29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

468


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1868/2006

tal-15 ta’ Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2247/2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-settur taċ-ċanga u l-vitella tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 dwar l-arranġamenti applikabbli għal prodotti agrikoli u oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (Stati AKP)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 tal-10 ta’ Diċembru 2002 dwar l-arranġamenti applikabbli għal prodotti agrikoli u oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, (Stati AKP) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1706/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi,

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2247/2003 (2), fuq bażi multi-annwali għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, jiftaħ kwota għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur taċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw mill-Istati tal-AKP.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi ta’ importazzjoni għall-prodotti agrikoli amministrati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (3) japplika għal-liċenzji ta’ importazzjoni għall-perjodi ta’ kwota ta' tariffi ta’ importazzjoni li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2007. Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jistabbilixxi b'mod partikolari dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ tal-liċenzji. Dak ir-Regolament jillimita l-perjodu ta’ validità tal-liċenzji għall-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota ta' tariffa ta' importazzjoni. Id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandu japplika għal-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 2247/2003, bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament. Huwa neċessarju li jiġu allinjati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2247/2003 fuq ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 fejn ikun xieraq.

(3)

Biex l-affarijiet ikunu ċari, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2247/2003 għandu jitħassar minħabba li din id-dispożizzjoni hi sempliċiment ripetizzjoni tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u ċertifikati fissi bil-quddiem għall-prodotti agrikoli (4).

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 2247/2003 għalhekk għandu jiġi emendat:

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2247/2003 hu emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 2, jitneħħa l-paragrafu 2.

2.

L-Artikolu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Ħlief fejn ikun pprovdut mod ieħor f’dan ir-regolament, għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1445/95 and (EC) No 1291/2000 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (*).

(*)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.”"

3.

l-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (b) jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(b)

fit-taqsima 8, il-pajjiż ta’ oriġini u l-‘iva’ li tissemma hu mmarkat b'salib. Il-liċenzji għandhom iġorru magħhom l-obbligu li jimportaw mill-pajjiż indikat;”

(b)

il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-tielet jum ta’ xogħol wara t-tmiem tal-perjodu għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet applikati, elenkati bl-oriġini u bil-kodiċi NM jew grupp ta’ NM kif neċessarju, u għandu jintwera f'kilogrammi.”

(c)

jitħassar il-paragrafu 4

4.

l-Artikolu 5 jiġi emendat kif ġej:

(a)

jitħassar il-paragrafu 1;

(b)

il-paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Il-liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jinħarġu fil-21 jum ta’ kull xahar.”

5.

L-Artikolu 7 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament għandhom ikun validi għal 90 jum md-data attwal tal-ħruġ skont it-tifsira tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 348, 21.12.2002, p. 5.

(2)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 37. Ir-Regoalment kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1118/2004 (ĠU L 217, 17.6.2004, p. 10).

(3)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regoalment kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1282/2006 (ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4).