18.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

47


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1666/2006

tas-6 ta' Novembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 li jistipola arranġamenti transizzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) u Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (3) jistipola arranġamenti transizzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004. (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) Huwa meħtieġ li jiġu emendati ċertu dispożizzjonijiet.

(2)

Id-Deċiżjoni 2006/766/KE (5) tfassal lista ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 11 (4) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 li għalhekk jistgħu jiggarantixxu li l-molluski bivalvi, it-tunikati, l-ekinodermi u l-gastropodi u l-prodotti tal-baħar li huma esportati lejn il-Komunità jinsabu f'konformità mal-kondizzjonijiet sanitarji stipolati fil-leġislazzjoni komunitarja għall-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi.

(3)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 97/20/KE (6) u 97/296/KE (7) ippermettew lil ċerti pajjiżi terzi li ma kinux għaddew minn kontroll Komunitarju sabiex jesportaw molluski bivalvi ħajjin u prodotti tas-sajd lejn il-Komunità skond ċertu kondizzjonijiet. Dawk id-deċiżjonijiet huma rrevokati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (8). Din il-possibilità mhux imbassra mir-Regolament (KE) Nru 854/2004. Sabiex ikun evitat kull tfixkil tas-sistema tradizzjonali ta' kummerċ, dik il-possibbiltà għandha tinżamm fuq bażi transizzjonali.

(4)

Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi, tat-tunikati, l-ekinodermi u l-gastropodi tal-baħar u l-prodotti tas-sajd minn dawn il-pajjiżi terzi jew minn territorji li għandhom ikunu ta' l-anqas ekwivalenti għal dawk li jiggvernaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti Komunitarji.

(5)

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ġenerali stipolat fl-Anness II kapitolu II parti A punt 4 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 billi l-molluski bivalvi ħajjin minn żoni li huma kklassifikati B m'għandhomx jaqbżu l-limiti ta' 4 600 E.coli għal kull 100 g ta' laħam u ta' likwidu intravalvolari, b'tolleranza ta' 10 % ta' kampjuni għandhom jiġu permessi għall-molluski bivalvi ħajjin li joriġinaw minn dawn iż-żoni. Minħabba li t-tolleranza f'10 % tal-kampjuni ma tirrappreżentax riskju għas-saħħa pubblika u fid-dawl li l-awtoritajiet kompetenti jiġu permessi li jadattaw progressivament għall-iskop tad-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 fir-rigward tal-klassifikazzjoni taż-żoni B, perijodu transizzjonali għandu jingħata għall-klassifikazzjoni ta' dawn iż-żoni.

(6)

Ir-Regolament (KE) nru 2076/2005 għandu jiġi emendat kif jixraq.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali,

ADDOTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafi 3 u 4 li ġejjin huma miżjuda:

“3.   Permezz tad-deroga mill-Anness III, Sezzjoni VIII, Kapitolu III, Parti E mar-Regolament 853/2004, l-operaturi fil-kummerċ ta' l-ikel jistgħu jkomplu sal-31 ta' Ottubru 2007 fl-importazzjoni taż-żejt tal-ħuta minn stabbilimenti f'pajjiżi terzi li kienu ġew approvati għal dak il-għan qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1664/2006 (*1).

4.   Permezz tad-deroga mill-Anness VI mar-Regolament (KE) 2074/2005 il-prodotti li jissemmew f'dak l-Anness li għalihom iċ-ċertifikati ta' importazzjoni rilevanti inħarġu skond ir-regoli Komunitarji armonizzati infurzati qabel l-1 ta' Jannar 2006 fejn dan huwa applikabbli, u flimkien mar-regoli nazzjonali implimentati mill-Istati Membri qabel dik id-data għall-każijiet oħrajn, jistgħu jiġu importati fil-Komunità sa l-1 ta' Mejju 2007.”

(*1)   GU L 320, 18.11.2006, p. 13."

(2)

Fl-Artikolu 17 il-paragrafu 2 li jmiss hu miżjud:

“2.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni tal-molluski bivalvi u l-prodotti tas-sajd mill-pajjiżi li huma elenkati rispettivament fl-Anness I u fl-Anness II ma' dan ir-Regolament, bil-kondizzjonijiet li:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju terz ipprovdiet lill-Istat Membru kkonċernat il-garanziji li l-prodotti in kwestjoni inkisbu skond kondizzjonijiet li huma ta' l-anqas ekwivalenti għal dawk li jiggvernaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti Komunitarji u

(b)

l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju terz tieħu miżuri xierqa sabiex taċċerta li dawn il-prodotti importati ikunu akkumpanjati minn mudell taċ-ċertifikati sanitarji stipolat fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 95/328/KE (*2) u 96/333/KE (*3) u jitqiegħdu fis-suq domestiku ta' l-Istat Membru jew Stati Membri importaturi li jippermettu l-istess importazzjoni.”

(*2)   ĠU L 191, 12.8.1995, p. 32."

(*3)   ĠU L 127, 25.5.1996, p. 33."

(3)

L-Artikolu 17a li jmiss huwa miżjud:

“'Artikolu 17a

Klassifikazzjoni tal-produzzjoni u taż-żoni ta' twassil għall-molluski bivalvi

Permezz tad-deroga mill-Kapitolu II (A) (4) ta' l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, l-awtorità kompetenti tista' tkompli tikklassifika bħala żoni ta' Klassi B li għalihom il-limiti rilevanti ta' 4 600E. coli għal kull 100 g ma jinqabżux f'90 % tal-kampjuni.”

(4)

L-Anness I u l-Anness II huma miżjuda skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġuta minn ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).

(2)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni Kkoreġuta minn (ĠU L 226 25.6.2004, p. 83). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2076/2005.

(3)   ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83.

(4)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta minn ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3).

(5)  Ara paġna 53 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(6)   ĠU L 6, 10.1.1997, p. 46. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2002/469/KE (ĠU L 163, 21.6.2002, p. 16).

(7)   ĠU L 122, 14.5.1997, p. 21. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/200/KE (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 50).

(8)  Ara paġna 50 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

“ANNESS I

Lista ta' pajjiżi u territorji terzi li minnhom jiġu permessi l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-baħar fi kwalukwe' forma għall-konsum mill-bniedem

CA —

IL-KANADA

GL —

GREENLAND

US —

L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA

“ANNESS II

Lista ta' pajjiżi u territorji terzi li għalihom l-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd fi kwalukwe' forma għall-konsum mill-bniedem jistgħu jiġu permessi

AO –

ANGOLA

AZ –

L-AŻERBAJĠAN (1)

BJ –

BENIN

CG –

IR-REPUBBLIKA TAL-KONGO (2)

CM –

IL-KAMEROON

ER –

L- ERITREA

FJ –

FIJI

IL –

L-IŻRAEL

MM –

MYANMAR

SB –

IL-GŻEJJER SOLOMON

SH –

SANT ELENA

TG –

TOGO


(1)  Awtorizzat għall-importazzjoni tal-kavjar biss.

(2)  Awtorizzat biss għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd li nqabdu, u ppakkjati fl-imballaġġ finali tagħhom fuq il-baħar.