1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

35


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1532/2006

tat-12 ta’ Ottubru 2006

dwar il-kondizzjonijiet għal ċerti kwoti ta' importazzjoni ta' ċanga ta' kwalità għolja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Huwa kunsiljabbli li jiġu adottati miżuri li jiżguraw il-konformità mal-kundizzjonijiet għal ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċanga ta' kwalità għolja.

(2)

Ġiet skoperta, minn diskussjonijiet mal-pajjiżi li jesportaw ċanga ta' kwalità għolja fi ħdan il-kwoti tariffarji KE-WTO ta' 11 000 t, 5 000 t u 4 000 t rispettivament, il-ħtieġa li jiġu adattati aħjar il-kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni għal dawn il-kwoti.

(3)

Sabiex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni, huwa kunsiljabbli li jiġu allokati l-kwoti tariffarji relevanti li għalihom l-Arġentina, il-Brażil u l-Urugwaj huma l-fornituri uniċi għall-pajjiż rispettiv.

(4)

Sussegwentement, il-Kummissjoni għandha tadotta definizzjonijiet li jkunu jistgħu jiġu aċċertati minn awdituri u vverifikati aktar faċilment skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 32 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella sabiex tippermetti l-verifika u l-aċċertament minn awdituri ex post tal-konformità mad-definizzjoni, mingħajr ma jinbidlu l-kundizzjonjiet bażiċi ta' l-importazzjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kundizzjonijiet għall-kwoti tariffarji KE-WTO ta' 11 000 t, 5 000 t u 4 000 t rispettivament għal-importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċanga ta' kwalità għolja tal-kodiċijiet NM 0201 30 00, 0202 30 90, 0206 10 95 u 0206 29 91 għandhom japplikaw kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 12 ta’ Ottubru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

S. HUOVINEN


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodott

Numri tariffarji

Kwota u r-rata fi ħdan il-kwota

Termini u kundizzjonijiet oħra

Laħam ta' kwalità għolja mingħajr għadam ta' l-annimali bovini, frisk jew imkessaħ

ex 0201 30 00

11 000  t

20  %

Laħam “ta' kwalità għolja” ta' l-annimali bovini, frisk jew imkessaħ, pajjiż fornitur: l-Arġentina

Interjuri li jittieklu ta' l-annimali bovini: falda ħoxna u falda rqiqa, friska jew imkessħa

ex 0206 10 95

 

L-eliġibbiltà għall-kwota hija suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonjiet Komunitarji relevanti

Laħam ta' kwalità għolja mingħajr għadam ta' l-annimali bovini, frisk jew imkessaħ

ex 0201 30 00

5 000  t

20  %

Laħam “ta' kwalità għolja” ta' l-annimali bovini, frisk jew imkessaħ, pajjiż fornitur: il-Brażil

Laħam ta' kwalità għolja mingħajr għadam ta' l-annimali bovini, tal-friża:

 

 

L-eliġibbiltà għall-kwota hija suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonjiet Komunitarji relevanti

Oħra

ex 0202 30 90

 

 

Interjuri li jittieklu ta' l-annimali bovini:

 

 

 

Falda ħoxna u falda rqiqa, friska jew imkessħa

ex 0206 10 95

 

 

Falda ħoxna u falda rqiqa, tal-friża

ex 0206 29 91

 

 

Laħam ta' kwalità għolja mingħajr għadam ta' l-annimali bovini, frisk jew imkessaħ

ex 0201 30 00

4 000  t

20  %

Laħam “ta' kwalità għolja” ta' l-annimali bovini, frisk jew imkessaħ, pajjiż fornitur: l-Urugwaj

Laħam ta' kwalità għolja mingħajr għadam ta' l-annimali bovini, tal-friża:

 

 

L-eliġibbiltà għall-kwota hija suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonjiet Komunitarji relevanti

Oħra

ex 0202 30 90

 

 

Interjuri li jittieklu ta' l-annimali bovini:

 

 

 

Falda ħoxna u falda rqiqa, friska jew imkessħa

ex 0206 10 95

 

 

Falda ħoxna u falda rqiqa, tal-friża

ex 0206 29 91