|
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
245 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1445/2006
tad-29 ta' Settembru 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv fl-għalf “Bacillus cereus var. toyoi”, li jifforma parti mill-grupp ta' mikro-organiżmi.
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Il-preparazzjoni Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), li tifforma parti mill-grupp ta’ mikro-organiżmi, kienet awtorizzata skond id-Direttiva 70/524/KEE (2) mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u għall-fniek għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (3). Dan l-addittiv sussegwentement iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-Addittivi ta’ l-Għalf bħala prodott eżistenti, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għal emenda ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ din il-preparazzjoni biex tiġi permessa f’għalf li jkun fih il-coccidiostats li ġejjin: diclazuril (Clinacox 0.5 % u Clinacox 0,2 %), narasin-nicarbazina (Maxiban G160) u maduramicin ammonium (Cygro 1 %) għat-tiġieġ għat-tismin. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u mid-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni tagħha tal-5 ta’ Novembru 2005 kkonkludiet li l-kompatibilità ta’ l-addittiv Bacillus var. Toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bid-diclazuril (Clinacox 0,5 % u Clinacox 0,2 %), narasin-nicarbazina (Maxiban G160) u maduramicin ammonium (Cygro 1 %) ġiet stabbilita (4). L-opinjoni ta’ l-Awtorità tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv ta’ l-għalf, f’għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew sodisfatti. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1200/2005 għandu għalhekk jiġi emendat. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1200/2005 qed ikun emendat fi qbil ma' l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta' Settembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(2) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Direttiva kif imħassra bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(3) ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.
(4) Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Additivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar il-modifika tat-termini ta’ awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) (Toyocerin®) awtorizzat bħala addivit fl-għalf skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE. Adottata fit-30 ta' Novembru 2005. Il-Ġurnal EFSA (2005) 288, p. 1-7.
ANNESS
Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1200/2005 l-annotazzjoni għal E 1701, Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), hija mibdula b’li ġej:
|
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut massimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|
CFU/kg ta' għalfsħiħ |
||||||||
|
Mikro-organiżmi |
||||||||
|
“E 1701 |
Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I -1012 |
Preparazzjoni għall-Bacillus cereus var. toyoi li fiha minimu ta’: 1 × 1010 CFU/g addittiv |
Fniek għat-tismin |
— |
0,1 × 109 |
5 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlit preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting. Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih il-coccidiostats permessi: robenidine, salinomycin sodium. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|
Tiġieġ għat-tismin |
— |
0,2 × 109 |
1 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlit preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting. Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih il-coccidiostats permessi: monensin sodium, lasalocid sodium, salinomycin sodium, decoquinate, robenidine, narasin, halofuginone, diclazuril, narasin/nicarbazin, maduramicin ammonium. |
Mingħajr limitu ta’ żmien” |
|||