|
18.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1664/2006
tas-6 ta' Novembru 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward ta' miżuri ta' implimentazzjoni għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma maħsuba għall-konsum uman u li jirrevoka ċerti miżuri ta' implimentazzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 11 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta'April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-benesseri ta' l-annimali (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 (4) jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 (KE) Nru 854/2004 (KE) Nru 882/2004. |
|
(2) |
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 jistabbilixxi mudelli ta' ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma maħsuba għall-konsum uman. Dawn iċ-ċertifikati ġew żviluppati biex ikunu konformi mas-sistema esperta TRACES żviluppata mill-Kummissjoni biex issegwi kwalunkwe moviment ta' annimali u prodotti li ġejjin minnhom fi ħdan it-territorju ta' l-UE u minn pajjiżi terzi. Id-dettalji li jikkonċernaw id-deskrizzjoni ta' l-oġġetti ġew aġġornati reċentement. Il-mudelli eżistenti taċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom għalhekk jiġu emendati bl-istess mod. |
|
(3) |
Ir-Regolamenti (KE) Nri 852/2004 u (5) 853/2004 jistabbilixxu regoli dwar il-produzzjoni ta' prodotti tas-sajd, molluski bivalvi ħajjin u għasel maħsuba għall-konsum uman. Għandhom ikunu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi, inklużi mudelli ta' ċertifikati tas-saħħa, fir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 għall-importazzjoni ta' dawn il-prodotti minn pajjiżi terzi. Id-Deċiżjonijiet eżistenti li jistabbilixxu ċ-ċertifikati ta' l-importazzjoni għandhom imbagħad ikunu revokati wara dewmien li jagħti l-possibbiltà lill-pajjiżi terzi li jadattaw il-leġiżlazzjoni tagħhom. |
|
(4) |
Huwa xieraq ukoll li tiġi ssemplifikata l-proċedura ta' ċertifikazzjoni għall-prodotti tas-sajd u molluski bivalvi ħajjin u, għal kunsinni maħsuba għall-konsum uman, li jiġu inkorporati r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/804/KE ta' l-14 ta' Novembru 2003 li tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikati meħtieġa għall-importazzjoni ta' mollusk, il-bajd tagħhom u l-gameti għal tkabbir, smin, biex jissostitwixxu oħrajn jew konsum uman (6), u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/858/KE tal-21 ta' Novembru 2003 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali u l-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni għal importazzjonijiet ta' ħut ħaj, il-bajd u l-gametes tagħhom maħsuba għall-biedja, u ħut ħaj li joriġina mill-akwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum uman (7). |
|
(5) |
Skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għandhom jiġu stabbiliti metodi għall-analiżi u l-ittestjar tal-ħalib u tal-prodotti li għandhom bażi ta' ħalib. F'dan il-kuntest, il-laboratorju ta' referenza tal-Komunità ġabar lista ta' metodi ta' referenza aġġornati, li ġiet approvata mil-laboratorji ta' referenza nazzjonali matul il-laqgħa tagħhom ta' l-2005. Huwa għalhekk meħtieġ li fir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 tkun provduta l-aħħar lista mifthiema ta' metodi ta' referenza għall-analiżi u l-ittestjar li għandhom jintużaw sabiex tiġi kkontrollata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/180/KEE ta' l-14 ta' Frar 1991 li tistabbilixxi ċerti metodi ta' analiżi u kontroll ta' ħalib mhux ipproċessat u ħalib trattat bis-sħana (8) għandha għalhekk tiġi revokata. Għandha tingħata konċessjoni ta' żmien sabiex l-Istati Membri jkollhom iż-żmien biex jikkonformaw mal-metodi l-ġodda. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 jistabbilixxi l-metodi analitiċi għas-sejba tal-kontenut tal-velenu paralitiku tal-frott tal-baħar (PSP – paralytic shellfish poison) fil-partijiet li jittieklu tal-molluski (il-ġisem sħiħ jew kwalunkwe parti li tittiekel separatament). L-hekk imsejjaħ metodu Lawrence kif ippubblikat fil-Metodu Uffiċjali AOAC 2005.06 (Tossini tal-Velenu Paralitiku tal-Frott tal-Baħar fil-Frott tal-Baħar) għandu jitqies bħala metodu alternattiv għas-sejba ta' PSP f'molluski bivalvi. L-użu tiegħu għandu jkun rivedut fid-dawl tal-ħidma analitika li qed titwettaq bħalissa mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità għall-bijotossini marini. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 għandu għalhekk jiġi emendat bl-istess mod. |
|
(8) |
Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 6 Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa, kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li għandhom jintużaw meta jiġu importati prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma elenkati fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament huma hekk kif stabbiliti f'dak l-Anness VI.” |
|
(2) |
Huwa miżjud l-Artikolu 6a li ġej: “Artikolu 6a Metodi għall-ittestjar ta' ħalib mhux ipproċessat u ta' ħalib trattat bis-sħana Il-metodi analitiċi stabbiliti fl-Anness VIa ta' dan ir-Regolament għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti, u, fejn xieraq, mill-operaturi fin-negozju alimentari, biex jikkontrollaw il-konformità mal-limiti stabbiliti fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Parti III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta' proċess ta' pastorizzazzjoni għal prodotti derivati mill-ħalib kif imsemmi fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu II, Parti II ta' dak ir-Regolament.” |
|
(3) |
L-Anness III huwa emendat skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(4) |
L-Anness VI huwa emendat skond l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
|
(5) |
L-Anness VIa huwa miżjud skond l-Annex III ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Id-Deċiżjonijiet elenkati fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament huma revokati b'effett mill-1 ta' Mejju 2007.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
L-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu japplika sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' Novembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005.
(3) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3).
(4) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27.
(5) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta minn ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3
(6) ĠU L 302, 20.11.2003, p. 22. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2005/409/KE (ĠU L 139, 2.6.2005, p. 16).
(7) ĠU L 324, 11.12.2003, p. 37. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2006/68/KE (ĠU L 279, 11.10.2006, p. 24).
ANNESS I
Il-Kapitolu I ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 huwa mibdul b’dan li ġej:
“KAPITOLU I
IL-METODU GĦALL-ISKOPERTA TAL-VELENU PARALITIKU TAL-FROTT TAL-BAĦAR (PSP)
|
1. |
Il-kontenut tal-velenu paralitiku tal-frott tal-baħar (PSP) fil-partijiet li jittieklu ta’ molluski (il-ġisem sħiħ jew kwalunkwe parti tal-ġisem li tittiekel separatament) għandu jiġi skopert skond il-metodu bijoloġiku ta’ ttestjar jew kwalunkwe metodu ieħor rikonoxxut internazzjonalment. L-hekk imsejjaħ metodu Lawrence jista’ jintuża wkoll bħala metodu alternattiv għall-iskoperta ta’ dawn it-tossini kif ippubblikat fil-Metodu Uffċjali AOAC 2005.06 (Tossini tal-Velenu Paralitiku tal-Frott tal-Baħar fil-Frott tal-Baħar). |
|
2. |
Jekk ir-riżultati jiġu kkontestati, il-metodu ta’ referenza għandu jkun il-metodu bijoloġiku. |
|
3. |
Il-punti 1 u 2 għandhom jiġu rriveduti fid-dawl tat-tlestija b’suċċess ta’ l-armonizzazzjoni tal-passi ta’ implimentazzjoni tal-metodu Lawrence mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità għall-bijotossini marini.” |
ANNESS II
L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 huwa mibdul b'dan li ġej:
"ANNESS VI
MUDELLI TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA GĦALL-IMPORTAZZJONI TA' ĊERTI PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI U LI HUMA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
TAQSIMA I
IS-SAQAJN TAŻ-ŻRINĠIJIET U L-BEBBUX
Iċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għal importazzjonijiet ta' saqajn taż-żrinġijiet u bebbux għandhom ikunu konformi mal-mudelli stabbiliti fil-Parti A u fil-Parti B rispettivament ta' l-Appendiċi I ta' dan l-Anness.
TAQSIMA II
IL-ĠELATINA
Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni speċifika oħra tal-Komunità, b'mod partikolari għal-leġiżlazzjoni dwar enċefalopatiji sponġiformi transmissibbli u ormoni, iċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għal importazzjonijiet ta' ġelatina u materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina għandhom ikunu konformi mal-mudelli stabbiliti fil-Parti A u l-Parti B rispettivament ta' l-Appendiċi II ta' dan l-Anness.
TAQSIMA III
IL-KOLLAĠEN
Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni speċifika oħra tal-Komunità, b'mod partikolari għal-leġiżlazzjoni dwar enċefalopatiji sponġiformi transmissibbli u ormoni, iċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għal importazzjonijiet ta' kollaġen u materja prima għall-produzzjoni tal-kollaġen għandhom ikunu konformi mal-mudelli stabbiliti fil-Parti A u l-Parti B rispettivament ta' l-Appendiċi III ta' dan l-Anness.
TAQSIMA IV
PRODOTTI TAS-SAJD
Iċ-ċertifikat tas-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għal importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd għandu jkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi IV ta' dan l-Anness.
TAQSIMA V
MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN
Iċ-ċertifikat tas-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għal importazzjonijiet ta' molluski bivalvi ħajjin għandu jkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi V ta' dan l-Anness.
TAQSIMA VI
GĦASEL U PRODOTTI OĦRA TA' L-APIKULTURA
Iċ-ċertifikat tas-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għal importazzjonijiet ta' għasel u prodotti oħrajn ta' l-apikultura għandu jkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi VI ta' dan l-Anness.
Appendiċi I ta' l- Anness VI
PARTI A
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' SAQAJN TAŻ-ŻRINĠIJIET IMKESSĦIN, IFFRIŻATI JEW IPPREPARATI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
PARTI B
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' BEBBUX IMKESSAĦ, IFFRIŻAT, IMQAXXAR, IMSAJJAR, IPPREPARAT JEW IPPRESERVAT MAĦSUB GĦALL-KONSUM UMAN
Appendiċi II ta l-Anness VI
PARTI A
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĠELATINA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
PARTI B
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA’ MATERJA PRIMA GĦALL-PRODUZJONI TA’ ĠELATINA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
Appendiċi III ta' l-Anness VI
PARTI A
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' KOLLAĠEN MAĦSUB GĦALL-KONSUM UMAN
PARTI B
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET TA' MATERJA PRIMA GĦALL-PRODUZZJONI TA' KOLLAĠEN MAĦSUB GĦALL-KONSUM UMAN
Appendiċi IV ta' l-Anness VI
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' PRODOTTI TAS-SAJD MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
Appendiċi V ta' l- Anness VI
PARTI A
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
PARTI B
MUDELL ADDIZZJONALI TA' L-ATTESTAZZJONI TAS-SAĦĦA GĦAL MOLLUSKI BIVALVI PPROĊESSATI LI JAPPARTJENU GĦALL-ISPEĊJE ACANTHOCARDIA TUBERCULATUM
L-ispettur uffiċjali b'dan jiċċertifika li l-molluski bivalvi pproċessati ta' l-ispeċje Acanthocardia tuberculatum, iċċertifikati fiċ-ċertifikat tas-saħħa bin-Nru ta' referenza:…
|
1. |
inġabru f'żoni ta' produzzjoni identifikati b'mod ċar, immonitorjati u awtorizzatti mill-awtorità kompetenti għall-għan tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE (1), u fejn il-livell ta' PSP fil-partijiet li jittieklu ta' dawn il-molluski huwa ta' inqas minn 300 μg għal kull 100g ; |
|
2. |
ġew trasportati f'kontenituri jew vetturi ssiġillati mill-awtorità kompetenti, direttament lejn l-istabbiliment: … … (l-isem u n-numru ta' l-approvazzjoni uffiċjali ta' l-istabbiliment, awtorizzat b'mod speċjali mill-awtorità kompetenti biex iwettaq it-trattament tagħhom) |
|
3. |
kienu akkumpanjati matul it-trasport lejn dan l-istabbiliment minn dokument maħruġ mill-awtorità kompetenti li jawtorizza t-trasport, jiċċertifika n-natura u l-kwantità tal-prodott, iż-żona ta' l-oriġini u l-istabbiliment tad-destinazzjoni; |
|
4. |
ġew soġġetti għat-trattament bis-sħana msemmi fl-Anness tad-Deċiżjoni 96/77/KE ; |
|
5. |
ma fihomx livell ta' PSP rilevabbli permezz tal-metodu ta' bijoanaliżi, kif muri fir-rapport(i) analitiku/analitiċi mehmuż(a) tat-test imwettaq fuq kull lott inkluż fil-kunsinna koperta minn din l-attestazzjoni. |
L-ispettur uffiċjali b'dan jiċċertifika li l-awtorità kompetenti vverifikat li l-kontrolli “tas-saħħa proprja” (“ own health ”) implimentati fl-istabbiliment imsemmi fil-punt 2 huma applikati b'mod speċifiku għat-trattament bis-sħana msemmi fil-punt 4.
L-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat b'dan jiddikjara li hu/hi jaf/taf bid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 96/77/KE u li r-rapport(i) analitiku/analitiċi mehmuż(a) jikkorrispondi/jikkorrispondu mat-test imwettaq fil-prodotti wara l-ipproċessar.
|
Spettur uffiċjali |
|
|
Nom (en majuscules): Data: Isem (b'ittri kbar): |
Kwalifika u titlu: Firma: Timbru: |
Appendiċi VI ta' l-Anness VI
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' L-GĦASEL U PRODOTTI OĦRA TA' L-APIKULTURA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
(1) Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS III
L-Anness VIa li ġej dwar metodi għall-ittestjar ta' ħalib mhux ipproċessat u ħalib trattat bis-sħana huwa miżjud mar-Regolament (KE) Nru 2074/2005:
“ANNESS VIA
METODI GĦALL-ITTESTJAR TA’ ĦALIB MHUX IPPROĊESSAT U ĦALIB TRATTAT BIS-SĦANA
KAPITOLU I
ID-DETERMINAZZJONI TAL-KONT TAL-PLATES U L-KONT TAĊ-ĊELLOLI SOMATIĊI
|
1. |
Meta jsiru l-kontrolli skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Parti III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istandards li ġejjin għandhom ikunu applikati bħala metodi ta’ referenza:
|
|
2. |
L-użu ta’ metodi analitiċi alternattivi huwa aċettabbli:
|
KAPITOLU II
ID-DETERMINAZZJONI TA’ L-ATTIVITÀ TAL-PHOSPHATASE ALKALINI
|
1. |
Meta tkun qed tiġi ddeterminata l-attività tal-phosphatase alkalini, għandu jiġi applikat l-istandard ISO 11816-1 bħala l-metodu ta’ referenza. |
|
2. |
L-attività ta’ phosphatase alkalini hija espressa bħala milliunità ta’ l-attività ta’ l-enżimi għal kull litru (mU/l). Unità waħda ta’ l-attività tal-phosphatase alkalini hija l-ammont ta’ l-enżima tal-phosphatase alkalini li tikkawża t-trasformazzjoni ta’ mikromola waħda ta’ substrat f’kull minuta. |
|
3. |
Test tal-phosphatase alkalini huwa meqjus li jagħti riżultat negattiv jekk l-attività mkejla fil-ħalib tal-baqar ma tkunx għola minn 350 mU/l. |
|
4. |
L-użu ta’ metodi analitiċi alternattivi huwa aċċettabbli meta l-metodi jiġu vvalidati skond il-metodu ta’ referenza msemmi fil-punt 1 skond protokolli aċċettati internazzjonalment.” |
ANNESS IV
1.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/180/KEE ta' l-14 ta' Frar 1991 li tistabbilixxi ċerti metodi ta' analiżi u kontroll ta' ħalib mhux ipproċessat u ħalib trattat bis-sħana (1).
2.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/20/KE ta' l-10 ta' Diċembru 1999 li tistabbilixxi ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem u ta' materja prima ddestinata għall-produzzjoni ta' ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem (2).
3.
Id-Deċiżjonijiet li jistabbilixxu kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd.|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/436/KEE tat-30 ta' Ġunju 1993 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw fiċ-Ċili (3). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/437/KEE tat-30 ta' Ġunju 1993 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Arġentina (4). |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/494/KEE tat-23 ta' Lulju 1993 li tistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd mill-Gżejjer Faroe (5). |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/495/KEE tas-26 ta' Lulju 1993 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Kanada (6). |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/198/KE tas-7 ta' April 1994 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura li joriġinaw mill-Brażil (7). |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/200/KE tas-7 ta' April 1994 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura li joriġinaw fl-Ekwador (8). |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/269/KE tat-8 ta' April 1994 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura mill-Kolombja (9). |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/323/KE tad-19 ta' Mejju 1994 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw mis-Singapor (10). |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/324/KE tad-19 ta' Mejju 1994 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta' prodotti ta' sajd u akwakultura li ġejjin mill-Indoneżja (11). |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/325/KE tad-19 ta' Mejju 1994 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u ta' akwakultura li joriġinaw mit-Tajlandja (12). |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/448/KE ta' l-20 ta' Ġunju 1994 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura li joriġinaw fi New Zealand (13). |
|
(12) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/766/KE tal-21 ta' November 1994 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw fit-Tajwan (14). |
|
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/30/KE ta' l-10 ta' Frar 1995 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u ta' l-akwakoltura li joriġinaw mill-Marokk (15). |
|
(14) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/90/KE tas-17 ta' Marzu 1995 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u l-akwakoltura li joriġinaw fl-Albanija (16). |
|
(15) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/173/KE tas-7 ta' Marzu 1995 li tippreskrivi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw mill-Perù (17). |
|
(16) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/190/KE tas-17 ta' Mejju 1995 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akwakoltura li ġejjin mill-Filippini (18). |
|
(17) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/454/KE tat-23 ta' Ottubru 1995 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u ta' akwakultura li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (19). |
|
(18) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/538/KE tas-6 ta' Diċembru 1995 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw fil-Ġappun (20). |
|
(19) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/355/KE tat-30 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw fis-Senegal (21). |
|
(20) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/356/KE tat-30 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw fil-Gambja (22). |
|
(21) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/425/KE tat-28 ta' Ġunju 1996 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u ta' akwakultura li joriġinaw mill-Mawritanja (23). |
|
(22) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/606/KE tal-11 ta' Ottubru 1996 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u ta' akwakultura li joriġinaw mill-Urugwaj (24). |
|
(23) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/607/KE tal-11 ta' Ottubru 1996 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw mill-Affrika t'Isfel (25). |
|
(24) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/608/KE tal-11 ta' Ottubru 1996 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw mill-Malasja (26). |
|
(25) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/609/KE ta' l-14 ta' Ottubru 1996 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u akwakultura li ġejjin mill-Kosta' ta' l-Ivorju (27). |
|
(26) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/102/KE tas-16 ta' Jannar 1997 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jiggvernaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw fir-Russja (28). |
|
(27) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/426/KE tal-25 ta' Ġunju 1997 li tistipula kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-Sajd u akwakultura li joriġinaw fl-Awstralja (29). |
|
(28) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/757/KE tas-6 ta' Novembru 1997 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw fil-Madagaskar (30). |
|
(29) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/876/KE tat-23 ta' Diċembru 1997 li tistipula l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw fl-Indja (31). |
|
(30) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/147/KE tat-13 ta' Frar 1998 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-Sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw fil-Bangladesh (32). |
|
(31) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/420/KE tat-30 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw fin-Niġerja (33). |
|
(32) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/421/KE tat-30 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw fil-Ghana (34). |
|
(33) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/422/KE tat-30 ta' Ġunju 1998 rigward il-kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw fit-Tanzanija (35). |
|
(34) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/423/KE tat-30 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-prodotti ta' l-akwakultura li joriġinaw fil-Gżejjer tal-Falkland (36). |
|
(35) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/424/KE tat-30 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw fil-Maldive (37). |
|
(36) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/568/KE tas-6 ta' Ottubru 1998 li tistabilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw mill-Gwatemala (38). |
|
(37) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/570/KE tas-7 ta' Ottubru 1998 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw mit-Tuneżija (39). |
|
(38) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/572/KE tat-12 ta' Ottubru 1998 li tippreskrivi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw minn Kuba (40). |
|
(39) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/695/KE ta' l-24 ta' Novembru 1998 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti mis-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw mill-Messiku (41). |
|
(40) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/245/KE tas-26 ta' Marzu 1999 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw fis-Seychelles (42). |
|
(41) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/276/KE tat-23 t'April 1999 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw mill-Mauritius (43). |
|
(42) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/526/KE ta' l-14 ta' Lulju 1999 li tistipula kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw fil-Panama (44). |
|
(43) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/527/KE ta' l-14 ta' Lulju 1999 li tistipula kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjoni ta' ħut u prodotti ta' akwakultura li joriġinaw fl-Oman (45). |
|
(44) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/528/KE ta' l-14 ta' Lulju 1999 li tistipula kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u prodotti ta' akwakultura li joriġinaw fil-Jemen (46). |
|
(45) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/813/KE tas-16 ta' Novembru 1999 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' l-prodotti tal-ħut li joriġinaw fir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (47). |
|
(46) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/83/KE tal-21 ta' Diċembru 1999 li tistipula kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u agrikoltura li joriġinaw fil-Pakistan (48). |
|
(47) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/86/KE tal-21 ta' Diċembru 1999 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjoni ta' prodotti tal-ħut fiċ-Ċina u d-Deċiżjoni revokanti 97/368/KE (49). |
|
(48) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/672/KE ta' l-20 ta' Ottubru 2000 mniżżlin kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet fuq prodotti tas-sajd li joriġinaw ġo Venezuela (50). |
|
(49) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/673/KE ta' l-20 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw min-Namibja (51). |
|
(50) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/675/KE ta' l-20 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw mir-Repubblika Islamika ta' l-Iran (52). |
|
(51) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/36/KE tat-22 ta' Diċembru 2000 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta' prodotti tal-ħut li joriġinaw mill-Ġamajka (53). |
|
(52) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/632/KE tas-16 t'Awissu 2001 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' prodotti tal-ħut li joriġinaw fin-Nikaragwa (54). |
|
(53) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/633/KE tas-16 t'Awissu 2001 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Uganda (55). |
|
(54) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/634/KE tas-16 t'Awissu 2001 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' prodotti tal-ħut li joriġinaw jew joħorġu mill-Guinea (56). |
|
(55) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/25/KE tal-11 ta' Jannar 2002 li twaqqaf kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-pixkeriji li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja (57). |
|
(56) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/26/KE tal-11 ta' Jannar 2002 li twaqqaf kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-pixkeriji li joriġinaw mir-Repubblika tal-Gabon (58). |
|
(57) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/27/KE tal-11 ta' Jannar 2002 dwar il-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw fir-Repubblika tat-Turkija (59). |
|
(58) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/472/KE ta' l-20 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' prodotti tal-ħut mir-Repubblika tal-Bulgarija (60). |
|
(59) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/854/KE tad-29 ta' Ottubru 2002 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' prodotti ta' l-industrija tas-sajd mill-Kosta Rika (61). |
|
(60) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/855/KE tad-29 ta' Ottubru 2002 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' prodotti ta' l-industrija tas-sajd minn New Caledonia (62). |
|
(61) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/856/KE tad-29 ta' Ottubru 2002 li tispeċifika kondizzjonijiet speċifiċi għal importazzjoni ta' prodotti tal-ħut minn Greenland (63). |
|
(62) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/857/KE tad-29 ta' Ottubru 2002 li tniżżel kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd minn Suriname (64). |
|
(63) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/858/KE tad-29 ta' Ottubru 2002 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' prodotti ta' l-industrija tas-sajd u trobbija tal-ħut minn Mozambique (65). |
|
(64) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/859/KE tad-29 ta' Ottubru 2002 li tistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd minn Papua New Guinea (66). |
|
(65) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/860/KE tad-29 ta' Ottubru 2002 li tippreskrivi kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' prodotti ta' l-industrija tas-sajd mill-Iżvizzera (67). |
|
(66) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/861/KE tad-29 ta' Ottubru 2002 li tippreskrivi kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' prodotti ta' l-industrija tas-sajd mill-Ħonduras (68). |
|
(67) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/862/KE tad-29 ta' Ottubru 2002 li tippreskrivi kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' prodotti ta' l-industrija tas-sajd mill-Kazakhstan (69). |
|
(68) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/302/KE tal-25 t'April 2003 li tistipula l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd mis-Sri Lanka (70). |
|
(69) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/608/KE tat-18 t'Awissu 2003 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd minn Mayotte (71). |
|
(70) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/609/KE tat-18 t'Awissu 2003 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd minn Saint Pierre et Miquelon (72). |
|
(71) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/759/KE tal-15 ta' Ottubru 2003 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd minn Belize (73). |
|
(72) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/760/KE tal-15 ta' Ottubru 2003 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mill-Polinesja Franċiża (74). |
|
(73) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/761/KE tal-15 ta' Ottubru 2003 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mill-Emirati Għarab Magħquda (75). |
|
(74) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/762/KE tal-15 ta' Ottubru 2003 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mill-Antilli Olandiżi (76). |
|
(75) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/763/KE tal-15 ta' Ottubru 2003 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd minn Kap Verde (77). |
|
(76) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/37/KE tat-23 ta' Diċembru 2003 li tniżżel kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta' prodotti mis-sajd mis-Serbja u Montenegro (78). |
|
(77) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/38/KE tat-23 ta' Diċembru 2003 li tniżżel kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta' prodotti mis-sajd mill-Eġittu (79). |
|
(78) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/39/KE tat-23 ta' Diċembru 2003 li tniżżel kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti mis-sajd mill-Kenya, u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/759/KE (80). |
|
(79) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/40/KE tat-23 ta' Diċembru 2003 li tniżżel kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti mis-sajd mill-Gujana (81). |
|
(80) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/360/KE tat-13 t'April 2004 dwar kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd miż-Żimbabwe (82). |
|
(81) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/361/KE tat-13 t'April 2004 li tistipula kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mir-Rumanija (83). |
|
(82) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/72/KE tat-28 ta' Jannar 2005 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għal importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd minn Antigua and Barbuda (84). |
|
(83) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/73/KE tat-28 ta' Jannar 2005 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għal importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd minn Hong Kong (85). |
|
(84) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/74/KE tat-28 ta' Jannar 2005 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għal importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd minn El Salvador (86). |
|
(85) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/218/KE tal-11 ta' Marzu 2005 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mill-Għarabja Sawdita (87). |
|
(86) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/498/KE tat-12 ta' Lulju 2005 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għal importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd mill-Alġerija (88). |
|
(87) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/499/KE tat-12 ta' Lulju 2005 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għal importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd mill-Bahamas (89). |
|
(88) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/500/KE tat-12 ta' Lulju 2005 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għal importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd minn Grenada (90). |
4.
Id-Deċiżjonijiet li jistabbilixxu kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini:|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/387/KEE tas-7 ta' Ġunju 1993 li tqiegħed kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar li joriġinaw fil-Marokk (91). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/777/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' molluski marini ħajjin, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini li joriġinaw mit-Turkija (92). |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/453/KE tat-23 ta' Ottubru 1995 li tniżżel kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea (93). |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/675/KE tal-25 ta' Novembru 1996 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini ħajjin li joriġinaw fiċ-Ċilì (94). |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/427/KE tal-25 ta' Ġunju 1997 li tistipula kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' molluski bivalvoli ħajjin, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini li joriġinaw fl-Awstralja (95). |
|
(6) |
97/562/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 1997 li tfassal kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' molluski b'żewġ valvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar li joriġinaw fit-Tajlandja (96). |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/569/KE tas-6 ta' Ottubru 1998 li tippreskrivi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin li joriġinaw mit-Tuneżija (97). |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/333/KE tal-25 t'April 2000 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini li joriġinaw fir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (98). |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/37/KE tat-22 ta' Diċembru 2000 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' gastropodi tal-baħar li joriġinaw mill-Ġamajka (99). |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/19/KE tal-11 ta' Jannar 2002 li tniżżel kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni tal-molluski bivalvi, ekinodermi, tunikat u gasteropodi tal-baħar li joriġinaw mill-Urugwaj (100). |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/470/KE ta' l-20 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' molluski bivalvoli, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini proċessati jew iffriżati mill-Ġappun (101). |
|
(12) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/30/KE tat-23 ta' Diċembru 2003 li tniżżel kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' molluski bivalvi pproċessati u ħajjin, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini mill-Peru u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2001/338/KE u 95/174/KE (102). |
(1) ĠU L 093, 13.4.1991, p. 1.
(2) ĠU L 006, 11.1.2000, p. 60.
(3) ĠU L 202, 12.8.1993, p. 31.
(4) ĠU L 202, 12.8.1993, p. 42.
(5) ĠU L 232, 15.9.1993, p. 37.
(6) ĠU L 232, 15.9.1993,p. 43.
(7) ĠU L 093, 12.4.1994, p. 26.
(8) ĠU L 093, 12.4.1994, p. 34.
(9) ĠU L 115, 6.5.1994, p. 38.
(10) ĠU L 145, 10.6.1994, p. 19.
(11) ĠU L 145, 10.6.1994, p. 23.
(12) ĠU L 145, 10.6.1994, p. 30.
(13) ĠU L 184, 20.7.1994, p. 16.
(14) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 31.
(15) ĠU L 42, 24.2.1995, p. 32. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 48, 3.3.1995.
(16) ĠU L 70, 30.3.1995, p. 27.
(17) ĠU L 116, 23.5.1995, p. 41.
(18) ĠU L 123, 3.06.1995, p. 20.
(19) ĠU L 264, 7.11.1995, p. 37.
(20) ĠU L 304, 16.12.1995, p. 52.
(21) ĠU L 137, 8.6.1996, p. 24.
(22) ĠU L 137, 8.6.1996, p. 31.
(23) ĠU L 175, 13.7.1996, p. 27.
(24) ĠU L 269, 22.10.1996, p. 18.
(25) ĠU L 269, 22.10.1996, p. 23.
(26) ĠU L 269, 22.10.1996, p. 32.
(27) ĠU L 269, 22.10.1996, p. 37.
(28) ĠU L 035, 5.2.1997, p. 23.
(29) ĠU L 183, 11.7.1997, p. 21.
(30) ĠU L 307, 12.11.1997, p. 33.
(31) ĠU L 356, 31.12.1997, p. 57.
(32) ĠU L 046, 17.2.1998, p. 13.
(33) ĠU L 190, 4.7.1998, p. 59.
(34) ĠU L 190, 4.7.1998, p. 66.
(35) ĠU L 190, 4.7.1998, p. 71.
(36) ĠU L 190, 4.7.1998, p. 76.
(37) ĠU L 190, 4.7.1998, p. 81.
(38) ĠU L 277, 14.10.1998, p. 26. Aġġustata permezz ta' ĠU L 325, 3.12.1998.
(39) ĠU L 277, 14.10.1998, p. 36.
(40) ĠU L 277, 14.10.1998, p. 44.
(41) ĠU L 33, 8.12.1998, p. 9.
(42) ĠU L 091, 7.4.1999, p. 40.
(43) ĠU L 108, 27.4.1999, p. 52.
(44) ĠU L 203, 3.8.1999, p. 58.
(45) ĠU L 203, 3.8.1999, p. 63.
(46) ĠU L 203, 3.8.1999, p. 68.
(47) ĠU L 315, 9.12.1999, p. 39.
(48) ĠU L 26, 2.2.2000, p. 13.
(49) ĠU L 26, 2.2.2000, p. 26.
(50) ĠU L 280, 4.11.2000, p. 46.
(51) ĠU L 280, 4.11.2000, p. 52.
(52) ĠU L 280, 4.11.2000, p. 63.
(53) ĠU L 10, 13.1.2001, p. 59.
(54) ĠU L 221, 17.8.2001, p. 40.
(55) ĠU L 221, 17.8.2001, p. 45.
(56) ĠU L 221, 17.8.2001, p. 50.
(57) ĠU L 11, 15.1.2002, p. 25.
(58) ĠU L 11, 15.1.2002, p. 31.
(59) ĠU L 11, 15.1.2002, p. 36.
(60) ĠU L 163, 21.6.2002, p. 24.
(61) ĠU L 301, 5.11.2002, p. 1.
(62) ĠU L 301, 5.11.2002, p. 6.
(63) ĠU L 301, 5.11.2002, p. 11.
(64) ĠU L 301, 5.11.2002, p. 19.
(65) ĠU L 301, 5.11.2002, p. 24.
(66) ĠU L 301, 5.11.2002, p. 33.
(67) ĠU L 301, 5.11.2002, p. 38.
(68) ĠU L 301, 5.11.2002, p. 43.
(69) ĠU L 301, 5.11.2002, p. 48.
(70) ĠU L 110, 3.5.2003, p. 6.
(71) ĠU L 210, 20.8.2003, p. 25.
(72) ĠU L 210, 20.8.2003, p. 30.
(73) ĠU L 273, 24.10.2003, p. 18.
(74) ĠU L 273, 24.10.2003, p. 23.
(75) ĠU L 273, 24.10.2003, p. 28.
(76) ĠU L 273, 24.10.2003, p. 33.
(77) ĠU L 273, 24.10.2003, p. 38.
(78) ĠU L 8, 14.1.2004, p. 12.
(79) ĠU L 8, 14.1.2004, p. 17.
(80) ĠU L 8, 14.1.2004, p. 22.
(81) ĠU L 8, 14.1.2004, p. 27.
(82) ĠU L 113, 20.4.2004, p. 48.
(83) ĠU L 113, 20.4.2004, p. 54.
(84) ĠU L 28, 1.2.2005, p. 45.
(85) ĠU L 28, 1.2.2005, p. 54.
(86) ĠU L 28, 1.2.2005, p. 59.
(87) ĠU L 69, 16.3.2005, p. 50.
(88) ĠU L 183, 14.7.2005, p. 92.
(89) ĠU L 183, 14.7.2005, p. 99.
(90) ĠU L 183, 14.7.2005, p. 104.
(91) ĠU L 166, 8.7.1993, p. 40. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 96/31/KE.
(92) ĠU L 312, 6.12.1994, p. 35.
(93) ĠU L 264, 7.11.1995, p. 35. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2001/676/KE.
(94) ĠU L 313, 3.12.1996, p. 38.
(95) ĠU L 183, 11.7.1997, p. 38.
(96) ĠU L 232, 23.8.1997, p. 9.
(97) ĠU L 277, 14.10.1998, p. 31. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2002/818/KE.
(98) ĠU L 114, 13.5.2000, p. 42.
(99) ĠU L 10, 13.1.2001, p. 64.
(100) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 73.