22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
165 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1794/2006
tas-6 ta’ Diċembru 2006
li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni ta’ l-ajru
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament dwar il-forniment tas-servizz) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta’ l-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament ta’ qafas) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni hija mitluba li tistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru madwar il-Komunità. Regolament b’applikazzjoni diretta huwa l-aktar strument xieraq għal dan l-iskop sabiex tiġi garantita l-applikazzjoni uniformi ta’ l-iskema komuni ta’ imposti fl-ajru uniku Ewropew. |
(2) |
L-Eurocontrol ingħata mandat b’konformità ma’ l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta’ qafas biex jassisti l-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ regoli ta’ implimentazzjoni dwar skema komuni ta’ imposti għas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-rapport tal-mandat li rriżulta tad-29 ta’ Ottubru 2004. |
(3) |
L-iżvilupp ta’ skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru pprovduti matul il-fażijiet kollha tat-titjira huwa ta’ importanza kbira għall-implimentazzjoni ta’ l-ajru uniku Ewropew. Is-sistema għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta’ trasparenza akbar fir-rigward ta’ l-istabbiliment, l-impożizzjoni u l-inforzar ta’ l-imposti għall-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru. Is-sistema għandha tinkoraġġixxi wkoll il-forniment sikur, effiċjenti u effikaċi ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru lill-utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li jiffinanzjaw is-sistema u jistimolaw il-forniment integrat tas-servizzi. |
(4) |
B’konformità ma’ l-għan ġenerali li tittejjeb l-effiċjenza meta mqabba man-nefqa tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-iskema ta’ imposti għandha tippromwovi t-titjib ta’ l-effiċjenza meta mqabbla man-nefqa u l-effiċjenza operattiva. |
(5) |
Sabiex jiġi pprovdut aċċess għall-passiġġieri għan-netwerk tat-trasport bl-ajru u, b’mod partikolari, għal ajruporti ta’ daqs żgħir u medju kif ukoll għal ajruporti akbar bi spiża aċċettabbli, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi japplikaw l-istess rata għal kull unità għall-imposti tas-servizzi tat-terminal fl-ajruporti kollha servuti mill-istess fornitur ta’ servizz ta’ traffiku ta’ l-ajru, jew f’bosta gruppi ta’ dawn it-tip ta’ ajruporti, skond il-każ, sabiex tkopri l-ispejjeż totali tas-servizzi tat-terminal. |
(6) |
L-iskema komuni ta’ imposti għandha tkun konsistenti ma’ l-Artikolu 15 ta’ l-ICAO ta’ l-1944 il-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. |
(7) |
Billi l-maġġoranza ta’ l-Istati Membri huma parti għall-Ftehim Multilaterali ta’ l-Eurocontol għal imposti fuq ir-rotot tat-12 ta’ Frar 1981 u l-Komunità ffirmat il-protokoll ta’ l-adeżjoni għall-Konvenzjoni riveduta ta’ l-Eurocontrol, ir-regoli żviluppati f’dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mas-Sistema ta’ l-Eurocontrol dwar l-Imposti fuq ir-Rotot. |
(8) |
L-iskema ta’ l-imposti għandha tippermetti l-użu ottimali ta’ l-ispazju ta’ l-ajru, filwaqt li tqis il-flussi tat-traffiku ta’ l-ajru, b’mod partikolari fi ħdan blokki ta’ spazju ta’ l-ajru funzjonali kif stabbilit skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta’ l-ispazju ta’ l-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament dwar l-ispazju ta’ l-ajru) (3). |
(9) |
Skond id-Dikjarazzjoni mehmuża mar-Regolament dwar l-ispazju ta’ l-ajru (4), il-Kummissjoni se tabbozza rapport sa l-2008 dwar l-esperjenza fil-ħolqien ta’ blokki ta’ spazju ta’ l-ajru funzjonali. F’dak il-ħin, il-Kummissjoni se teżamina d-diffikultajiet li jistgħu jinħolqu miż-żamma ta’ rati għal kull unità separati fi ħdan blokk ta’ spazju ta’ l-ajru funzjonali. |
(10) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għal informazzjoni sħiħa u trasparenti dwar il-bażi ta’ l-ispejjeż li għandha tkun disponibbli fil-ħin dovut lir-rappreżentanti ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru u lill-awtoritajiet kompetenti. |
(11) |
Il-livell ta’ l-imposti imposti b’mod partikolari fuq l-ajruplani ħfief m’għandux jiskoraġġixxi l-użu ta’ faċilitajiet u servizzi meħtieġa għas-sikurezza jew l-introduzzjoni ta’ tekniki u proċeduri ġodda. |
(12) |
Il-formula ta’ l-imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru tat-terminal għandha tirrifletti n-natura differenti ta’ dawk is-servizzi kif ikkumparati ma’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route. |
(13) |
L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu r-rati għal kull unità tagħhom b’mod kollettiv, b’mod partikolari meta ż-żoni ta’ l-imposti jestendu fuq l-ispazju ta’ l-ajru ta’ aktar minn Stat Membru wieħed jew meta jkunu parti għal sistema konġunta ta’ l-imposti fuq ir-rotot. |
(14) |
Sabiex tiġi mtejba l-effiċjenza ta’ l-iskema ta’ l-imposti u biex jitnaqqas l-ammont ta’ xogħol amministrattiv u ta’ kontabbiltà, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiġbru l-imposti fuq ir-rotot b’mod kollettiv fi ħdan sistema konġunta ta’ imposti fuq ir-rotot permezz ta’ imposta unika għal kull titjira. |
(15) |
Huwa importanti li jiġu rrinforzati l-mezzi legali meħtieġa biex jiġi żgurat il-ħlas immedjat u sħiħ ta’ l-imposti tan-navigazzjoni bl-ajru mill-utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. |
(16) |
L-imposti li għandhom jiġu imposti fuq l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru għandhom jiġu stabbiliti u applikati b’mod ġust u trasparenti, wara konsultazzjoni ma’ l-utenti. Dawn it-tip ta’ imposti għandhom jiġu riveduti fuq bażi regolari. |
(17) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ajru Uniku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Is-suġġett u l-ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp ta’ skema ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li tkun konsistenti mas-Sistema ta’ l-Imposti fuq ir-Rotot ta’ l-Eurocontrol.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru pprovduti minn fornituri tas-servizz tat-traffiku ta’ l-ajru nnominati skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u minn fornituri ta’ servizzi meteoroloġiċi, jekk ikunu nnominati skond l-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament, għat-traffiku ġenerali ta’ l-ajru ġewwa r-reġjuni ta’ l-ICAO EUR u ta’ l-AFI fejn l-Istati Membri jkunu responsabbli għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.
3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan ir-Regolament għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru pprovduti fl-ispazju ta’ l-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom ġewwa reġjuni ta’ l-ICAO oħra, bil-kundizzjoni li jinformaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra b’dan.
4. L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan ir-Regolament għall-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li jkunu rċevew il-permess li jipprovdu s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru mingħajr ċertifikazzjoni, skond l-Artikolu 7(5) tar-Regolament dwar il-forniment tas-servizz.
5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan ir-Regolament għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru pprovduti f’ajruporti b’inqas minn 50 000 moviment ta’ transport bl-ajru kummerċjali kull sena, irrispettivament mill-massa tat-tlugħ massima u n-numru ta’ postijiet tal-passiġġieri, bil-movimenti jiġu mgħaduda bħala t-total ta’ tlugħ u nżul u kkalkolati bħala medja fuq it-tliet snin preċedenti.
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha tippubblika perjodikament lista aġġornata ta’ ajruporti eżentati.
6. Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-prinċipji msemmija fl-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament dwar il-forniment tas-servizz, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jikkalkolawx l-imposti tat-terminal kif stipulat fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament u li ma jistabbilixxux rati għal kull unità tat-terminal kif imsemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru pprovduti f’ajrudromi b’inqas minn 150 000 movimenti tat-trasport bl-ajru kummerċjali kull sena, irrispettivament mill-massa tat-tlugħ massima u n-numru ta’ postijiet tal-passiġġieri, bil-movimenti jiġu mgħaduda bħala t-total tat-tlugħ u nżul u kkalkolati bħala medja fuq it-tliet snin preċedenti.
Qabel ma jieħdu dik id-deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni ta’ kemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I inkluża l-konsultazzjoni mar-rappreżentanti ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru jkunu milħuqa.
Il-valutazzjoni finali dwar jekk il-kondizzjonijiet ikunux intlaħqu u d-deċiżjoni ta’ l-Istat Membru għandhom ikunu ppubblikati u kkomunikati lill-Kummissjoni, bl-għoti ta’ motivazzjoni sħiħa għall-konklużjonijiet ta’ l-Istat Membru, inkluż ir-riżultat tal-konsultazzjoni ma’ l-utenti.
Artikolu 2
Id-definizzjonijiet
Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ qafas għandhom japplikaw.
Barraminnhekk id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
“l-utent tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru” ifisser l-operatur ta’ l-ajruplan fil-ħin li t-titjira kienet imwettqa jew, jekk l-identità ta’ l-operatur ma tkunx magħrufa, is-sid ta’ l-ajruplan, sakemm ma jipprovax li persuna oħra kienet l-operatur f’dak il-ħin; |
(b) |
“ir-rappreżentant ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru” ifisser kwalunkwe persuna legali jew enti li tirrapreżenta l-interessi ta’ kategorija waħda jew ta’ bosta kategoriji ta’ utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru; |
(c) |
“IFR” ifisser ir-Regoli tat-Titjir bl-Istrumenti (Instrument Flight Rules), kif definiti fl-Anness 2 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ta’ l-1944 (l-Għaxar Edizzjoni — Lulju 2005); |
(d) |
“VFR” ifisser ir-Regoli tat-Titjir Viżiv (Visual Flight Rules), kif definiti fl-Anness 2 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ta’ l-1944 (l-Għaxar Edizzjoni — Lulju 2005); |
(e) |
“iż-żona ta’ imposti en route” tfisser volum ta’ spazju ta’ l-ajru li għaliha hija stabbilita bażi ta’ l-ispejjeż unika u rata għal kull unità unika; |
(f) |
“iż-żona ta’ l-imposti tat-terminal” tfisser ajruport jew grupp ta’ ajruporti li għalihom hija stabbilita bażi ta’ l-ispejjeż unika u rata għal kull unità unika; |
(g) |
“trasport bl-ajru kummerċjali” ifisser kwalunkwe operazzjoni ta’ l-ajruplani li tinvolvi t-trasport ta’ passiġġieri, ta’ merkanzija jew ta’ posta bi ħlas jew b’kiri. |
Artikolu 3
Il-prinċipji ta’ l-iskema ta’ l-imposti
1. L-iskema ta’ l-imposti għandha tirrifletti l-ispejjeż li jirriżultaw direttament jew indirettament fil-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.
2. L-ispejjeż tas-servizzi en route għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta’ imposti en route imposti fuq l-utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.
3. L-ispejjeż tas-servizzi tat-terminal għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta’ imposti tat-terminal imposti fuq l-utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u/jew dħul ieħor, inklużi s-sussidji reċiproċi skond il-liġi tal-Komunità.
4. Il-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu bla ħsara għall-finanzjament ta’ eżenzjonijiet ta’ ċerti utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru permezz ta’ sorsi oħra ta’ fondi skond l-Artikolu 9.
5. L-iskema ta’ l-imposti għandha tipprovdi trasparenza u konsultazzjoni dwar il-bażijiet ta’ l-ispejjeż u dwar l-allokazzjoni ta’ l-ispejjeż fost servizzi differenti.
Artikolu 4
L-istabbiliment taż-żoni ta’ l-imposti
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu żoni ta’ l-imposti fl-ispazju ta’ l-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom fejn is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jiġu pprovduti lill-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru.
2. Iż-żoni ta’ l-imposti għandhom jiġu definiti b’mod konsistenti ma’ l-operazzjonijiet u s-servizzi ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru, wara konsultazzjoni tar-rappreżentanti ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru.
3. Żona ta’ l-imposti en route għandha testendi mill-art sa, u inkluż, l-ispazju ta’ l-ajru ta’ fuq bla ħsara għall-possibbiltà li Stat Membru jistabbilixxi żona speċifika għal żona tat-terminal kumplessa wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru.
4. Jekk iż-żoni ta’ l-imposti jestendu fuq l-ispazju ta’ l-ajru ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu l-arranġamenti xierqa biex jiżguraw il-konsistenza u l-uniformità fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ispazju ta’ l-ajru kkonċernat. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Eurocontrol b’dan.
KAPITOLU II
L-ISPEJJEŻ TAL-FORNIMENT TAS-SERVIZZ TAN-NAVIGAZZJONI BL-AJRU
Artikolu 5
Is-servizzi, il-faċilitajiet u l-attivitajiet eliġibbli
1. Il-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2) u (4) għandhom jistabbilixxu l-ispejjeż li jirriżultaw fil-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi pprovduti u implimentati taħt il-Pjan Reġjonali tan-Navigazzjoni bl-Ajru ta’ l-ICAO, ir-Reġjun ta’ l-Ewropa, fiż-żoni ta’ l-imposti taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
Dawk l-ispejjeż għandhom jinkludu l-ispejjeż ġenerali amministrattivi, it-taħriġ, l-istudji, it-testijiet u l-provi kif ukoll ir-riċerka u l-iżvilupp allokati lil dawn is-servizzi.
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-ispejjeż li ġejjin meta jirriżultaw fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru:
(a) |
l-ispejjeż li jirriżultaw lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti; |
(b) |
l-ispejjeż li jirriżultaw lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-forniment tas-servizz; |
(c) |
l-ispejjeż li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali. |
3. Bla ħsara għal sorsi oħra ta’ fondi, u bil-għan ta’ livell għoli ta’ sikurezza, ta’ effiċjenza meta mqabbla man-nefqa u tal-forniment tas-servizz, l-imposti jistgħu jintużaw biex jipprovdu fondi għal proġetti ddisinjati biex jassistu kategoriji speċifiċi ta’ utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru u/jew fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru sabiex jittejbu l-infrastrutturi tan-navigazzjoni bl-ajru kollettivi, il-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u l-użu ta’ l-ispazju ta’ l-ajru skond il-liġi tal-Komunità.
Artikolu 6
Il-kalkolazzjoni ta’ l-ispejjeż
1. L-ispejjeż ta’ servizzi, faċilitajiet u attivitajiet eliġibbli skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 5 għandhom jiġu stabbiliti b’tali mod li jkunu konsistenti mal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament dwar il-forniment tas-servizz għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. Madankollu, l-effetti mhux rikorrenti li jirriżultaw mill-introduzzjoni ta’ l-Istandards tal-Kontabbiltà Internazzjonali jistgħu jiġu mifruxa fuq perjodu li ma jaqbiżx il-15-il sena.
2. L-ispejjeż imsemmija f’paragrafu 1 għandhom jitqassmu fi spejjeż ta’ l-istaff, spejjeż operattivi oħra, spejjeż ta’ deprezzament, l-ispiża tal-kapital u oġġetti eċċezzjonali inkluż taxxi u dazji doganali mħallsa li ma jistgħux jiġu rkuprati, u l-ispejjeż l-oħra relatati kollha.
L-ispejjeż ta’ l-istaff għandhom jinkludu r-remunerazzjoni gross, ħlasijiet tas-sahra, il-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għall-iskemi tas-sigurtà soċjali kif ukoll spejjeż tal-pensjoni u benefiċċji oħra.
Spejjeż operattivi oħra għandhom jinkludu spejjeż li jirriżultaw mix-xiri ta’ oġġetti u servizzi użati biex jiġu pprovduti servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, b’mod partikolari servizzi mogħtija esternament bħall-komunikazzjoni, l-istaff estern bħal konsulenti, il-materjal, l-enerġija, l-utilitajiet, il-kiri ta’ bini, it-tagħmir u l-faċilitajiet, il-manutenzjoni, l-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni u l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar. Fejn fornitur tas-servizz tat-traffiku ta’ l-ajru jixtri servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru oħra, il-fornitur tas-servizz għandu jinkludi l-ispiża attwali għal dawk is-servizzi fl-ispejjeż operattivi l-oħra tiegħu.
L-ispejjeż ta’ deprezzament għandhom jirrelataw mat-total ta’ l-assi fissi mħaddma għall-iskopijiet tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. L-assi fissi għandhom jiġu deprezzati, skond il-ħajja operattiva mistennija tagħhom, bl-użu tal-metodu ta’ rata fissa applikat għall-ispejjeż storiċi ta’ l-assi li jkunu qiegħdin jiġu deprezzati. Meta l-assi jkunu jappartjenu lil fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru li jkun suġġett għal skema ta’ inċentivi kif imsemmija fl-Artikolu 12(2), il-kontabbiltà kurrenti ta’ l-ispiża tista’ tiġi applikata minflok il-kontabbiltà storika ta’ l-ispejjeż għall-kalkolazzjoni tad-deprezzament. Il-metodu għandu jibqa’ kostanti matul il-perjodu ta’ deprezzament.
L-ispiża tal-kapital għandha tkun daqs il-prodott ta’:
(a) |
it-total tal-medja tal-valur nett kontabbli ta’ l-assi fissi, operattivi jew fil-proċess ta’ kostruzzjoni, użati mill-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-valur medju ta’ l-assi netti kurrenti li huma meħtieġa għall-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru; u |
(b) |
il-medja ppeżata tar-rata ta’ l-interessi fuq id-djun u tad-dħul lura fuq l-azzjonijiet. |
L-oġġetti eċċezzjonali għandhom ikunu spejjeż ta’ darba fir-rigward tal-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li jkunu rriżultaw matul is-sena.
3. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 2, il-ħames subparagrafu, il-fatturi tal-piż għandhom ikunu bbażati fuq il-proporzjon tal-finanzjament permezz ta’ dejn jew kapital. Ir-rata ta’ l-interessi fuq id-dejn għandha tkun daqs ir-rata medja ta’ l-interessi fuq id-dejn tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Id-dħul lura fuq l-azzjonijiet għandu jqis ir-riskju finanzjarju tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru meta tittieħed ir-rata nazzjonali tal-bonds bħala gwida. Meta l-fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jkun suġġett għal skema ta’ inċentivi kif imsemmija fl-Artikolu 12(2), jista’ jiżdied premium addizzjonali biex tiġi żgurata l-konsiderazzjoni xierqa tar-riskju finanzjarju speċifiku meħud minn dan il-fornitur.
Meta l-assi ma jkunux jappartjenu lill-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, imma jkunu inklużi fil-kalkolazzjoni ta’ l-ispiża tal-kapital, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż ta’ dawn l-assi ma jiġux irkuprati darbtejn.
Artikolu 7
L-allokazzjoni ta’ l-ispejjeż
1. L-ispejjeż tas-servizzi eliġibbli, tal-faċilitajiet u ta’ l-attivitajiet skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 5 għandhom jiġu allokati b’mod trasparenti għaż-żoni ta’ l-imposti li fir-rigward tagħhom jirriżultaw attwalment.
Fejn l-ispejjeż jirriżultaw fuq żoni ta’ l-imposti differenti, huma għandhom jiġu allokati b’mod proporzjonat fuq il-bażi ta’ metodoloġija trasparenti kif meħtieġ fl-Artikolu 8.
2. L-ispiża tas-servizzi tat-terminal għandha jkollha x’taqsam mas-servizzi li ġejjin:
(a) |
is-servizzi tal-kontroll ta’ l-ajrudromi, is-servizzi ta’ l-informazzjoni fuq it-titjira ta’ l-ajrudromi inklużi s-servizzi ta’ konsulenza dwar it-traffiku ta’ l-ajru, u servizzi ta’ twissija; |
(b) |
is-servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru relatati mal-wasla u t-tluq ta’ l-ajruplani f’ċertu distanza minn ajruport fuq il-bażi ta’ rekwiżiti operattivi; |
(c) |
allokazzjoni xierqa tal-komponenti tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru l-oħra kollha, li tirrifletti attribuzzjoni proporzjonata bejn is-servizzi en route u s-servizzi tat-terminal. |
3. L-ispiża tas-servizzi en route għandu jkollha x’taqsam ma’ l-ispejjeż imsemmija f’paragrafu 1 bl-esklużjoni ta’ l-ispejjeż imsemmija f’paragrafu 2.
4. Jekk jingħataw eżenzjonijiet għal titjiriet VFR skond l-Artikolu 9, il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu jidentifika l-ispejjeż tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru pprovduti għal titjiriet VFR b’mod separat mill-ispejjeż ipprovduti għal titjiriet IFR. Dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta’ metodoloġija ta’ spiża marġinali li tqis il-benefiċċji għal titjiriet IFR li jirriżultaw mis-servizzi mogħtija lil titjiriet VFR.
Artikolu 8
It-trasparenza tal-bażi ta’ l-ispiża
1. Bla ħsara għall-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-forniment tas-servizz, l-Istati Membri u/jew il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jorganizzaw skambju ta’ informazzjoni dwar il-bażijiet ta’ l-ispiża, l-investimenti ppjanati u t-traffiku mistenni mar-rappreżentanti ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru jekk dawn ta’ l-aħħar jitolbu hekk. Sussegwentement, huma għandhom jagħmlu l-ispejjeż rispettivi tagħhom stabbiliti skond l-Artikolu 5 disponibbli b’mod trasparenti għar-rappreżentanti ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-arja, għall-Kummissjoni u, fejn applikabbli għall-Eurocontrol mill-inqas fuq bażi annwali.
2. L-informazzjoni msemmija f’paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq it-tabelli tar-rappurtar u r-regoli dettaljati stabbiliti fl-Anness II jew, fejn Stat Membru jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(6), jew indika lill-Kummissjoni li qiegħed jikkonsidra li jieħu din it-tip ta’ deċiżjoni, fl-Anness III parti 1.
KAPITOLU III
IL-FINANZJAMENT TAL-FORNIMENT TAS-SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI BL-AJRU PERMEZZ TA’ IMPOSTI TAN-NAVIGAZZJONI BL-AJRU
Artikolu 9
L-eżenzjonijiet mill-imposti tan-navigazzjoni bl-ajru
1. L-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-imposti en route:
(a) |
titjiriet imwettqa minn ajruplani li l-piż tat-tlugħ massimu awtorizzat tagħhom ikun inqas minn żewġ tunnellati metriċi; |
(b) |
titjiriet VFR/IFR imħallta fiż-żoni ta’ l-imposti fejn jitwettqu esklussivament taħt VFR u fejn ma jiġux miġbura imposti għal titjiriet VFR; |
(c) |
titjiriet imwettqa esklussivament għat-trasport, fuq missjoni uffiċjali, tal-Monarka renjanti u l-familja immedjata tiegħu, tal-Kapijiet ta’ l-Istat, tal-Kapijiet tal-Gvern, u tal-Ministri tal-Gvern; fil-każijiet kollha, dan għandu jkun sostanzjat bl-indikatur ta’ l-istatus xieraq fuq il-pjan tat-titjira; |
(d) |
titjiriet ta’ tfittxija u salvataġġ awtorizzati mill-korp kompetenti xieraq. |
2. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-imposti en route:
(a) |
titjiriet militari mwettqa minn ajruplani militari ta’ kwalunkwe pajjiż; |
(b) |
titjiriet ta’ taħriġ imwettqa esklussivament għall-iskop ta’ ksib ta’ liċenzja, jew grad fil-każ ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina tal-pilota tat-titjira, fejn dan ikun sostanzjat b’rimarka xierqa fuq il-pjan tat-titjira; it-titjiriet iridu jkunu mwettqa biss ġewwa l-ispazju ta’ l-ajru ta’ l-Istat Membru kkonċernat; it-titjiriet m’għandhomx iservu għat-trasport ta’ passiġġieri u/jew ta’ merkanzija, u lanqas għall-ippożizzjonar jew trasport ta’ l-ajruplan innifsu; |
(c) |
titjiriet imwettqa esklussivament għall-iskop ta’ ċċekkjar jew ittestjar ta’ tagħmir użat jew intenzjonat li jiġi użat bħala appoġġ tekniku mill-art għan-navigazzjoni bl-ajru, esklużi titjiriet għall-ippożizzjonar mill-ajruplan ikkonċernat; |
(d) |
titjiriet li jispiċċaw fl-ajruport li minnu l-ajruplan ikun telaq u li matulhom ma jkun sar l-ebda nżul intermedju; |
(e) |
titjiriet VFR; |
(f) |
titjiriet umanitarji awtorizzati mill-korp kompetenti xieraq; |
(g) |
titjiriet tad-dwana u tal-pulizija. |
3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-imposti tat-terminal it-titjiriet imsemmija f’paragrafu 1 u 2.
4. L-ispejjeż li jirriżultaw minn titjiriet eżentati m’għandhomx jitqiesu għall-kalkolazzjoni tar-rati għal kull unità.
Dawn l-ispejjeż għandhom ikunu komposti minn:
(a) |
l-ispejjeż tat-titjiriet VFR eżentati kif identifikati fl-Artikolu 7(4); u |
(b) |
l-ispejjeż ta’ titjiriet IFR eżentati, li għandhom jiġu kkalkolati bħala l-prodott ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw minn titjiriet IFR u l-proporzjon tan-numru ta’ unitajiet ta’ servizz eżentati għan-numru totali ta’ unitajiet ta’ servizz; l-ispejjeż li jirriżultaw minn titjiriet IFR għandhom ikunu daqs l-ispejjeż totali bl-ispejjeż tat-titjiriet VFR imnaqqsa. |
L-Istati Membi għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jkunu rrimborżati għas-servizzi li jipprovdu għal titjiriet eżentati.
Artikolu 10
Il-kalkolazzjoni ta’ l-imposti en route
1. L-imposti en route għal titjira speċifika f’żona ta’ l-imposti en route speċifika għandhom ikunu daqs il-prodott tar-rata għal kull unità stabbilita għal din iż-żona ta’ l-imposti en route u l-unitajiet ta’ servizz en route għal din it-titjira.
2. Bla ħsara għall-implimentazzjoni minn Stat Membru ta’ skema ta’ inċentivi fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru skond l-Artikolu 12(2), ir-rata għal kull unità fiż-żona ta’ l-imposti en route għandha tiġi kkalkolata billi jiġi diviż in-numru mbassar ta’ unitajiet ta’ servizzi en route li fuqhom hemm imposti għas-sena rilevanti fuq l-ispejjeż imbassra għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. L-ispejjeż imbassra għandhom jinkludu l-bilanċ li jirriżulta minn irkupru żejjed jew nieqes tas-snin preċedenti.
3. L-unitajiet tas-servizzi en route għandhom jiġu kkalkolati skond l-Anness IV.
Artikolu 11
Il-kalkolazzjoni ta’ l-imposti tat-terminal
1. Bla ħsara għall-possibbiltà taħt l-Artikolu 3 tal-finanzjament tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru tat-terminal permezz ta’ sorsi oħra ta’ fondi, l-imposti tat-terminal għal titjira speċifika f’żona ta’ l-imposti tat-terminal speċifika għandha tkun daqs il-prodott tar-rata għal kull unità stabbilita għal din iż-żona ta’ l-imposti tat-terminal u l-unitajiet tas-servizzi tat-terminal għal din it-titjira.
2. Bla ħsara għall-implimentazzjoni minn Stat Membru ta’ skema ta’ inċentivi fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru skond l-Artikolu 12(2), ir-rata għal kull unità fiż-żona ta’ l-imposti tat-terminal għandha tiġi kkalkolata billi jiġi diviż in-numru mbassar ta’ unitajiet tas-servizzi tat-terminal li fuqhom hemm imposti għas-sena rilevanti fuq l-ispejjeż imbassra għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. L-ispejjeż imbassra għandhom jinkludu l-bilanċ li jirriżulta minn irkupru żejjed jew nieqes tas-snin preċedenti.
3. L-unitajiet tas-servizzi tat-terminal għandhom jiġu kkalkolati skond l-Anness V.
Artikolu 12
L-iskemi ta’ inċentivi
1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu jew japprovaw skemi ta’ inċentivi li jikkonsistu f’vantaġġi jew żvantaġġi finanzjarji applikati fuq bażi mhux diskriminatorja u trasparenti biex isostnu titjib fil-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li jirriżultaw f’kalkolazzjoni differenti ta’ l-imposti kif stabbilit f’paragrafi 2 u 3. Dawn l-inċentivi jistgħu japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u/jew għall-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru.
2. Meta Stat Membru jiddeċiedi li japplika skema ta’ inċentivi fuq il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, huwa għandu, wara l-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 15, jistabbilixxi bil-quddiem il-kondizzjonijiet biex jiġi ddeterminat il-livell massimu tar-rata għal kull unità jew tad-dħul għal kull sena fuq perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti b’referenza għal-livell proġettat ta’ l-ispejjeż (inkluża l-ispiża tal-kapital) fuq il-perjodu u jistgħu jistipulaw ukoll modulazzjonijiet finanzjarji (aktar jew inqas mill-ispejjeż mistennija) ibbażati fuq aspetti partikolari tal-prestazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li jistgħu jinkludu l-effiċjenza, il-kwalità tas-servizz, it-twettiq ta’ proġetti partikolari, passi importanti jew kompetenzi jew livell ta’ kooperazzjoni ma’ fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru oħra bil-għan li jitqiesu l-effetti tan-netwerk.
3. Meta Stat Membru jiddeċiedi li japplika skema ta’ inċentivi, inkluż modulazzjonijiet ta’ bil-lejl, fir-rigward ta’ utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, huwa għandu, wara l-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 15, jimmodula l-imposti li jirriżultawlhom sabiex jirriflettu l-isforzi magħmula minn dawn l-utenti biex jottimizzaw l-użu tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, biex inaqqsu l-ispejjeż ġenerali ta’ dawn is-servizzi u biex iżidu l-effiċjenza tagħhom, b’mod partikolari billi jnaqqsu l-imposti skond it-tagħmir fl-ajru li jżid il-kapaċità jew biex ipaċu l-inkonvenjenza ta’ għażla ta’ tqassim ta’ rotot li għandhom inqas konġestjoni.
L-iskema ta’ inċentivi għandha tkun limitata fiż-żmien, fl-ambitu u fl-ammont. L-iffrankar stmat iġġenerat mit-titjib fl-effiċjenza operattiva għandu għall-inqas ipaċi l-ispiża ta’ l-inċentivi f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. L-iskema għandha tkun soġġetta għal reviżjoni regolari li tinvolvi r-rappreżentanti ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru.
4. L-Istati Membri li jkunu stabbilixxew jew approvaw skemi ta’ inċentivi għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni xierqa mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ta’ dawn l-iskemi ta’ inċentivi.
Artikolu 13
Id-determinazzjoni ta’ rati għal kull unità għaż-żoni ta’ l-imposti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rati għal kull unità jiġu ddeterminati għal kull żona ta’ l-imposti fuq bażi annwali. Huma jistgħu wkoll jiżguraw li r-rati għal kull unità jiġu ddeterminati bil-quddiem għal kull sena ta’ perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.
2. F’każ ta’ bidliet kbar mhux mistennija tat-traffiku jew ta’ l-ispejjeż, ir-rati għal kull unità jistgħu jiġu emendati matul is-sena.
3. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Eurocontrol, fejn xieraq, bir-rati għal kull unità ddeterminati għal kull żona ta’ l-imposti.
Artikolu 14
Il-ġbir ta’ l-imposti
1. L-Istati Membri jistgħu jiġbru l-imposti permezz ta’ imposta unika kull titjira.
2. L-utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom iħallsu l-imposti tan-navigazzjoni bl-ajru kollha mall-ewwel u b’mod sħiħ.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati miżuri ta’ inforzar effikaċi. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu r-rifjut ta’ servizzi, iż-żamma ta’ l-ajruplan jew miżuri oħra ta’ inforzar skond il-liġi applikabbli.
Artikolu 15
It-trasparenza tal-mekkaniżmu ta’ l-imposti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru jiġu kkonsultati dwar il-politika ta’ l-imposti fuq bażi regolari. Għal dan il-għan, huma għandhom jipprovdulhom l-informazzjoni meħtieġa fuq il-mekkaniżmu ta’ l-imposti tagħhom kif stabbilit fl-Anness VI, jew fejn Stat Membru jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(6), bl-informazzjoni meħtieġa kif stabbilit fl-Anness III, parti 2, u għandhom jorganizzaw laqgħa ta’ konsultazzjoni effikaċi u trasparenti biex jippreżentaw din l-informazzjoni kif ukoll l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8, fil-preżenza tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru involuti.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-forniment tas-servizz, id-dokumentazzjoni rilevanti għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tar-rappreżentanti ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru, tal-Kummissjoni, ta’ l-Eurocontrol u ta’ l-awtoritajiet ta’ superviżjoni nazzjonali tliet ġimgħat qabel il-laqgħa ta’ konsultazzjoni.
KAPITOLU IV
ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 16
L-appell
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda skond dan ir-Regolament ikunu motivati tajjeb u jkunu soġġetti għal proċedura ta’ reviżjoni u/jew ta’ appell effikaċi.
Artikolu 17
Il-faċilitazzjoni tal-monitoraġġ tal-konformità
Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiffaċilitaw l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ mill-awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta li taġixxi f’isem din ta’ l-aħħar, inklużi ż-żjarat fis-sit. Il-persuni awtorizzati minn dawn il-korpi għandhom ikollhom is-setgħa:
(a) |
li jeżaminaw id-dokumenti ta’ kontabbiltà rilevanti, l-kotba ta’ l-assi, l-inventarji u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-istabbiliment ta’ l-imposti tan-navigazzjoni bl-ajru; |
(b) |
li jieħdu kopji ta’ jew estratti minn dawn it-tip ta’ dokumenti; |
(c) |
li jitolbu għal spjegazzjonijiet orali fuq is-sit; |
(d) |
li jidħlu f’bini, artijiet jew mezzi ta’ trasport rilevanti. |
Dawn it-tip ta’ spezzjonijiet u stħarriġ għandhom jitwettqu b’konformità mal-proċeduri fis-seħħ fl-Istat Membru li jkunu se jsiru fih.
Artikolu 18
Id-dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 9, 10, 12, 13 u 14 fir-rigward ta’ l-imposti en route sa l-1 ta’ Jannar 2008.
L-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9 u l-Artikoli 11 sa 15 fir-rigward ta’ l-imposti tat-terminal sa l-1 ta’ Jannar 2010.
Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jipposponu l-applikazzjoni skond it-tieni u t-tielet subparagrafu, huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.
(3) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.
(4) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 25.
ANNESS I
IL-VALUTAZZJONI TAL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-FORNIMENT TAS-SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI BL-AJRU FL-AJRUPORTI LI TAQA’ TAĦT L-ARTIKOLU 1(6)
Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu valutati taħt l-Artikolu 1(6) huma dawn li ġejjin:
1. |
Kemm jistgħu l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru joffru b’mod liberu li jipprovdu jew jirtiraw mill-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fl-ajruporti:
|
2. |
Kemm l-ajruporti jistgħu jiddeterminaw b’mod liberu min se jipprovdi s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru tagħhom, inkluż l-għażla li jfornu lilhom infushom:
|
3. |
Kemm ikun hemm firxa ta’ fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li minnhom l-ajruporti jistgħu jagħżlu:
|
4. |
Kemm l-ajruporti huma soġġetti għal pressjonijiet ta’ l-ispiża kummerċjali jew ta’ regolamentazzjoni bbażata fuq inċentivi:
|
ANNESS II
IT-TRASPARENZA TAL-BAŻI TA’ L-ISPIŻA
1. IT-TABELLA TA’ RRAPPURTAR
L-Istati Membri u l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jimlew it-tabella ta’ rrappurtar li ġejja għal kull żona ta’ l-imposti taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
Iċ-ċifri għandhom ikunu ċifri attwali għas-sena (n – 3) sas-sena (n – 1) u ċifri ppjanati għas-sena (n) ‘il quddiem. L-ispejjeż attwali għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-kontabbiltà ċertifikata. L-ispejjeż ippjanati għandhom jiġu stabbiliti skond il-pjan tan-negozju meħtieġ miċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-forniment tas-servizz.
L-ispejjeż għandhom jiġu stabbiliti fil-munita nazzjonali.
Tabella 1
L-ispejjeż totali
|
L-organizzazzjoni: |
|
Iż-żona ta’ l-imposti: |
|
Sena n: |
|
(n – 3) A |
(n – 2) A |
(n – 1) A |
(n) F |
(n + 1) F |
(n + 2) P |
(n + 3) P |
(n + 4) P |
(n + 5) P |
Dettall skond in-natura |
|||||||||
L-istaff |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Spejjeż operattivi oħra |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deprezzament |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Spiża tal-kapital |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Oġġetti eċċezzjonali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Spejjeż totali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Dettall skond is-servizzi |
|||||||||
L-immaniġġjar tat-traffiku ta’ l-ajru |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Komunikazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Navigazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sorveljanza |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tiftix u salvataġġ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Informazzjoni ajrunawtika |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Servizzi meteoroloġiċi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Spejjeż ta’ superviżjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Spejjeż oħra ta’ l-Istat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Spejjeż totali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(n – 3) A |
(n – 2) A |
(n – 1) A |
(n) F |
(n + 1) F |
(n + 2) P |
(n + 3) P |
(n + 4) P |
(n + 5) P |
Informazzjoni kumplimentari dwar ir-rata tal-kambju tal-munita nazzjonali ma’ l-euro |
|||||||||
Ir-rata tal-kambju (1 EUR =) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(n – 3) A |
(n – 2) A |
(n – 1) A |
(n) F |
(n + 1) F |
(n + 2) P |
(n + 3) P |
(n + 4) P |
(n + 5) P |
Informazzjoni kumplimentari dwar l-ispiża tal-kapital |
|||||||||
Kapital operattiv medju |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Li minnu, medja ta’ l-assi għat-tul |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-ispiża tal-kapital qabel it-taxxa (%) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Id-dħul lura mill-azzjonijiet (%) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-interessi medji fuq id-djun (%) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2. L-INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI
Barraminnhekk, l-Istati Membri u l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jipprovdu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
— |
deskrizzjoni tal-metodoloġija użata biex jiġu allokati l-ispejjeż tal-faċilitajiet jew tas-servizzi bejn servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru differenti fuq bażi tal-lista tal-faċilitajiet u servizzi elenkati fil-Pjan Reġjonali tan-Navigazzjoni bl-Ajru ta’ l-ICAO, ir-Reġjun Ewropew (Dok 7754) u deskrizzjoni tal-metodoloġija użata biex jiġu allokati dawk l-ispejjeż bejn żoni ta’ l-imposti differenti, |
— |
deskrizzjoni u spjegazzjoni tad-differenzi bejn iċ-ċifri ppjanati u attwali għas-sena (n – 1), |
— |
deskrizzjoni u spjegazzjoni ta’ l-ispejjeż ippjanati għal ħames snin fuq bażi tal-pjan tan-negozju, |
— |
deskrizzjoni ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw lill-Istati Membri (Spejjeż oħra ta’ l-Istat), |
— |
deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-metodu adottat għall-kalkolazzjoni ta’ l-ispejjeż ta’ deprezzament: spejjeż storiċi jew spejjeż attwali. Meta l-kontabbiltà kurrenti ta’ l-ispiża tkun adottata, il-forniment ta’ dejta ta’ l-ispejjeż storiċi komparabbli, |
— |
ġustifikazzjoni għall-ispiża tal-kapital, inkluż il-komponenti tal-bażi ta’ l-assi, |
— |
deskrizzjoni ta’ l-ispiża għal kull ajruport għal kull żona ta’ l-imposti tat-terminal; għall-ajrudromi b’inqas minn 20 000 movimenti ta’ trasport bl-ajru kummerċjali kull sena kalkolati bħala l-medja fuq it-tliet snin preċedenti, l-ispejjeż jistgħu jiġu ppreżentati b’mod aggregat għal kull ajrudromu, |
— |
tqassim ta’ l-ispejjeż meteoroloġiċi bejn spejjeż diretti u “l-ispejjeż prinċipali tal-MET” definiti bħala l-ispejjeż tas-sostenn ta’ faċilitajiet u servizzi meteoroloġiċi li jservu wkoll għar-rekwiżiti meteoroloġiċi b’mod ġenerali. Dawn jinkludu l-analiżi ġenerali u t-tbassir, ir-radar tat-temp u l-osservazzjonijiet tas-satellita, in-netwerks ta’ l-osservazzjoni ta’ l-art u ta’ l-ajru ta’ fuq, is-sistemi ta’ komunikazzjoni meteoroloġiċi, ċentri ta’ l-ipproċessar tad-dejta u r-riċerka, it-taħriġ u l-amministrazzjoni prinċipali ta’ sostenn, |
— |
deskrizzjoni tal-metodoloġija użata biex jiġu allokati l-ispejjeż tal-MET u l-ispejjeż prinċipali tal-MET totali għall-avjazzjoni ċivili u bejn iż-żoni ta’ l-imposti. |
ANNESS III
IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TA’ TRASPARENZA GĦALL-FORNIMENT TAS-SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI BL-AJRU FL-AJRUPORTI LI JAQGĦU TAĦT L-ARTIKOLU 1(6)
1. L-ISPEJJEŻ TAS-SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI BL-AJRU
1.1. It-tabella ta’ rrappurtar
Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jimlew it-tabella ta’ rrappurtar li ġejja għal kull żona ta’ l-imposti tat-terminal taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
Iċ-ċifri għandhom ikunu ċifri attwali għas-sena (n – 3) sas-sena (n – 1) u ċifri ppjanati għas-sena (n) ‘il quddiem. L-ispejjeż attwali għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-kontabbiltà ċertifikata. L-ispejjeż ippjanati għandhom ikunu stabbiliti skond il-pjan tan-negozju meħtieġ miċ-ċertifikat.
L-ispejjeż għandhom ikunu stabbiliti bil-munita Nazzjonali.
Tabella 1
L-ispejjeż totali
|
L-organizzazzjoni: |
|
Iż-żona ta’ l-imposti: |
|
Sena n: |
|
(n – 3) A |
(n – 2) A |
(n – 1) A |
(n) F |
(n + 1) F |
(n + 2) P |
(n + 3) P |
(n + 4) P |
(n + 5) P |
Dettall skond in-natura |
|||||||||
L-istaff |
|
|
|
|
|
||||
Spejjeż operattivi oħra |
|
|
|
|
|||||
Deprezzament |
|
|
|
|
|||||
L-ispiża tal-kapital |
|
|
|
|
|||||
Oġġetti eċċezzjonali |
|
|
|
|
|||||
Spejjeż totali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1.2. Informazzjoni addizzjonali
Barraminnhekk, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jipprovdu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
— |
deskrizzjoni tal-metodoloġija użata biex jiġu allokati l-ispejjeż tal-faċilitajiet jew tas-servizzi bejn servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru differenti fuq bażi tal-lista tal-faċilitajiet u servizzi elenkati fil-Pjan Reġjonali tan-Navigazzjoni bl-Ajru ta’ l-ICAO, ir-Reġjun Ewropew (Dok 7754), |
— |
deskrizzjoni u spjegazzjoni tad-differenzi bejn iċ-ċifri mhux kunfidenzjali ppjanati u attwali għas-sena (n – 1), |
— |
deskrizzjoni u spjegazzjoni ta’ l-ispejjeż u l-investimenti mhux kunfidenzjali ppjanati fuq ħames snin fir-rigward tat-traffiku mistenni, |
— |
deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-metodu adottat għall-kalkolazzjoni ta’ l-ispejjeż ta’ deprezzament: spejjeż storiċi jew spejjeż attwali, |
— |
spjegazzjoni għall-ispiża tal-kapital. |
2. IL-FINANZJAMENT TAS-SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI BL-AJRU
Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja għal kull żona ta’ l-imposti tat-terminal:
— |
deskrizzjoni tal-mod(i) li bih(om) l-ispejjeż tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jiġu ffinanzjati. |
ANNESS IV
IL-KALKOLAZZJONI TA’ L-UNITAJIET TAS-SERVIZZ ENROUTE
1. |
L-unità tas-servizz enroute għandha tiġi kkalkolata bħala l-multiplikazzjoni tal-fattur tad-distanza u l-fattur tal-piż għall-ajruplan ikkonċernat. |
2. |
Il-fattur tad-distanza għandu jinkiseb b’diviżjoni għal mija n-numru ta’ kilometri ta’ titjira fid-distanza taċ-ċirku kbir bejn il-punt ta’ dħul u l-punt ta’ ħruġ taż-żoni ta’ l-imposti, skond il-pjan tan-negozju magħruf l-aħħar sottomess mill-ajruplan ikkonċernat għall-iskopijiet tal-fluss tat-traffiku ta’ l-ajru. |
3. |
Jekk il-punt ta’ ħruġ u tad-dħul ta’ titjira waħda jkunu identiċi f’żona ta’ l-imposti, il-fattur tad-distanza għandu jkun daqs id-distanza fid-distanza taċ-ċirku kbir bejn dawn il-punti u l-punt l-aktar distanti tal-pjan tat-titjira. |
4. |
Id-distanza li għandha titqies għandha titnaqqas b’20 kilometru għal kull tluq minn u għal kull wasla fit-territorju ta’ Stat Membru. |
5. |
Il-fattur tal-piż, espress bħala ċifra meħuda fuq żewġ punti deċimali, għandha tkun l-għerq kwadrat tal-kwozjent miksub meta jiġi diviż b’ħamsin in-numru ta’ tunnellati metriċi fil-piż tat-tlugħ massimu ċertifikat ta’ l-ajruplan kif muri fiċ-ċertifikat tal-kapaċità ta’ l-użu ta’ l-ajruplan għat-titjir jew kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor ekwivalenti pprovdut mill-operatur ta’ l-ajruplan. Fejn dan il-piż ma jkunx magħruf, il-piż ta’ l-itqal ajruplan ta’ l-istess tip magħruf li jeżisti għandu jintuża. Fejn ajruplan ikollu piżijiet tat-tlugħ massimi ċertifikati multipli, dak massimu għandu jintuża. Fejn operatur ta’ ajruplan jopera żewġ arjuplani jew aktar li huma verżjonijiet differenti ta’ l-istess tip, il-medja tal-piżijiet tat-tlugħ massimi ta’ l-ajruplani kollha tiegħu ta’ dak it-tip għandha tintuża għal kull ajruplan ta’ dak it-tip. Il-kalkolazzjoni tal-fattur tal-piż kull tip ta’ ajruplan u kull operatur għandha tiġi effetwata mill-inqas darba fis-sena. |
ANNESS V
IL-KALKOLAZZJONI TA’ L-UNITAJIET TAS-SERVIZZI TAT-TERMINAL
1. |
L-unità tas-servizzi tat-terminal għandha tkun daqs il-fattur tal-piż għall-ajruplan ikkonċernat. |
2. |
Il-fattur tal-piż, espress bħala ċifra meħuda fuq żewġ punti deċimali, għandu jkun il-kwozjent, miksub b’diviżjoni għal ħamsin tan-numru tat-tunnellati metriċi fl-għola piż tat-tlugħ massimu ċertifikat ta’ l-ajruplan, imsemmi fl-Anness IV, paragrafu 5, għall-poter ta’ 0,7. Madankollu, f’perjodu tranżitorju ta’ ħames snin wara l-kalkolazzjoni ta’ l-ewwel rata għal kull unità tat-terminal taħt dan ir-Regolament, dan l-esponent għandu jkun kompriż bejn 0,5 u 0,9. |
ANNESS VI
IL-MEKKANIŻMU TA’ L-IMPOSTI
1. IT-TABELLA TA’ RRAPPURTAR
L-Istati Membri għandhom jimlew it-tabella ta’ rrappurtar li ġejja għal kull żona ta’ l-imposti taħt ir-responsabbiltà tagħhom. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll Tabella 1 konsolidata għal kull żona ta’ l-imposti taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Meta żona ta’ l-imposti testendi fuq l-ispazju ta’ l-ajru ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, huma għandhom jimlew it-tabella b’mod konġunt skond l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 4(4).
Iċ-ċifri għandhom ikunu ċ-ċifri attwali għas-sena (n – 3) sas-sena (n – 1) u ċifri ppjanati għas-sena (n) ‘il quddiem. L-“Ispejjeż totali” għandhom jiġu stabbiliti bħala t-total ta’ l-ispejjeż totali kollha ppreżentati f’Tabella 1 li huma allokati għal din iż-żona ta’ l-imposti.
Tabella 2
Il-kalkolazzjoni tar-rata għal kull unità
|
L-organizzazzjoni(jiet): |
|
Iż-żona ta’ l-imposti: |
|
Sena n: |
|
(n – 3) A |
(n – 2) A |
(n – 1) A |
(n) F |
(n + 1) F |
(n + 2) P |
(n + 3) P |
(n + 4) P |
(n + 5) P |
Ir-rata għal kull unità (f’euro) |
|||||||||
L-ispejjeż totali (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-ispejjeż ta’ titjiriet eżentati |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ammonti trasferiti lis-sena (n) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Dħul minn sorsi oħra |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Spejjeż li fuqhom ikun hemm imposti |
|||||||||
Total ta’ l-unitajiet tas-servizzi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Unitajiet tas-servizzi li fuqhom ikun hemm imposti |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ir-rata għal kull unità (2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(n – 3) A |
(n – 2) A |
(n – 1) A |
(n) F |
(n + 1) F |
(n + 2) P |
(n + 3) P |
(n + 4) P |
(n + 5) P |
Ir-rata għal kull unità (fil-munita nazzjonali) |
|||||||||
Ir-rata tal-kambju (1 EUR =) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ir-rata għal kull unità |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(n – 3) A |
(n – 2) A |
(n – 1) A |
(n) F |
(n + 1) F |
(n + 2) P |
(n + 3) P |
(n + 4) P |
(n + 5) P |
Il-bilanċ li għandu jiġi trasferit (bil-munita nazzjonali) |
|||||||||
Imposti li jitħallsu mill-utenti |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-ispejjeż totali attwali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Id-dħul minn sorsi oħra |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-ispejjeż attwali tat-titjiriet eżentati |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ammonti trasferiti lis-sena (n) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bilanċ tas-sena (n) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI
Barraminnhekk, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġbru u jipprovdu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
— |
deskrizzjoni u motivazzjoni għall-istabbiliment taż-żoni ta’ l-imposti differenti, b’mod partikolari fir-rigward taż-żoni ta’ l-imposti tat-terminal u s-sussidji reċiproċi potenzjali bejn l-ajruporti, |
— |
deskrizzjoni u spjegazzjoni dwar il-kalkolazzjoni ta’ l-unitajiet tas-servizz li fuqhom hemm imposti mbassra, |
— |
deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-metodoloġija użata fir-rigward ta’ l-irkupru tal-bilanċ li jirriżulta mill-irkupru żejjed jew nieqes tas-snin preċedenti, |
— |
deskrizzjoni tal-politika dwar l-eżenzjonijiet u deskrizzjoni tal-mezzi ta’ finanzjament biex ikopru l-ispejjeż relatati, |
— |
deskrizzjoni tad-dħul minn sorsi oħra meta jkunu jeżistu, |
— |
deskrizzjoni u spjegazzjoni ta’ l-inċentivi applikati fuq il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u, b’mod partikolari, il-modalitajiet li għandhom jiġu applikati fl-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet regolatorji fuq il-livell tar-rati għal kull unità. Deskrizzjoni u spjegazzjoni ta’ l-għanijiet f’termini ta’ prestazzjoni u dwar il-modalitajiet ta’ kif jitqiesu fl-istabbiliment tar-rati massimi għal kull unità, |
— |
deskrizzjoni tal-pjanijiet tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru sabiex jintlaħqu d-domanda proġettata u l-għanijiet ta’ prestazzjoni, |
— |
deskrizzjoni u spjegazzjoni ta’ l-inċentivi applikati fuq l-utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. |
(1) Billi t-total ta’ l-ispejjeż totali kollha ppreżentati f’Tabella 1 li huwa allokat lil din iż-żona ta’ l-imposti (meta ċerti servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jkunu mogħtija esternament, l-ispiża li għandha titqies għandha tkun l-ispiża ta’ l-infieq annwali).
Ir-rata għal kull unità |
= |
L-ispiża li fuqha jkun hemm imposti bir-rata għal kull unità/Unitajiet tas-servizzi li fuqhom ikun hemm imposti. |