|
1.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
116 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1591/2006
ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 51/2006 fir-rigward ta' dispożizzjonijiet dwar bastimenti li jwettqu sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat fl-Atlantiku tal-Grigal
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 51/2006 (2) li jistabbilixxi għall-2006 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet marbuta ma' certi stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, ghall-bastimenti tal-Komunità, fl-ilmijiet fejn huma meħtiega l-limitazzjonijiet tal-qbid. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni tas-Sajd ta' l-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) għamlet rakkomandazzjoni fi Frar 2004 fir-rigward ta' bastimenti li wettqu sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat (IUU). F'Mejju 2006 in-NEAFC għamlet rakkomandazzjoni sabiex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet fir-rigward tas-sajd IUU, fis-sens li l-bastimenti li ġew konfermati li wettqu sajd IUU m'għandhomx jitħallew jidħlu f'port tal-Komunità. L-implimentazzjoni ta' dik ir-rakkomandazzjoni fis-sistema legali Komunitarja għandha tiġi żgurata. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 51/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-punt 13 ta' l-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 51/2006 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“13. Bastimenti li jagħmlu sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat fl-Atlantiku tal-Grigal
|
13.1. |
Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinforma lill-Istati Membri dwar bastimenti li jkunu jtajru bnadar ta' pajjiżi li ma jkunux Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali Futura fiż-Żoni tas-Sajd ta' l-Atlantiku tal-Grigal (il-Konvenzjoni) li jkunu ġew avvistati jwettqu attivitajiet ta' sajd fiż-Żona Regolatorja tal-Konvenzjoni u li jkunu tniżżlu mill-Kummissjoni tas-Sajd ta' l-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) fuq lista provviżorja ta' bastimenti preżunti li jkunu qegħdin jimminaw ir-Rakkomandazzjonijiet stabbiliti taħt l-Konvenzjoni. Il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw għal dawn il-bastimenti:
|
|
13.2. |
Il-bastimenti li jkunu tniżżlu mill-Kummissjoni tas-Sajd ta' l-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) fuq lista ta' bastimenti konfermati li wettqu sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat (bastimenti IUU) huma elenkati fl-Appendiċi 4. Addizzjonalment għall-miżuri msemmija fil-punt 13.1, il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw għal dawn il-bastimenti:
|
|
13.3. |
Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista ta' bastimenti IUU sabiex tkun konformi mal-lista IUU tan-NEAFC malli n-NEAFC tadotta lista IUU ġdida.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 24 ta’ Ottubru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KORKEAOJA