|
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
547 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1623/2006
tas-17 ta’ Ottubru 2006
li jħassar ir-Regolament (KE) No 7/2005 li jadotta miżuri awtonomi u transitorji sabiex tinfetaħ kwota tariffarja Komunitarja għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Isvizzera
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004, il-Komunità u l-Isvizzera qablu li jadattaw il-konċessjonijiet tariffarji stabbiliti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar kummerċ fiprodotti agrikoli (1), (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. B’mod partikolari, huma qablu li jemendaw l-Annessi 1 u 2 għall-Ftehim, li elenkaw il-konċessjonijiet sabiex iwessgħu l-kwota tariffarja Komunitarja mingħajr dazzju biex din tkopri prodott ġdid, indivja tat-tip witloof, bil-kodiċi NM 0705 21 00 . |
|
(2) |
Sakemm issir l-emenda formali, il-Komunità u l-Isvizzera qablu li jipprevedu l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet li ġew adattati, mill-1 ta’ Mejju 2004, fuq bażi awtonoma u transitorja. |
|
(3) |
Sabiex jiġi assigurat li l-benefiċċju tal-kwota għall-prodotti bil-kodiċi NM 0705 21 00 ikun disponibbli mill-1 ta’ Mejju 2004, ġiet prevista, għall-perijodu transitorju, kwota tariffarja Komunitarja awtonoma u ġdida limitata għal dawk il-prodotti, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 7/2005 tat-13 ta’ Diċembru 2004 li jadotta miżuri awtonomi u transitorji sabiex tinfetaħ kwota tariffarja Komunitarja għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Isvizzera (2). |
|
(4) |
L-Anness 2 għall-Ftehim, kif addattat bid-Deċiżjoni Nru 3/2005 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura, imwaqqaf permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tad-19 ta’ Diċembru 2005 dwar l-adattament, wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea, ta’ l-Annessi 1 u 2 (3), jistabbilixxi kwoti tariffarji mwessgħin sabiex ikopru l-prodotti tal-kodiċi NM 0705 21 00 . |
|
(5) |
L-Anness 2 tal-Ftehim huwa implimentat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1630/2006 tal-31 ta’ Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 933/2002 li jibda u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Isvizzera (4) b’effett mill-1 ta’ Settembru 2006. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 7/2005 għalhekk għandu jiġi mħassar b’effett mill-istess data, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 7/2005 qiegħed jiġi mħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2006.
Dan ir-Regolament huwa vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 17 ta’ Ottubru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
E. TUOMIOJA
(1) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.