-Kummissjoni approvat, il-Kummissjoni se tagħmel pubblika l-ispeċifikazzjoni emendata tal-prodott.

4.   Biex emenda tiġi meqjusa bħala minuri, din ma tistax:

(a)

tirreferi għall-karatteristċi essenzjali tal-prodott;

(b)

tibdel ir-rabta;

(c)

tinkludi bidla fl-isem, jew f’xi parti ta’ l-isem, tal-prodott;

(d)

taffettwa ż-żona ġeografika definita;

(e)

tirrappreżenta żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott jew il-materja prima tiegħu.

5.   Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li taċċetta emenda għall-ispeċifikazzjoni li tinkludi jew tikkostitwixxi bidla fl-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistru kif stabbilit fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament, din tħassar id-dejta oriġinali mir-Reġistru u tirreġistra d-dejta l-ġdida fir-Reġistru b’effett mad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija.

6.   L-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu għandha tkun kemm fuq karta u kemm f’forma elettronika. Id-data tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għal emenda lill-Kummissjoni hija d-data ta’ meta l-applikazzjoni tidħol fir-reġistru postali tal-Kummissjoni fi Brussell.

Artikolu 17

Kanċellazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista’ tkun tal-fehma li l-konformità mal-kondizzjonijiet ta’ l-ispeċifikazzjoni għall-prodott agrikolu jew ta’ l-ikel koperti b’isem protett m’għadhiex possibbli jew ma tistax tkun żgurata b’mod partikulari, jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 ma jkunux sodisfatti, u s-sitwazzjoni aktarx li se tkompli.

2.   It-talba għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandha tiġi abbozzata skond l-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

L-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikoli 5(7) u 5(9) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandha tinkludi talba mimlija b’mod xieraq għall-kanċellazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

L-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 m’għandux japplika.

It-talba għall-kanċellazzjoni għandha tiġi magħmula pubblika skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

L-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandha tinkludi d-dokument mimli b’mod xieraq abbozzat skond l-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom ikunu ammissibbli biss, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 jekk tintwera fiduċja kummerċjali kontinwa minn persuna interessata fuq l-isem irreġistrat.

3.   Meta kanċellazzjoni tiġi fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha taqta’ l-isem mir-Reġistru msemmi fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu għandha tkun kemm fuq karta u kemm f’forma elettronika.

Artikolu 18

Regoli tranżizzjonali

1.   Jekk, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, id-dokument uniku jiġi ssostitwit bis-sommarju ta’ l-ispeċifikazzjoni, is-sommarju msemmi għandu jiġi abbozzat f’konformità mal-mudell fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fir-rigward ta’ ismijiet irreġistrati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ Stat Membru, tippubblika dokument uniku sottomess minn dan l-Istat Membru u abbozzat skond il-mudell fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Il-pubblikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mir-referenza tal-pubblikazzjoni ta’ l-ispeċifikazzjoni.

3.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ, suġġetti għal li ġej:

(a)

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 2 sa 8 għandhom japplikaw biss fir-rigward tal-proċeduri għar-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni ta’ l-emendi fejn il-pubblikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 jew skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 ma saritx qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(b)

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 10, 11, 12, 16(1), 16(2), 16(3), 16(6) u 17(2) għandhom japplikaw biss fir-rigward ta’ l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, l-approvazzjoni ta’ l-emendi u t-talbiet għall-kanċellazzjoni li jaslu wara t-30 ta’ Marzu 2006;

(c)

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 3 ta’ l-Artikolu 13 għandhom japplikaw biss fir-rigward tal-proċeduri ta’ oġġezzjoni li għalihom il-perjodu ta’ 6 xhur fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 jkun għadu ma bediex fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13(4) għandhom japplikaw biss fir-rigward tal-proċeduri ta’ oġġezzjoni li għalihom il-perjodu ta’ 6 xhur fl-Artikolu 7(1) għadu ma skadiex fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(d)

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14(2) għandu japplika mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008, mingħajr preġudizzju għall-prodotti li jitqiegħdu fuq is-suq qabel dik id-data.

Artikolu 19

Revoka

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2037/2004 u (KE) Nru 383/2004 huma revokati.

Ir-referenzi għall-atti revokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Iżda, punt (b) ta’ l-Artikolu 19(3) għandu japplika b’effett mill-31 ta’ Marzu 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1.

(3)  ĠU L 185, 28.7.1993, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2168/2004 (ĠU L 371, 18.12.2004, p. 12).

(4)  ĠU L 64, 2.3.2004, p. 16.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

KLASSIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI GĦALL-ISKOPIJIET TAR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 510/2006

1.   IL-PRODOTTI AGRIKOLI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN ELENKATI FL-ANNESS I TAT-TRATTAT

Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

Klassi 1.3. Ġobnijiet

Klassi 1.4. Prodotti oħra li ġejjin mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib minbarra l-butir, eċċ.)

Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, u krostaċji u prodotti derivati minnhom

Klassi 1.8. prodotti oħra f’Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.)

2.   OĠĠETTI TA’ L-IKEL IMSEMMIJA FL-ANNESS I TAR-REGOLAMENT

Klassi 2.1. Birer

Klassi 2.2. Ilma minerali naturali u ilma ġieri (imwaqqaf) (1)

Klassi 2.3. Xorb magħmul mill-estratti tal-pjanti

Klassi 2.4. Ħobż, ikel ta’ l-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar

Klassi 2.5. Gomma naturali u reżini

Klassi 2.6. Pejst tal-mustarda

Klassi 2.7. Għaġin

3.   PRODOTTI AGRIKOLI MSEMMIJA FL-ANNESS II TAR-REGOLAMENT

Klassi 3.1. Tiben

Klassi 3.2. Essenza taż-żjut

Klassi 3.3. Sufra

Klassi 3.4. Kuċċinilja (prodott mhux raffinat li ġej mill-annimali)

Klassi 3.5. Fjuri u pjanti ornamentali

Klassi 3.6. Suf

Klassi 3.7. Qasab

Klassi 3.8. Qanneb lest


(1)  Użat biss għar-reġistrazzjonijiet u l-applikazzjonijiet li saru qabel il-31 ta’ Marzu 2006


ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Image

Test ta 'immaġni

ANNEX V

RIPRODUZZJONI TAS-SIMBOLI U L-INDIKAZZJONIJIET TAL-KOMUNITÀ

1.   IS-SIMBOLI TAL-KOMUNITÀ BIL-KULUR JEW BL-ABJAD U ISWED

Meta użati bil-kulur, jistgħu jintużaw jew kuluri diretti (Pantone) jew il-proċess ta’ erba’ kuluri. Il-kuluri ta’ referenza huma indikati hawn isfel.

Image Image Image

2.   IS-SIMBOLI TAL-KOMUNITÀ FIN-NEGATTIV

Jekk il-kulur ta’ l-isfond ta’ l-imballaġġ jew tat-tikketta huwa skur, is-simboli jistgħu jintużaw f’format negattiv, billi jintuża l-kulur ta’ l-isfond ta’ l-imballaġġ jew tat-tikketta.

Image

3.   KUNTRAST MAL-KULURI TA’ L-ISFOND

Jekk is-simbolu jintuża bil-kulur fuq l-isfond ikkulurit, li jagħmluh diffiċli jidher, għandu jintuża ċirku ta’ delimitazzjoni fuq barra madwar is-simbolu biex jitjieb il-kuntrast mal-kuluri ta’ l-isfond:

Image

4.   TIPOGRAFIJA

Ittri kbar Times Roman għandhom jintużaw għat-test.

5.   TNAQQIS

Id-daqs minimu għas-simboli tal-Komunità huwa ta’ 15 mm dijametru.

6.   “ID-DENOMINAZZJONI PROTETTA TA’ L-ORIĠINI” U T-TAQSIRA TAGĦHA FIL-LINGWI TA’ L-UE

Il-lingwa ta’ l-UE

Terminu

Taqsira

ES

denominación de origen protegida

DOP

CS

chráněné označení původu

CHOP

DA

beskyttet oprindelsesbetegnelse

BOB

DE

geschützte Ursprungsbezeichnung

g.U.

ET

kaitstud päritolunimetus

KPN

EL

προστατευόμενη oνομασία προέλευσης

ΠΟΠ

EN

protected designation of origin

PDO

FR

appellation d’origine protégée

AOP

IT

denominazione d’origine protetta

DOP

LV

aizsargāts cilmes vietas nosaukums

ACVN

LT

saugoma kilmės vietos nuoroda

SKVN

HU

oltalom alatt álló eredetmegjelölés

OEM

MT

denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini

DPO

NL

beschermde oorsprongsbenaming

BOB

PL

chroniona nazwa pochodzenia

CHNP

PT

denominação de origem protegida

DOP

SK

chránené označenie pôvodu

CHOP

SL

zaščitena označba porekla

ZOP

FI

suojattu alkuperänimitys

SAN

SV

skyddad ursprungsbeteckning

SUB

7.   “INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA” U T-TAQSIRA TAGĦHA FIL-LINGWI TA’ L-UE

Il-lingwa ta’ l-UE

Terminu

Taqsira

ES

indicación geográfica protegida

IGP

CS

chráněné zeměpisné označení

CHZO

DA

beskyttet geografisk betegnelse

BGB

DE

geschützte geografische Angabe

g.g.A.

ET

kaitstud geograafiline tähis

KGT

EL

προστατευόμενη γεωγραφική ένδειξη

ΠΓΕ

EN

protected geographical indication

PGI

FR

indication géographique protégée

IGP

IT

indicazione geografica protetta

IGP

LV

aizsargāta ģeogrāfiskās izcelsmes norāde

AģIN

LT

saugoma geografinė nuoroda

SGN

HU

oltalom alatt álló földrajzi jelzés

OFJ

MT

indikazzjoni ġeografika protetta

IĠP

NL

beschermde geografische aanduiding

BGA

PL

chronione oznaczenie geograficzne

CHOG

PT

indicação geográfica protegida

IGP

SK

chránené zemepisné označenie

CHZO

SL

zaščitena geografska označba

ZGO

FI

suojattu maantieteellinen merkintä

SMM

SV

skyddad geografisk beteckning

SGB


ANNESS VI

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VII

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VIII

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni