|
18.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1663/2006
tas-6 ta' Novembru 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), imiss lill-operaturi tan-negozju ta' l-ikel biex ineħħu t-tunsilli wara l-ispezzjoni post mortem. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jippreskrivi rekwiżiti għall-produzzjoni tal-kolostru. Għalhekk għandu jkun suġġett għal kontrolli uffiċjali. |
|
(3) |
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistabbilixxi prinċipji ġenerali li jridu jiġu segwiti għaċ-ċertifikati li jakkumpanjaw l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali minn pajjiżi terzi. B'mod partikolari, jeħtieġ li ċ-ċertifikati jitfasslu għall-inqas fil-lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz minn fejn intbagħtu u l-Istat Membru tad-dħul. Minħabba ħafna problemi prattiċi u operazzjonali li diġà tqajmu minn dan ir-rekwiżit doppju, huwa iktar xieraq li dawn ir-rekwiżiti jiġu llimitati għall-prinċipju bażiku ta' obbligazzjoni li jitfasslu ċertifikati għall-inqas fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru tad-dħul. Madankollu, minħabba l-interess tiegħu f'ċerti sitwazzjonijiet, għandha tinżamm bħala possibilità, magħduda mal-prinċipju msemmi hawn fuq, dispożizzjoni li tippermetti lill-pajjiż terz juża l-lingwa uffiċjali tiegħu. L-Anness VI għandu jiġi emendat skond dan. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 għandu jiġi emendat skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, IV u VI tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 qegħdin jiġu emendati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' Novembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Ikkoreġuta minn ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ikkoreġuta minn ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2076/2005.
ANNESS
1.
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 qiegħed jiġi emendat kif ġej:|
(a) |
Fit-Taqsima IV, Kapitolu I:
|
|
(b) |
Fit-Taqsima IV, Kapitolu III, Punt 1, titħassar is-sentenza “It-tunsilli għandhom jitneħħew”. |
2.
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 qiegħed jinbidel b’dan li ġej:“ANNESS IV
ĦALIB MHUX MAĦDUM, KOLOSTRU, PRODOTTI TAL-ĦALIB U PRODOTTI BBAŻATI FUQ IL-KOLOSTRU
KAPITOLU I: KONTROLLI TA' AZJENDI LI JIPPRODUĊU L-ĦALIB U L-KOLOSTRU
|
1. |
L-annimali f'azjendi li jipproduċu l-ħalib u l-kolostru għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli uffiċjali biex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tas-saħħa għall-produzzjoni ta' ħalib mhux maħdum u kolostru, u b'mod partikolari l-istat tas-saħħa ta' l-annimali u l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji, ikunu qegħdin jitħarsu.
Dawn il-kontrolli jistgħu jseħħu fil-każ tal-verifiki veterinarji mwettqa skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar is-saħħa pubblika jew ta' l-annimali jew il-benessri ta' l-annimali u għandhom jitwettqu minn veterinarju approvat. |
|
2. |
Jekk ikun hemm raġunijiet għaliex wieħed jissuspetta li r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali ma jkunux qegħdin jitħarsu, l-istat ġenerali tas-saħħa ta' l-annimali għandu jiġi vverifikat. |
|
3. |
L-azjendi li jipproduċu l-ħalib u l-kolostru għandhom jgħaddu minn kontrolli uffiċjali biex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti ta' iġjene jkunu qed jitħarsu. Dawn il-kontrolli uffiċjali jistgħu jinvolvu spezzjonijiet u/jew il-monitoraġġ tal-kontrolli li jwettqu organizzazzjonijiet professjonali. Jekk jintwera li l-iġjene ma tkunx adegwata, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li jittieħdu passi xierqa biex tissewwa din is-sitwazzjoni. |
KAPITOLU II: KONTROLLI TA' AZJENDI LI JIPPRODUĊU L-ĦALIB MHUX MAĦDUM U L-KOLOSTRU MALLI JINĠABAR
|
1. |
Fil-każ ta' ħalib mhux maħdum, l-awtorità kompetenti għandha timmonitorizza l-verifiki mwettqa skond l-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Parti III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004: |
|
2. |
Jekk l-operatur tan-negozju fl-ikel ma jkunx irranġa s-sitwazzjoni fi żmien tliet xhur mill-ewwel notifika lill-awtorità kompetenti bin-nuqqas ta' konformità mal-kriterji fir-rigward tal-plate count u s-somatic cell count, it-twassil tal-ħalib mhux maħdum u l-kolostru mill-azjenda ta' produzzjoni għandu jiġi sospiż jew – skond awtorizzazzjoni speċifika ta', jew struzzjonijiet ġenerali mill-awtorità kompetenti – suġġetti għar-rekwiżiti li jikkonċernaw it-trattament tiegħu u l-użu meħtieġ biex tiġi protetta s-saħħa pubblika. Din is-sospensjoni jew dawn ir-rekwiżit għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm l-operatur tan-negozju fl-ikel ikun ta prova li l-ħalib mhux maħdum u l-kolostru jikkonformaw mill-ġdid mal-kriterji..” |
3.
Fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 punt 2 jinbidel b'dan li ġej:|
“2. |
Iċ-ċertifikati għandhom jitfasslu għall-inqas fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni u f’dawk ta' l-Istat Membru minn fejn issir l-ispezzjoni fil-fruntiera, jew ikun akkumpanjat bi traduzzjoni ċċertifikata f'dik il-lingwa jew lingwi. Madankollu, Stat Membru jista' jagħti l-kunsens tiegħu għall-użu ta’ lingwa Komunitarja uffiċjali minflok tiegħu.” |