1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

206


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1350/2006

tat-13 ta' Settembru 2006

li jimponi dazju proviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tat-tungstenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 8, 9, 11(2) u 11(3) tiegħu,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Il-bidu

(1)

Fl-4 ta’ Novembru 2005, il-Kummissjoni rċeviet ilment li tressaq skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) minn Eurometaux (‘il-kwerelant’) f’isem produttur li jirrappreżenta proporzjon kbir, f’dan il-każ iktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ ċerti elettrodi tat-tungstenu.

(2)

Dan l-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping ta’ ċerti elettrodi tat-tungstenu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“PRC”) u ta’ ћsara materjali li qed tirriżulta minnu, u din tqieset bћala suffiċjenti biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment.

(3)

Fis-17 ta’ Diċembru 2005, il-proċediment ingћata bidu bil-pubblikazzjoni ta’ avviż tal-bidu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

2.   Il-partijiet ikkonċernati bil-proċediment

(4)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, lill-produttur l-ieћor tal-Komunità, lill-produtturi li jesportaw, lill-importaturi, lill-utenti magћrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tal-PRC dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngћataw l-opportunità biex jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u biex jitolbu smigћ fit-terminu stabbilit fl-avviż tal-bidu.

(5)

Il-produttur kwerelant, il-produttur l-ieћor tal-Komunità, il-produtturi li jesportaw, l-importaturi u assoċjazzjoni ta’ l-esportaturi gћamlu l-ideat tagћhom magћrufa. Il-partijiet interessati kollha, li gћamlu din it-talba u li urew li kien hemm raġunijiet partikolari gћaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw smigћ.

(6)

Sabiex il-produtturi li jesportaw fil-PRC, jekk ikunu jixtiequ dan, jitћallew iressqu talba gћal trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET”) jew għal trattament individwali (“TI”), il-Kummissjoni bagћtet formoli b’talbiet lill-produtturi Ċiniżi li jesportaw u li kien magћruf li huma kkonċernati. Żewġ kumpaniji għamlu talbiet gћall-MET skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jew gћat-TI f’każ li l-istħarriġ jistabbilixxi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet gћall-MET. Żewġ kumpaniji oћra talbu għal TI biss.

(7)

Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat li f’dan l-istħarriġ l-esportaturi/produtturi fil-PRC setgћu jintużaw bћala kampjun. 11-il kumpanija urew ir-rieda tagћhom li jiġu inklużi fil-kampjun. Madankollu, minћabba l-fatt li erba’ kumpaniji biss talbu gћal MET jew gћal TI, ġie deċiż li t-teћid ta’ kampjun ma kienx meћtieġ.

(8)

Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magћruf li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oћra kollha li ppreżentaw ruћhom fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fl-avviż tal-bidu. Waslu tweġibiet mingћand produttur wieћed tal-Komunità, minn tliet importaturi mhux relatati, minn erba’ produtturi li jesportaw fil-PRC, minn 13-il kumpanija relatata fil-Komunità u minn produttur wieћed fil-pajjiż analogu, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (“USA”).

(9)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja gћall-fini tad-determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, tal-ћsara li rriżultat kif ukoll ta’ l-interess tal-Komunità, u gћamlet żjarat ta’ verifika fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Il-produttur tal-Komunità

Plansee Metall GmbH, Reutte, l-Awstrija

(b)

Il-produtturi li jesportaw fil-PRC

Shandong Weldstone Tungsten Industry Co. Ltd., Zibo

Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co. Ltd., Baoji

Beijing Advanced Metal Materials Co. Ltd, Beijing

Beijing Tungsten & Molybdenum Material Factory, Beijing

(c)

Il-kumpaniji relatati fil-PRC

Weldstone (Shanghai) Industrial Products Co. Ltd., Shanghai

Beijing Advanced Materials Co. Ltd, Beijing

Beijing General Mining & Metallurgical Corporation, Beijing

(d)

Il-kumpaniji relatati fil-Komunità

Weldstone GmbH, Wilnsdorf, il-Ġermanja

Alexander Binzel Schweisstechnik GmbH & Co. KG, Buseck, il-Ġermanja

Binzel Benelux B.V.B.A., Gent, il-Belġju

Binzel France S.A.R.L., Strasbourg, Franza

Alexander Binzel (UK) Ltd., Warrington, ir-Renju Unit

(10)

Minћabba l-ћtieġa li jiġi stabbilit valur normali gћall-produtturi li jesportaw fil-PRC li jista’ ma jingћatalhomx MET, saret verifika fil-bini tal-kumpanija li ġejja sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-data tal-pajjiż analogu, f’dan il-każ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika:

Il-produttur fil-pajjiż analogu, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Osram Sylvania, Towanda

3.   Il-perjodu ta’ sħtarriġ

(11)

L-istħarriġ tad-dumping u tal-ћsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2005 (“il-perjodu ta’ l-istħarriġ” jew “PI”). L-eżaminazzjoni tat-tendenzi gћall-valutazzjoni tal-ћsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2001 sat-tmiem tal-perjodu ta’ l-istħarriġ (“il-perjodu kkunsidrat”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(12)

Il-prodott ikkonċernat huma ċerti elettrodi tat-tungstenu (“ET”), inklużi strixxi u vireg tat-tungstenu, gћajr dawk miksuba sempliċement bit-tagћqid permezz tas-sћana, kemm jekk ikunu maqtugћa gћall-qies u kemm jekk le. Il-prodott normalment jiġi kklassifikat taћt il-kodiċijiet NM ex 8101 95 00 u ex 8515 90 90.

(13)

Il-prodott ikkonċernat jintuża fl-iwweldjar u fi proċessi simili, inkluż fix-shielded arc welding bil-gass inerti tat-tungstenu (tungsten inert gas shielded arc welding), fl-iwweldjar u fit-tqattigћ bil-plasma arc u fl-isprejjar f’temperaturi gћoljin. L-ET jintużaw f’varjetà kbira ta’ setturi industrijali bћalma huma l-kostruzzjoni, il-bini tal-vapuri, il-manifattura tal-karozzi, l-inġinerija tal-baћar, l-inġinerija kimika u f’dik nukleari, it-teknoloġija ta’ l-avjazzjoni kif ukoll il-linji ta’ pajpijiet taż-żejt u tal-gass. Fuq il-bażi tal-karatteristiċi fiżiċi u tas-sostitwibilità tat-tipi differenti tal-prodott mill-perspettiva ta’ l-utent, gћall-iskop ta’ dan il-proċediment l-ET kollha se jkollhom jitqiesu li jifformaw prodott wieћed.

2.   Il-prodott simili

(14)

L-istħarriġ wriet li l-karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u tekniċi ta’ l-ET li ġew manifatturati u li nbiegћu mill-industrija tal-Komunità fil-Komunità, ta’ l-ET li ġew manifatturati u li nbiegћu fis-suq domestiku Ċiniż, ta’ l-ET li ġew impurtati fil-Komunità mill-PRC, kif ukoll ta’ dawk li ġew manifatturati u li nbiegћu fl-Istati Uniti huma l-istess u li dawn il-prodotti gћandhom l-istess użu.

(15)

Gћalhekk, ġie konkluż b’mod provviżorju li fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku dawn il-prodotti huma simili.

C.   ID-DUMPING

1.   It-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET”)

(16)

Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-istħarriġiet ta’ anti-dumping dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-PRC, il-valur normali gћal dawk il-produtturi li nstabu li qed jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku gћandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-imsemmi Artikolu.

(17)

Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, il-kriterji tal-MET qed jiġu ppreżentati hawn taћt f’forma mqassra:

(1)

Id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni gћas-sinjali tas-suq u mingћajr indћil sinifikanti mill-Istat;

(2)

L-intrapriżi jkollhom sett wieћed ċar ta’ rekords ta’ kontabilità bażika li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skond standards internazzjonali ta’ kontabilità, u li dawn jiġu applikati gћall-gћanijiet kollha;

(3)

Ma jkun hemm l-ebda tagћwiġ sinifikanti li jkun miġjub mis-sistema preċedenti ta’ l-ekonomija mhux tas-suq;

(4)

Il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u stabbiltà legali;

(5)

Il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skond ir-rati tas-suq.

(18)

Żewġ produtturi li jesportaw fil-PRC talbu għal MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formola tat-talba gћall-MET gћall-produtturi esportaturi fi żmien l-iskadenzi stabbiliti. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat fl-uffiċċji ta’ dawn il-kumpaniji l-informazzjoni kollha meћtieġa li ġiet sottomessa fl-applikazzjonijiet tagћhom gћall-MET, skond kif kien meћtieġ.

(19)

L-istħarriġ kixef li gћal kumpanija waћda t-talba gћall-MET kellha tiġi miċћuda. Id-determinazzjoni tal-kumpanija għal kull wieћed mill-ћames kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku wriet li l-kumpanija ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti tat-tieni kriterju msemmi hawn fuq. Il-kontijiet tal-kumpanija ma kinux jirriflettu s-sitwazzjoni finanzjarja reali, peress li ċerti tranżazzjonijiet kienu ġew irreġistrati fuq il-bażi tad-dovuti waqt li oћrajn ma kinux. Dan, flimkien mal-fatt li l-awdituri tal-kumpanija ma esprimew l-ebda riżerva dwar il-prattika li nstabet, tqies bћala ksur evidenti ta’ l-istandards internazzjonali tal-kontabilità.

(20)

Il-partijiet interessati ngћataw l-opportunità li jikkumentaw fuq is-sejbiet ta’ hawn fuq. Waslu kummenti minn produttur li jesporta li talab l-MET.

(21)

Fuq din il-bażi, il-MET ingћata lil produttur wieћed li jesporta l-ET fil-PRC:

Shandong Weldstone Tungsten Industry Co. Ltd.

2.   It-trattament individwali (“TI”)

(22)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qed jiġi stabbilit dazju mal-pajjiż kollu, jekk hemm, gћal dawk il-pajjiżi li jaqgћu taћt dan l-Artikolu, ћlief gћal dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru, fost l-oћrajn, skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, li l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjonijiet tagћhom kif ukoll il-kondizzjonijiet u t-termini tal-bejgћ huma determinati b’mod ħieles, li r-rati tal-kambju jsiru skond ir-rati tas-suq, u li kwalunkwe ndћil mill-Istat ma jkunx tali li jippermetti l-kontravenzjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi jingћataw rati differenti ta’ dazju.

(23)

Il-produttur li jesporta li ma setax jingћatalu MET talab ukoll gћat-TI f’każ li ma jingћatax MET. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, instab li l-kumpanija ssodisfat ir-rekwiżiti kollha biex tiġi mogћtija t-TI skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(24)

Żewġ produtturi oћrajn li jesportaw, u li m’gћamlux talba gћal MET, talbu gћal TI biss. Iż-żewġ kumpaniji kellhom bejgћ gћand klijenti indipendenti fil-Komunità matul il-PI u kkooperaw fl-istħarriġ. L-istħarriġ kixef li kumpanija waћda ssodisfat ir-rekwiżiti kollha gћat-TI kif stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, filwaqt li l-kumpanija l-oћra ma ssodisfatx it-tielet kriterju gћat-TI, peress li nstab li din hija kumpanija statali kollha kemm hi, u gћalhekk mhix ħielsa li tieћu d-deċiżjonijiet tan-negozju tagћha, inkluż biex tiddetermina l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni mingћajr indћil mill-Istat.

(25)

Gћalhekk ġie konkluż li t-TI gћandu jingћata liż-żewġ produtturi li jesportaw fil-PRC li ġejjin:

Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co. Ltd.

Beijing Advanced Metal Materials Co. Ltd.

3.   Il-valur normali

(a)   Id-determinazzjoni tal-valur normali gћall-produttur li jesporta fil-PRC u li ngћata MET

(26)

Safejn għandha x’taqsam id-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni l-ewwelnett stabbiliet, gћall-produttur li jesporta kkonċernat, jekk il-bejgћ domestiku totali tiegћu ta’ l-ET kienx wieћed rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgћ totali ta’ l-esportazzjonijiet tiegћu lejn il-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgћ domestiku tqies bħala rappreżentattiv meta l-volum tal-bejgћ domestiku totali tal-produttur li jesporta kien mill-inqas 5 % tal-volum tal-bejgћ totali ta’ l-esportazzjonijiet tiegħu lejn il-Komunità.

(27)

Peress li l-bejgћ domestiku ġenerali tal-produttur li jesporta kkonċernat instab li kien wieћed rappreżentattiv, il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ ET li nbiegћu lokalment u li kienu l-istess jew paragunabbli direttament mat-tipi mibjugћa gћall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(28)

Gћal kull wieћed minn dawk it-tipi, ġie stabbilit jekk il-bejgћ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed gћall-gћanijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgћ domestiku ta’ tip partikolari tqies bћala rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum tal-bejgћ domestiku totali ta’ dak it-tip matul il-PI irrappreżenta 5 % jew iktar tal-volum totali ta’ bejgћ tat-tip komparabbli esportat lejn il-Komunità.

(29)

Kien eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott ikkonċernat, mibjugћ lokalment fi kwantitajiet rappreżentattivi, jistax jitqies bћala li kien qed jinbiegћ fl-andament ordinarju tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku, billi jiġi stabbilit il-proporzjon ta’ bejgћ bi qligħ lill-klijenti indipendenti tat-tip ikkonċernat fis-suq domestiku.

(30)

Instab li l-volum tal-bejgћ bi qligħ tat-tipi kollha ta’ ET irrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum totali tal-bejgћ ta’ dawk it-tipi, u gћalhekk ġie kkunsidrat li gћall-prezz domestiku dawk it-tipi nbiegћu fi kwantitajiet insuffiċjenti biex jipprovdu bażi xierqa gћad-determinazzjoni tal-valur normali.

(31)

Gћalhekk, peress li l-prezzijiet domestiċi tat-tipi kollha li nbiegћu mill-produttur li jesporta kkonċernat ma setgћux jintużaw, kellu jintuża valur normali li jiġi mibni.

(32)

Gћalhekk, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali nbena billi ma’ l-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati ġie miżjud ammont raġonevoli għall-ispejjeż ta’ bejgћ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) kif ukoll għall-marġni ta’ qligħ. Gћal dan il-gћan, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-ammont ta’ l-ispejjeż ta’ l-SG&A li sar u l-ammont għall-qligħ li sar mill-produttur li jesporta kkonċernat fis-suq domestiku kinux jiffurmaw data rappreżentattiva.

(33)

L-ammont ta’ nfiq domestiku attwali tas-SG&A tqies bħala kredibbli peress li l-volum ta’ bejgћ domestiku totali tal-kumpanija kkonċernata kien rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum ta’ bejgћ ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Fir-rigward tal-qligħ, l-ebda wieћed mit-tipi esportati tal-prodott ikkonċernat ma nbigћ fis-suq domestiku waqt l-andament ordinarju tal-kummerċ, u l-produttur li jesporta kkonċernat ma jipproduċix prodotti oћrajn gћajr ET. Lanqas ma setgħet tintuża data minn produtturi Ċiniżi oћrajn gћaliex l-ebda produttur ieћor fil-PRC ma kien irċieva MET. Gћalhekk, il-qligћ kellu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. F’dan il-kuntest, qed jiġi nnutat li l-ET jiġu mmanifatturati minn ftit pajjiżi biss. Ma kien hemm l-ebda informazzjoni disponibbli mill-produtturi Ġappuniżi dwar il-prodott ikkonċernat jew dwar prodotti simili, u lanqas ma kien possibbli li tintuża ċ-ċifra korrispondenti tal-produttur ta’ l-Istati Uniti. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe bażi raġonevoli oћra ġie deċiż li jintuża l-marġni ta’ qligħ li kien ġie stabbilit fl-imgћoddi mill-industrija tal-Komunità, qabel ma nћass l-impatt ta’ l-importaturi Ċiniżi fuq is-suq. Inċidentalment, ġie osservat li dan il-qligћ huwa wkoll skond il-qligћ medju tal-prodott ikkonċernat li kien sar minn wieћed mill-produtturi li jesportaw li ngћataw it-TI.

(b)   Id-determinazzjoni tal-valur normali gћall-produtturi li jesportaw fil-PRC u li ma ngћatawx MET

i)   Il-pajjiż analogu

(34)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi li jesportaw u li ma ngћatawx MET, gћandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valur mibni f’pajjiż analogu.

(35)

Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagћha li tuża lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika bћala pajjiż analogu xieraq biex jiġi stabbilit il-valur normali gћall-PRC, u l-partijiet interessati ġew mistiedna biex jikkummentaw dwar dan. Ħadd mill-partijiet interessati ma oġġezzjona gћal din il-proposta.

(36)

Barra mill-KE u mill-PRC, il-prodott ikkonċernat jiġi mmanifatturat biss minn ċerti produtturi fl-Istati Uniti u fil-Ġappun. Gћalhekk, il-Kummissjoni fittxet il-kooperazzjoni tal-produtturi magћrufa fil-Ġappun u tal-produttur uniku fl-Istati Uniti.

(37)

Il-produttur fl-Istati Uniti biss qabel li jikkoopera. Gћalhekk intbagћat kwestjonarju lil dan il-produttur u d-data ppreżentata fit-tweġiba tiegћu ġiet ivverifikata fuq il-post. Instab li l-produttur ikkonċernat kellu bejgћ domestiku u li fis-suq ta’ l-Istati Uniti kien hemm importazzjonijiet sostanzjali ta’ prodotti Ċiniżi u verament ftit importazzjonijiet biss ta’ prodotti Ġappuniżi. Gћalhekk, huwa evidenti li l-prodotti Amerikani u dawk Ċiniżi jikkompetu fis-suq ta’ l-Istati Uniti.

(38)

Minћabba dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku l-Istati Uniti ta’ l-Amerika huwa l-iktar pajjiż analogu xieraq u raġonevoli.

ii)   Il-valur normali

(39)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi li jesportaw u li ma ngћatawx MET ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni vverifikata li ġiet ipprovduta mill-produttur fil-pajjiż analogu.

(40)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kull tip tal-prodott ikkonċernat li nbiegћ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu setax jitqies li kien qed jinbiegћ waqt l-andament ordinarju tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi gћal kull tip ta’ prodott ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ bi qligħ lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu ta’ l-istħarriġ.

(41)

Fejn il-volum tal-bejgћ ta’ tip tal-prodott, li nbiegћ bi prezz tal-bejgћ nett li kien ugwali gћal jew iktar mill-ispiża tal-produzzjoni kkalkulata, irrappreżenta iktar minn 80 % tal-volum tal-bejgћ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-ko-effiċjent medju tal-prezz ta’ dak it-tip kien ugwali gћal jew iktar mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali. Dan il-prezz ġie kkalkulat bћala l-ko-effiċjent medju tal-prezzijiet tal-bejgћ domestiku kollu ta’ dak it-tip li sar matul il-PI, irrispettivament jekk dan il-bejgћ kienx wieћed li jirrendi qligħ jew le.

(42)

Fejn il-volum ta’ bejgћ li jirrendi qligħ ta’ tip tal-prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali ta’ bejgћ ta’ dak it-tip, jew fejn il-ko-effiċjent medju tal-prezz ta’ dak it-tip kien taћt l-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bћala l-ko-effiċjent medju tal-bejgћ profitabbli ta’ dak it-tip biss, bil-kondizzjoni li dan il-bejgћ kien irrappreżenta 10 % jew iktar tal-volum ta’ bejgћ totali ta’ dak it-tip.

(43)

Fejn il-volum tal-bejgħ li jirrendi qligħ ta’ kwalunkwe tip tal-prodott irrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dak it-tip, ġie kkunsidrat li dan it-tip partikolari kien inbiegħ fi kwantitajiet insuffiċjenti sabiex il-prezz domestiku jipprovdi bażi xierqa biex jiġi stabbilit il-valur normali.

(44)

Għal madwar 90 % tat-tipi tal-prodott, il-valur normali ġie għalhekk stabbilit fuq il-bażi fuq il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu waqt l-andament ordinarju tal-kummerċ.

(45)

Kulfejn il-prezzijiet domestiċi ta’ tip partikolari ta’ prodott mibjugћ mill-produttur fil-pajjiż analogu ma setgћux jintużaw biex jiġi stabbilit il-valur normali, kellu jiġi applikat metodu ieħor. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat il-valur normali mibni skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali nbena billi ma’ l-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi mibjugħa tal-produttur tal-pajjiż analogu ġie miżjud ammont raġonevoli gћall-ispejjeż tal-bejgћ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u marġni raġonevoli ta’ qligħ. L-SG&A u l-marġni ta’ qligħ ġew stabbiliti skond il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. L-ammonti ta’ l-SG&A li ntużaw kienu dawk li japplikaw għall-bejgħ domestiku kollu tal-prodott simili tal-produttur innifsu, u l-marġni ta’ qligћ użat kien il-ko-effiċjent medju tal-marġni ta’ qligħ tal-bejgħ domestiku waqt l-andament ordinarju tal-kummerċ.

(46)

Sabiex jiġi żgurat paragun ġust ma’ l-ET li ġew esportati lejn il-Komunità mill-produtturi kkonċernati fil-PRC, dan il-valur normali ġie aġġustat kif meħtieġ għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport tal-merkanzija, tal-kreditu u ta’ l-ippakkjar.

4.   Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni

(47)

Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat ġie esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni li effettivament tħallsu jew li kellhom jitħallsu.

(48)

Fir-rigward tal-kumpanija li ngћatat MET, il-bejgћ kollu ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità sar permezz ta’ importatur relatat u sussegwentement inbiegћ mill-ġdid fil-Komunità lil kumpaniji relatati u oħrajn mhux relatati. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni nbena, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti importati nbiegћu mill-ġdid gћall-ewwel darba lil xerrej indipendenti, aġġustat kif jixraq gћall-ispejjeż kollha li nqalgћu bejn l-importazzjoni u l-bejgћ mill-ġdid, kif ukoll għal marġni raġonevoli gћall-SG&A u gћall-qligħ. F’dan ir-rigward, intużaw l-ispejjeż ta’ l-SG&A tal-kumpaniji relatati stess. Il-marġni ta’ qligħ ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli mill-importaturi mhux relatati li kkooperaw.

5.   Il-paragun

(49)

Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tqabblu qabel ma ġew inklużi x-xogћlijiet. Sabiex ikun żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, b’mod xieraq u permezz ta’ aġġustamenti, ittieħed kont tad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingћataw aġġustamenti xierqa dwar it-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tat-tqandil u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, u l-ispejjeż bankarji fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati b’evidenza vverifikata.

6.   Il-marġni tad-dumping

(a)   Gћall-produttur li jesporta li kkoopera u li ngћata MET

(50)

Gћall-kumpanija li ngћatat MET, il-ko-effiċjent medju tal-valur normali ta’ kull tip tal-prodott ikkonċernat li ġie esportat lejn il-Komunità tmqabbel mal-ko-effiċjent medju tal-prezz ta’ l-esportazzjonijiet tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, kif stipulat fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(51)

Fuq din il-bażi, il-ko-effiċjent medju tal-marġni provviżorju ta’ dumping imfisser bћala persentaġġ tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, huwa ta’:

Il-Kumpanija

Il-marġni provviżorju ta’ dumping

Shandong Weldstone Tungsten Industry Co. Ltd.

25,9  %

(b)   Gћall-produtturi li jesportaw li kkooperaw u li ngћataw TI

(52)

Gћall-kumpaniji li ngћataw TI, il-ko-effiċjent medju tal-valur normali stabbilit gћall-pajjiż analogu kien imqabbel mal-ko-effiċjent medju tal-prezz ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità, kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

(53)

Il-ko-effiċjent medju tal-marġni provviżorju ta’ dumping imfisser bћala persentaġġ tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, huwa ta’:

Il-Kumpanija

Il-marġni provviżorju ta’ dumping

Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co. Ltd.

138,6  %

Beijing Advanced Metal Materials Co. Ltd.

128,4  %

(c)   Gћall-produtturi l-oћra kollha li jesportaw

(54)

Sabiex jiġi kkalkulat il-marġni tal-dumping li jsir mal-pajjiż kollu li japplika gћall-esportaturi l-oћra kollha fil-PRC, il-Kummissjoni l-ewwelnett stabbiliet il-livell ta’ kooperazzjoni. F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li 11-il produttur li jesporta fil-PRC kienu wrew ir-rieda tagћhom li jiġu inklużi fil-kampjun billi jipprovdu data dwar, inter alia, l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Ta’ min ifakkar ukoll li ż-żewġ kodiċijiet NM indikati fl-avviż tal-bidu huma ex kodiċi, u li gћalhekk jinkludu wkoll prodotti li jmorru lilhinn mill-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, l-istħarriġ kixef li l-maġġoranza ta’ l-esportaturi li qed jikkooperaw fil-PRC jiddikjaraw li qed jesportaw ET taћt kodiċi ta’ tariffa Ċiniża nazzjonali li tinkludi wkoll ћafna prodotti oћrajn. Gћalhekk, ġie kkunsidrat li fin-nuqqas ta’ statistika eżatta dwar l-importazzjoni, id-data fornuta fil-kwestjonarju tat-teћid tal-kampjun kellha tipprovdi fatti disponibbli aktar xierqa fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet lejn il-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-PRC. Sar tqabbil bejn il-kwantitajiet totali ta’ l-esportazzjonijiet indikati fil-11-il tweġiba tal-kwestjonarji tat-teћid tal-kampjun u l-istima pprovduta fl-ilment, u nstab li l-volum ta’ l-importazzjonijiet indikat fil-kwestjonarji tat-teћid tal-kampjun kien ogћla. Fuq din il-bażi, il-livell ta’ kooperazzjoni tqies li hu gћoli.

(55)

Gћalhekk, il-marġni ta’ dumping ġie stabbilit fuq il-livell iddeterminat gћall-kumpanija li kkooperat u li ma ngћatatx MET/TI, jiġifieri 204,9 %.

(56)

Fuq din il-bażi il-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit b’mod provviżorju gћal 204,9 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju.

D.   IL-ĦSARA

1.   Il-produzzjoni tal-Komunità

(57)

L-istħarriġ stabbilixxa li l-prodott simili jiġi mmanifatturat minn żewġ produtturi fil-Komunità. Il-produttur li f’ismu sar l-ilment ikkoopera b’mod sћiћ fl-istħarriġ. Il-produttur l-ieћor, madankollu, esprima l-appoġġ tiegћu gћall-proċediment u forna data ġenerali dwar il-produzzjoni u l-bejgћ. Minћabba l-fatt li hemm biss kumpanija waћda li ressqet tweġiba sħiħa gћall-kwestjonarju kollu, id-data kollha li tirreferri gћall-industrija tal-Komunità jew se tiġi ppreżentata f’forma b’indiċi jew inkella se jiġu indikati sensiela ta’ limiti sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità.

(58)

Gћalhekk gћall-finijiet ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku l-volum tal-produzzjoni tal-Komunità ġie kkalkulat provviżorjament billi żdiedet il-produzzjoni tal-produttur tal-Komunità li kkoopera b’mod sћiћ flimkien mal-volum tal-produzzjoni tal-produttur l-ieћor, skond id-data fornuta mingħand dan ta’ l-aћћar. Fuq il-bażi ta’ dan, il-produzzjoni totali tal-Komunità fil-PI kienet fil-limitu ta’ 40-50 TM.

2.   Id-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(59)

Il-produzzjoni tal-produttur tal-Komunità li kkoopera b’mod sћiћ fl-istħarriġ tirrappreżenta iktar minn 50 % ta’ l-elettrodi tat-tungstenu manifatturati fil-Komunità. Gћalhekk skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku ġie kkunsidrat li din il-kumpanija tikkostitwixxi l-industrija tal-Komunità.

3.   Il-konsum tal-Komunità

(60)

Il-konsum tal-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum ta’ bejgћ tal-produtturi magћrufa fil-Komunità flimkien ma’ l-importazzjonijiet. Gћall-perjodu mill-2001 sa l-2004 il-volum ta’ l-importazzjonijiet ġie bbażat fuq l-ilment, fin-nuqqas ta’ statistika kredibbli dwar l-importazzjonijiet kif spjegat hawn fuq. Gћall-PI, il-volum ta’ l-importazzjonijiet ġie bbażat fuq il-kwantità totali ta’ l-esportazzjonijiet tal-11-il produttur li jesporta fil-PRC li pprovdew din id-data bl-iskop li jiġu inklużi fil-kampjun, u jista’ jiġi kkunsidrat li dan jgħodd gћall-esportazzjonijiet kollha. Instab li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oћra kienu insinifikanti. Id-data mikxufa li matul il-perjodu kkunsidrat it-talba gћall-prodott ikkonċernat fil-Komunità żdiedet b’50 %.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-konsum tal-Komunità (kilogramm)

107 000

120 000

116 000

135 000

161 000

Indiċi 2001 = 100

100

112

108

126

150

4.   L-importazzjonijiet fil-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat

(a)   Il-volum u s-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati

(61)

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi ġie bbażat fuq id-data pprovduta fl-ilment u fil-kwestjonarju tat-teћid tal-kampjun gћall-PI, gћar-raġunijiet iddikjarati hawn fuq.

(62)

F’termini ta’ volum u ta’ sehem tas-suq, l-evoluzzjoni ta’ l-importazzjonijiet kienet kif ġej:

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-volumi ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC (kilogramm)

23 968

62 760

67 628

84 915

122 603

Indiċi 2001 = 100

100

262

282

354

512

Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC

22,4  %

52,3  %

58,3  %

62,9  %

76,2  %

(63)

Filwaqt li l-konsum ta’ l-elettrodi tat-tungstenu żdied b’50 % matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat telgћu b’aktar minn 400 % matul l-istess perjodu. Gћalhekk, is-sehem tas-suq tal-PRC matul il-perjodu kkunsidrat żdied minn 22,4 % gћal 76,2 %.

(b)   Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet u t-tnaqqis sostanzjali fil-prezz (undercutting)

(64)

It-tabella li ġejja turi l-iżvilupp tal-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC. Matul il-perjodu kkunsidrat dawn il-prezzijiet waqgћu bi 12 %, minkejja żieda fl-2005 dovuta għaż-żieda fil-prezz tal-materja prima ewlenija.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC EUR/kilogramm

37

37

28

24

33

Indiċi 2001 = 100

100

100

75

63

88

(65)

Dwar il-prezz tal-bejgћ tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Komunità matul il-PI, sar tqabbil bejn il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità u dawk tal-produtturi li jesportaw fil-PRC. Il-prezzijiet tal-bejgћ rilevanti ta’ l-industrija tal-Komunità kienu dawk gћall-klijenti indipendenti, aġġustati fejn meћtieġ gћal-livell ta’ qabel ma jiġu inklużi x-xogћlijiet, jiġifieri esklużi l-ispejjeż tal-ġarr tal-merkanzija fil-Komunità u wara t-tnaqqis ta’ l-iskonti u r-rifużjonijiet. Dawn il-prezzijiet tqabblu mal-prezzijiet tal-bejgћ mitluba mill-produtturi Ċiniżi li jesportaw, bl-iskonti mnaqqsa u aġġustati fejn meћtieġ gћall-prezzijiet CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, b’aġġustament li jixraq gћall-ispejjeż tar-rilaxx mid-dwana u gћall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(66)

It-tqabbil kixef li, matul il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat inbiegћu fil-Komunità bi prezzijiet li naqqsu sostanzjalment dawk ta’ l-industrija tal-Komunità b’40 %, meta mfissra bћala persentaġġ ta’ dawn ta’ l-aћћar.

5.   Il-qagћda ta’ l-industrija tal-Komunità

(67)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminazzjoni ta’ l-impatt ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti gћal dumping mill-PRC fuq l-industrija tal-Komunità inkluda analiżi tal-fatturi ekonomiċi u ta’ l-indiċijiet kollha li huma rilevanti gћall-istat ta’ l-industija mill-2001 sal-PI. Kif issemma hawn fuq, gћal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, minћabba li l-analiżi tikkonċerna kumpanija waћda biss, ћafna mill-indikaturi ġew ippreżentati f’forma b’indiċi jew inkella ġew indikati f’sensiela ta’ limiti.

(a)   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(68)

L-evoluzzjoni tal-produzzjoni, tal-kapaċità tal-produzzjoni u ta’ l-użu tal-kapaċità ta’ l-industrija tal-Komunità kienu kif ġej:

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-produzzjoni, 2001 = 100

100

83

75

59

40

Il-kapaċità, 2001 = 100

100

100

100

100

100

L-użu tal-kapaċità, 2001 = 100

100

83

75

59

40

(69)

Minkejja l-eżistenza ta’ żieda fit-talba, bejn l-2001 u l-PI il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità naqset sew, b’60 %.

(70)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgћet stabbli, li jfisser li l-użu tal-kapaċità segwa l-istess tendenza ta’ rigress bћall-produzzjoni.

(b)   Il-ћażniet

(71)

Iċ-ċifri ta’ hawn taћt jirrappreżentaw il-volum tal-ћażniet fi tmiem kull perjodu.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-ħażniet, 2001 = 100

100

116

127

137

131

(72)

Il-ћażniet żdiedu b’31 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jirrifletti d-diffikultà li qed tikber ta’ l-industrija biex tbigћ il-prodotti tagћha fis-suq tal-Komunità.

(c)   Il-volum tal-bejgћ, l-ishma tas-suq, it-tkabbir u l-prezzijiet medji ta’ l-unità fil-Komunità

(73)

Iċ-ċifri ta’ hawn taћt jirrappreżentaw il-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità lil klijenti indipendenti fil-Komunità.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-volum tal-bejgћ fis-suq tal-KE, 2001 = 100

100

77

65

67

48

Is-sehem mis-suq, 2001 = 100

100

69

60

53

32

Il-prezzijiet medji tal-bejgћ, 2001 = 100

100

87

76

85

113

(74)

Il-volumi tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità naqsu b’iktar minn 50 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess żmien, il-konsum tal-Komunità żdied b’50 %, waqt li s-sehem mis-suq ta’ l-industrija tal-Komunità naqas saħansitra aktar, b’70 %, matul l-istess ћames snin.

(75)

Gћalhekk, instab li l-industrija tal-Komunità ma setgћetx tipparteċipa fit-tkabbir tas-suq li kien ġej miż-żieda fil-konsum tal-Komunità.

(76)

Sa l-2003 il-prezzijiet medji tal-bejgћ lil xerrejja mhux relatati fis-suq tal-Komunità kienu qed juru tendenza ’l isfel. Imbagћad dawn urew żieda ta’ madwar 12 % bejn l-2003 u l-2004, b’żieda oћra ta’ 30 % bejn l-2004 u l-2005. It-tnaqqis fil-prezz sal-2003 gћandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tat-tentattivi ta’ l-industrija tal-Komunità li tikkompeti mal-bejgћ taћt il-prezz tal-prodotti importati. Fl-2003 il-prezzijiet laћqu punt baxx li ma kienx sostenibbli u fl-2004 dawn kellhom jiżdiedu. Barra minn hekk, l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-materja prima li gћolew f’daqqa, b’iktar minn 100 %, bejn l-2004 u l-2005 żied mal-ћtieġa li fl-2005 il-prezz kellu jerġa’ jogћla. Madankollu, iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità rriflettiet iż-żieda fl-ispejjeż sa ċertu punt biss.

(d)   Il-profittabilità u d-dћul u l-ћruġ tal-flus

(77)

Il-livelli tal-qligħ u tad-dћul u l-ћruġ tal-flus mill-bejgћ ta’ l-elettrodi tat-tungstenu mill-industrija Komunitarja huma negattivi ћafna. Gћal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, iċ-ċifriqed jintwrew f’sensiela ta’ limiti.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-marġni tal-qligħ

0 % sa – 10 %

0 % sa – 10 %

– 10 % sa – 20 %

– 10 % sa – 20 %

– 10 % sa – 20 %

(78)

Il-profittabilità mar lura sostanzjalment matul il-perjodu kkunsidrat. Dan laћaq l-iktar livelli baxxi fl-2003 u mbagћad irkupra ftit, parzjalment minħabba l-isforzi ta’ razzjonalizzazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità u minħabba ż-żieda fil-prezzijiet.

(79)

Id-dћul u l-ћruġ tal-flus ukoll mar lura matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod konformi man-nuqqas fil-profittabilità. In-nuqqas fil-livell assolut tad-dћul u l-ћruġ negattiv tal-flus fi tmiem il-perjodu huwa dovut biss għan-nuqqas fil-volum tal-produzzjoni u l-bejgћ.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Id-dћul u l-ћruġ tal-flus (‘000 EUR)

100 sa 200

– 100 sa 0

– 200 sa – 300

– 200 sa – 300

– 100 sa – 200

(e)   L-investimenti, il-qligħ fuq l-investimenti u l-ћila li jinġabar il-kapital

(80)

Fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Komunità rreġistrat livelli sinifikanti ta’ investiment, li prinċipalment kien dovut għax-xiri ta’ makkinarju ġdid biex tittejjeb il-produzzjoni, u li ġie ġġustifikat bil-produzzjoni sodisfaċenti ġenerali ta’ l-elettrodi tat-tungstenu u ta’ prodotti oћra tat-tungstenu sal-2000/2001. Madankollu, sat-tmiem tal-perjodu dawn l-investimenti kienu waqfu.

 

2001

2002

2003

2004

PI

L-investimenti, 2001 = 100

100

33

33

0

3

(81)

Il-qligħ fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgћ tal-prodott simili, li gћal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità qed jiġi indikat f’sensiela ta’ limiti, huwa negattiv u matul il-perjodu kkunsidrat dan naqas b’mod sostanzjali, li jirrifletti t-tendenza msemmija hawn fuq gћall-profittabilità uq il-bejgћ.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-qligħ fuq l-investiment

20 % sa 30 %

0 % sa – 10 %

– 20 % sa – 30 %

– 10 % sa – 20 %

– 10 % sa – 20 %

(82)

Il-ћila ta’ l-industrija tal-Komunità biex jinġabar il-kapital ma nstabitx li kienet affettwata b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, peress li l-prodott simili jirrappreżenta biss porzjon żgћir min-negozju totali tal-grupp.

(f)   L-impjiegi, il-produttività u l-pagi

(83)

L-evoluzzjoni ta’ l-impjiegi, tal-produttività u ta’ l-ispejjeż tax-xogћol fl-industrija tal-Komunità kienet kif ġej:

 

2001

2002

2003

2004

PI

In-numru ta’ l-impjegati, 2001 = 100

100

91

64

45

32

Il-produttività (TM/impjegat) 2001 = 100

100

92

119

130

127

L-ispejjeż tax-xogћol gћal kull impjegat, 2001 = 100

100

97

107

106

100

(84)

Bejn l-2001 u l-PI l-industrija tal-Komunità naqqset b’mod qawwi n-numru ta’ l-impjegati tagћha. Dan ġara kemm minћabba n-nuqqas fil-produzzjoni kif ukoll minћabba l-isforzi ta’ l-industrija tal-Komunità sabiex tirrazzjonalizza l-produzzjoni u żżid il-produttività. Ir-riżultati ta’ dan il-proċess ta’ razzjonalizzazzjoni fi ħdan l-industrija tal-Komunità kienu riflessi wkoll fil-produttività, li matul il-perjodu kkunsidrat turi tendenza kbira ’l fuq.

(85)

Il-livelli medji tal-pagi baqgћu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat.

(g)   Il-kobor tal-marġni attwali tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat

(86)

Il-marġni tad-dumping huma speċifikati hawn fuq fis-sezzjoni dwar id-dumping. Dawn il-marġni huma mingħajr dubju ogħla mil-livell de minimis. Barra minn hekk, meta jitqiesu l-volum u l-bejgћ ta’ l-importazzjonijiet bi prezz imnaqqas, l-impatt tal-marġni attwali tad-dumping ma jistax jitqies bћala negliġibbli.

(87)

Il-Komunità mhix qed tirkupra mill-effetti tad-dumping u mis-sussidji tal-passat minћabba li fil-passat ma kienu saru l-ebda stħarriġiet.

6.   Konklużjoni dwar il-ћsara

(88)

Ta’ min ifakkar li bejn l-2001 u l-PI, il-volum ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott kkonċernat li kienu soġġetti gћad-dumping mill-PRC żdied b’iktar minn 400 %, u li sa tmiem il-perjodu kkunsidrat dan laћaq is-76.2 % mis-sehem tas-suq. Barra minn hekk, fil-PI, il-prezzijiet tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità tnaqqsu sostanzjalment minћabba l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li kienu soġġetti gћad-dumping. Fuq il-bażi ta’ ko-effiċjent medju, it-tnaqqis fil-prezz kien ta’ 40 %.

(89)

Fl-istess waqt, waqt li l-konsum tal-Komunità żdied b’50 %, il-volum tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità naqas b’aktar minn 50 %. Is-sehem tas-suq tagћha waqa’ bi 68 % u bl-ebda mod ma seta’ jgћaddi ż-żieda globali kollha fil-prezzijiet tal-materja prima fuq il-klijenti tiegћu, tant illi dan wassal gћal sitwazzjoni ta’ profittabilità negattiva ћafna.

(90)

Għaldaqstant, matul il-perjodu kkunsidrat is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità ћżienet ћafna. Il-produzzjoni naqset b’60 %, kif ġralu wkoll l-użu tal-kapaċità, li fil-PI laћaq livell verament baxx. Il-livelli tal-ћażniet żdiedu b’31 %.

(91)

Minkejja l-investimenti kbar ta’ l-industrija tal-Komunità fl-ewwel parti tal-perjodu kkunsidrat u l-isforzi kontinwi tagћha biex iżżid il-produttività u l-kompetittività, il-profittabilità, id-dћul u l-ћruġ tal-flus u l-qligħ fuq l-investiment naqsu drastikament ukoll, tant illi dawn laћqu livelli negattivi ћafna.

(92)

Is-sitwazzjoni ta’ deterjorament ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu kkunsidrat hija kkonfermata wkoll bl-iżvilupp negattiv ta’ l-impjiegi u ta’ l-investiment.

(93)

Fid-dawl ta’ dak li gћadu kif ingћad, qed jiġi konkluż provviżorjament li fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku l-industrija tal-Komunità sofriet ћsara materjali.

E.   IL-KAWŻALITÀ

1.   Nota preliminari

(94)

Skond l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma soġġetti gћal dumping mill-PRC u l-ћsara materjali li sofriet l-industrija tal-Komunità. Fatturi magћrufin gћajr dawk relatati ma’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti gћal dumping, li fl-istess ћin setgħu kienu qed jagћmlu ћsara lill-industrija Komunitarja, ġew eżaminati wkoll sabiex jiġi żgurat li l-ћsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oћra ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet li kienu soġġetti gћal dumping.

2.   L-effett ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC

(95)

Iż-żieda drammatika f’daqqa fil-volum ta’ l-importazzjonijiet li huma soġġetti gћal dumping mill-PRC, b’iktar minn 400 % bejn l-2001 u l-PI, u fis-sehem tas-suq tagћhom fis-suq tal-Komunità minn 22,4 % gћal 76,2 % kienet tikkoinċidi mad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità. Il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità naqsu drastikament waqt li l-ћażniet ta’ l-gћeluq telgћu b’31 %, f’kuntest ta’ suq Komunitarju li kien qed jikber. Il-volumi tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità u s-sehem tas-suq naqsu b’mod konsiderevoli, b’mod parallel maż-żieda qawwija fil-volumi ta’ l-importazzjonijiet u fis-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet li huma soġġetti gћad-dumping. Barra minn hekk, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li huma soġġetti gћad-dumping naqqsu b’mod sinifikanti dawk ta’ l-industrija tal-Komunità u minћabba f’hekk eżerċitaw pressjoni qawwija ’l isfel fuq il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità, fi żmien meta l-ispejjeż tal-materja prima żdiedu b’mod sinifikanti b’iktar minn 100 %. L-istħarriġ kixef li l-industrija tal-Komunità ma kinitx f’pożizzjoni li tgћaddi kwalunkwe żieda fl-ispejjeż fuq il-klijenti tagħha minћabba l-pressjoni qawwija fuq il-prezz imwettqa mill-volumi sostanzjali ta’ prodotti importati mill-PRC li kienu soġġetti gћad-dumping. Dan wassal gћal nuqqas qawwi fil-profittabilitàprofittabilità, fil-qligħ fuq l-investiment u fid-dћul u l-ћruġ tal-flus.

(96)

Gћalhekk ġie konkluż provviżorjament li l-pressjoni mwettqa mill-importazzjonijiet bi prezzijiet imnaqqsa, li żiedu b’mod sinifikanti l-volum u s-sehem tas-suq tagћhom mill-2001 ’il quddiem, u li saru bi prezzijiet imnaqqsa, kellha rwol determinanti fid-deterjorament tas-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità u, bћala konsegwenza, fl-iżvilupp tal-profittabilità negattiva tagћha.

3.   L-effett ta’ fatturi oћra

(a)   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oћra

(97)

Barra mill-PRC, matul il-perjodu kkunsidrat ma kien hemm l-ebda esportaturi sinifikanti tal-prodott simili gћas-suq tal-Komunità. L-istħarriġ kkonferma li s-suq ewlieni tal-produtturi Amerikani u Ġappuniżi li kien għad baqa’ kien is-suq domestiku rispettiv tagћhom. Informazzjoni kredibbli dwar importazzjonijiet oћra tal-prodott simili hija limitata ћafna, u gћalhekk mhux possibbli li ssir stima tal-kwantità mibjugћa fis-suq tal-Komunità, jekk kien hemm. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza li turi li tabilħaqq kienu hemm importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oћra, qed jiġi kkunsidrat li dawk il-volumi, jekk jeżistu, huma negliġibbli. Gћalhekk, qed jiġi kkunsidrat li l-importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi oћra ma setgћux jikkontribwixxu gћall-ћsara li sofriet l-industrija tal-Komunità.

(b)   Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(98)

Ġie eżaminat ukoll jekk l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi oћra mhux membri ta’ l-UE setgћux jikkontribwixxu gћall-ћsara li din sofriet fil-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu kkunsidrat l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi mhux membri ta l-UE kienu jirrappreżentaw madwar nofs il-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità tal-prodott simili. Dawn l-esportazzjonijiet naqsu b’madwar 66 % bejn l-2001 u l-PI, u fit-tmiem tal-PI dawn irrappreżentaw 41 % tal-bejgћ totali ta’ l-industrija. Ir-raġuni ewlenija gћat-telf fis-swieq ta’ l-esportazzjoni, b’mod partikolari fis-suq ta’ l-Istati Uniti, kienet il-kompetizzjoni li żdiedet mill-produtturi Ċiniżi fis-swieq dinjija. F’dan il-kuntest, gћandu jiġi nnutat li minћabba l-imġiba simili tal-produtturi Ċiniżi fis-suq ta’ l-Istati Uniti, wieћed miż-żewġ produtturi Amerikani eżistenti ta’ l-elettrodi tat-tungstenu kellu jwaqqaf il-produzzjoni.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-volum tal-bejgћ fi swieq mhux tal-KE, 2001 = 100

100

87

85

49

34

Il-prezzijiet medji tal-bejgћ fi swieq mhux tal-KE, 2001 = 100

100

83

71

93

120

(99)

F’termini ta’ l-indikaturi fejn ma setgћetx issir distinzjoni bejn is-swieq tal-Komunità u dawk ta’ l-esportazzjoni, bћall-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, l-investiment u l-impjiegi, instab li l-evoluzzjoni negattiva tagћhom kienet teċċedi b’mod evidenti dak li seta’ jiġi attribwit gћan-nuqqas fir-rendiment ta’ l-esportazzjoni. Fil-fatt, l-evoluzzjoni negattiva ta’ dawk l-indikaturi gћandha tiġi kkunsidrata kemm bћala konsegwenza tan-nuqqas fil-bejgћ fis-suq tal-Komunità u sa ċertu punt anke bћala konsegwenza tan-nuqqas fil-bejgћ ta’ l-esportazzjoni. Din l-evoluzzjoni trid tiġi kkunsidrata fid-dawl tat-tkabbir sinifikanti tas-suq tal-Komunità, li seћћ fil-perjodu kkunsidrat.

(100)

Rigward il-profittabilità, id-dћul u l-ћruġ tal-flus u l-qligħ fuq l-investiment, l-evoluzzjoni negattiva tagћhom kienet prinċipalment ir-riżultat ta’ l-isforz li kellha tagħmel l-industrija tal-Komunità gћal rati ta’ użu tal-kapaċità baxxi ћafna, minћabba l-evoluzzjoni negattiva tal-volum tal-bejgћ kemm fis-suq tal-Komunità kif ukoll f’dak ta’ l-esportazzjoni kif issemma fuq. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità kienu taћt pressjoni minħabba l-importazzjonijiet soġġetti gћal dumping li wkoll ikkontribwew gћall-impatt negattiv fuq dawk l-indikaturi. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-bejgћ ta’ l-unità fis-swieq ta’ l-esportazzjoni kienet aktar favorevoli minn dik tal-prezzijiet fil-Komunità. Fil-fatt, il-prezz medju tal-bejgћ gћas-swieq ta’ l-esportazzjoni żdied b’20 % fl-istess perjodu, li jissuġġerixxi li l-pressjoni tal-prezz kienet inqas f’dawk is-swieq milli fis-suq tal-Komunità. Instab li l-profittabilità ta’ dawn l-esportazzjonijiet kienet kemmxejn ogћla, gћalkemm mhux biżżejjed, minn dik tal-bejgћ fis-suq tal-Komunità, minkejja l-fatt li dawn ukoll sofrew mill-prezzijiet li kienu qed jonqsu u mill-kompetizzjoni ta’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-swieq ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, l-industrija tal-Komunità rnexxielha tikkontrolla u anke tnaqqas l-ispejjeż tagћha li ma kinux ikkonċernati mal-materja prima. Gћalhekk, ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità jidher li kellu inqas effett fuq il-profittabilità, fuq id-dћul u l-ћruġ tal-flus u fuq il-qligħ fuq l-investiment milli fuq l-evoluzzjoni ta’ l-ishma tas-suq u tal-prezzijiet fis-suq tal-Komunità.

(101)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ma teskludix il-possibilità li l-evoluzzjoni negattiva tal-bejgћ ta’ l-esportazzjonijiet setgћet affettwat is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali ta’ l-industrija tal-Komunità. Madankollu, l-analiżi ta’ hawn fuq tikkonferma li r-rendiment ta’ l-esportazzjoni li ddeterjora fil-fatt ma setax jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet soġġetti gћad-dumping mill-PRC u l-ћsara li nstabet.

(c)   Il-produtturi l-oћra tal-Komunità

(102)

Il-bejgћ mill-uniku produttur l-ieћor tal-Komunità naqas drastikament b’54 % bejn l-2001 u l-PI. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, jidher li l-produttur l-ieћor tal-Komunità huwa fl-istess sitwazzjoni bћall-industrija tal-Komunità. Gћalhekk, ġie konkluż provviżorjament li dak il-bejgћ ma setax jikkawża l-ћsara li sofriet l-industrija tal-Komunità.

(d)   Iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima

(103)

Esportatur wieћed argumenta li l-ћsara ġiet ikkawżata prinċipalment biż-żieda fil-prezz tal-materja prima bażika, l-ammonju ta’ l-aċidu tat-tungstenu (“APT” — ammonium paratungstate). Fil-fatt, il-prezzijiet ta’ l-APT żdiedu b’iktar minn 100 % fi tmiem il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri fl-2005.

(104)

F’dan ir-rigward, gћandu l-ewwelnett jiġi nnutat li d-deterjorament tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kkoinċida eżatt maż-żieda f’daqqa ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi, mill-2001 sa l-2005, u ma seћћx biss fi tmiem il-perjodu kkunsidrat.

(105)

Iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, mill-banda l-oћra, seћћet esklużivament fl-2005. Madankollu, f’dik is-sena partikolari, il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità effettivament żdiedu kemmxejn aktar (33 %) mill-ispiża tal-produzzjoni (30 %).

 

2001

2002

2003

2004

PI

L-ispiża totali ta’ l-unità gћal kull tunnellata, 2001 = 100

100

95

88

97

126

Il-prezz tal-bejgћ ta’ l-unità, 2001 = 100

100

87

76

85

113

(106)

Dawk il-mudelli ta’ żmien jissuġġerixxu li, gћalkemm iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima kkontribwixxiet gћaż-żieda ġenerali fl-ispejjeż li matul il-perjodu kkunsidrat qabżet iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgћ, il-materja prima ma kinitx il-fattur deċiżiv għad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità. Dan id-deterjorament kien pjuttost dovut għall-medja taż-żidiet fin-nefqa li seћћew bin-nuqqas ta’ sehem mis-suq u bl-użu baxx tal-kapaċità konsegwenti, kif ġie spjegat fuq.

(107)

Barra minn hekk, l-industrija tal-Komunità ma setgћetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgћ rispettivi tagћha biex tagћmel tajjeb gћaż-żieda fin-nefqa. Dan in-nuqqas ta’ flessibilità fil-prezzijiet ġie kkawżat biż-żieda simultanja f’daqqa ta’ importazzjonijiet mill-PRC li kienu soġġetti gћad-dumping, bi prezzijiet li naqqsu b’mod sinifikanti dawk ta’ l-industrija tal-Komunità. Taћt dawn iċ-ċirkostanzi, ġie konkluż li minћabba dawn l-importazzjonijiet soġġetti gћad-dumping l-industrija tal-Komunità kienet esposta gћal pressjoni qawwija fuq il-prezz, u gћalhekk kellha biss possibilità limitata biex tikkumpensa gћaż-żieda fl-ispejjeż billi żżid il-prezzijiet tal-bejgћ tagћha.

(108)

Fl-aћћarnett, irid jiġi nnutat li ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima affettwat lill-operaturi kollha fis-suq, inkluż lill-produtturi Ċiniżi li jesportaw, u gћalhekk ma tistax titqies bћala fattur partikolari li kkawża l-ћsara lill-industrija tal-Komunità.

(109)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima per se ma tiksirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet soġġetti gћad-dumping mill-PRC u l-ћsara li sofriet l-industrija tal-Komunità.

4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(110)

Il-ћsara li sofriet l-industrija tal-Komunità seћћet prinċipalment fil-forma ta’ telf fil-volum tal-bejgћ u fis-sehem tas-suq, li kellhom impatt negattiv fuq il-profittabilità. It-tnaqqis fil-prezz u t-telf fl-ekonomiji ta’ skala li rriżultaw minћabba l-użu baxx tal-kapaċità wasslu gћal livell mhux sostenibbli ta’ profittabilità negattiva, li kkawżat telf finanzjarju sinifikanti gћall-industrija tal-Komunità.

(111)

Id-deterjorament ta’ ћafna mill-indikaturi ta’ ћsara għall-industrija tal-Komunità ikkoinċida maż-żieda qawwija fil-volumi ta’ l-importazzjoni u fis-sehem tas-suq mill-PRC u mat-traћћis sostanzjali fil-prezz fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet.

(112)

Gћalkemm l-istħarriġ kixef li ma jistax jiġi eskluż li l-evoluzzjoni negattiva ta’ l-esportazzjonijiet ta’ l-industrija tal-Komunità lejn pajjiżi li mhumiex membri ta’ l-UE setgћet ikkontribwixxiet gћall-ћsara, l-effett potenzjali ta’ dik l-evoluzzjoni mhuwiex tali li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mill-PRC li huma soġġetti gћad-dumping u l-ћsara li sofriet l-industrija tal-Komunità.

(113)

Barra minn hekk, gћalkemm matul il-PI il-prezzijiet tal-materja prima esperjenzaw żieda mingħajr preċedenti, din affettwat lill-operaturi kollha fis-suq. Iktar minn hekk, il-mudell taż-żmien ta’ l-indikaturi tal-ћsara ma jissuġġerix li din kienet il-kawża ewlenija tal-ћsara li sofriet l-industrija tal-Komuntà.

(114)

Gћalhekk ġie konkluż li fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku l-importazzjonijiet soġġetti gћad-dumping li joriġinaw mill-PRC ikkawżaw ћsara materjali għall-industrija tal-Komunità.

F.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1.   Konsiderazzjonijiet ġenerali

(115)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk jeżistux raġunijiet konvinċenti li jistgћu jwasslu gћall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li timponi miżuri ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat. Il-Kummissjoni bagћtet kwestjonarji lill-importaturi, lin-negozjanti u lill-utenti industrijali kollha li ssemmew fl-ilment. It-tweġibiet gћall-kwestjonarju waslu mingħand tliet importaturi.

(116)

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li waslet mill-partijiet li kkooperaw, ġew stabbiliti dawn il-konklużjonijiet li ġejjin.

2.   L-interess ta’ l-industrija tal-Komunità

(117)

Ta’ min ifakkar li l-industrija tal-Komunità tikkonsisti minn produttur wieћed, bil-faċilitajiet tal-produzzjoni fl-Awstrija, li matul il-perjodu kkunsidrat il-profittabilità tiegћu ddeterjorat b’mod sinifikanti, tant illi wasslet gћal impatt negattiv fuq l-impjiegi u fuq il-livelli ta’ l-investiment.

(118)

Jekk ma jiġux imposti l-miżuri x’aktarx li wara l-pressjoni fuq il-prezz mill-importazzjonijiet soġġetti gћad-dumping, in-nuqqas ta’ profittabilità ta’ din l-attività se jġiegћel lill-industrija tal-Komunità biex twaqqaf il-produzzjoni ta’ l-elettrodi tat-tungstenu, li huma ta’ importanza strateġika gћal numru ta’ setturi ta’ teknoloġija gћolja.

(119)

Irid jiġi nnutat li l-linja tal-produzzjoni gћall-elettrodi tat-tungstenu kienet użata wkoll gћal prodotti tondi oћrajn, jiġifieri vireg tal-molibdenu, wajers u sprej-wajers, kif ukoll elettrodi tat-tip glass melting. Dawn il-prodotti kienu jaqsmu flimkien ma’ l-elettrodi tat-tungstenu ftit mill-ispejjeż fissi fil-proċess tal-produzzjoni. Peress li l-produzzjoni ta’ l-elettrodi tat-tungstenu naqset b’60 % matul il-perjodu kkunsidrat, dan kellu impatt negattiv mhux biss fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni gћall-elettrodi tat-tungstenu, iżda wkoll gћal prodotti tondi oћrajn manifatturati mill-industrija tal-Komunità.

(120)

Dan irid jiġi kkunsidrat fi ħdan il-kuntest ta’ talba li qed tikber mad-dinja kollha gћall-prodott ikkonċernat li, jekk jiġu imposti l-miżuri, tkun tista’ tippermetti lill-industrija tal-Komunità biex iżżid il-bejgћ tagћha, ittejjeb il-profittabilità tagћha, u b’hekk tiżgura l-vijabilità ekonomika ta’ din l-industrija.

(121)

Gћalhekk qed jiġi konkluż li l-miżuri ta’ anti-dumping huma fl-interess ta’ l-industrija tal-Komunità.

3.   Il-kompetizzjoni u l-effetti tat-tagћwiġ fin-negozju

(122)

Produttur li jesporta u assoċjazzjoni ta’ l-esportaturi argumentaw li, meta jitqies in-nuqqas evidenti ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oћra, id-dazji jistgћu jwasslu gћall-gћajbien tal-produtturi Ċiniżi li jesportaw mis-suq tal-Komunità, u b’hekk tiddgћajjef b’mod konsiderevoli l-kompetizzjoni u bћala riżultat tiżdied il-pożizzjoni diġà dominanti ta’ l-industrija tal-Komunità.

(123)

Madankollu, jidher aktar probabbli li jekk jiġu imposti l-miżuri, mill-inqas x’uћud mill-produtturi ikkonċernati li jesportaw se jkomplu jbigћu l-prodott ikkonċernat fil-Komunità, gћalkemm bi prezzijiet li ma jagћmlux ћsara, peress li fil-Komunità dawn gћandhom bażi teknoloġika soda kif ukoll pożizzjoni qawwija fis-suq. Mill-banda l-oћra, jekk il-miżuri ta’ anti-dumping ma jiġux imposti, wieћed ma jistax jeskludi li l-industrija tal-Komunità jkollha twaqqaf l-attivitajiet tal-manifattura tagћha ta’ l-elettrodi tat-tungstenu fil-Komunità, fejn b’hekk issaћћaћ il-pożizzjoni tal-produtturi li jesportaw dan il-prodott waqt li ddgћajjef b’mod konsiderevoli l-kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità.

(124)

F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li hemm żewġ produtturi tal-Komunità, li diġà jiżguraw grad ta’ kompetizzjoni kemm fis-suq tal-Komunità kif ukoll fis-swieq ta’ l-esportazzjoni.

(125)

Ta’ min ifakkar ukoll li l-gћan tal-miżura ta’ anti-dumping m’huwa bl-ebda mod li twaqqaf l-aċċess ta’ l-esportaturi ta’ pajjiżi terzi gћas-suq tal-Komunità, iżda pjuttost biex jerġa’ jkun hemm kundizzjonijiet indaqs li jkunu tgħawġu minn prattika kummerċjali inġusta.

4.   L-interess ta’ l-utenti

(126)

Intbagћtu kwestjonarji lill-partijiet kollha li fl-ilment issemmew bћala utenti fis-settur ta’ l-ajruspazju, f’dak nukleari, f’dak marittimu, f’dak awtomotiv, f’dak kimiku u f’dak ta’ l-inġinerija. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba gћall-kwestjonarju la mill-utenti interessati u lanqas minn kwalunkwe assoċjazzjoni rappreżentattiva.

(127)

L-iwweldjar tat-tungstenu jintuża meta saldaturi ta’ kwalità jkunu partikolarment importanti (fl-industrija ta’ l-ajruplani, f’dik navali, f’dik nukleari u f’dik kimika fost oћrajn). L-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li gћall-klijenti l-kwalità u l-kredibilità huma l-kriterji prinċipali, u li n-nefqa ta’ l-elettrodi mhix sinifikanti ћafna meta mqabbla mal-valur tal-prodotti finali.

(128)

Peress li l-utenti tal-prodott ikkonċernat ma wrew l-ebda interess matul l-istħarriġ, ġie konkluż provviżorjament li l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ anti-dumping x’aktarx ma taffettwax serjament is-sitwazzjoni tagћhom.

5.   L-interess ta’ l-importaturi/negozjanti mhux relatati fil-Komunità

(129)

Importatur wieћed ikkoopera b’mod sћiћ fl-istħarriġ billi wieġeb gћall-kwestjonarju, waqt li tnejn oћra kkooperaw parzjalment. Dawn it-tliet importaturi jirrappreżentaw madwar 30 % ta’ l-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità matul il-PI. Gћall-importatur li kkoopera b’mod sћiћ, il-prodott ikkonċernat jirrappreżenta madwar 85 % tal-fatturat tiegћu.

(130)

Jekk jiġu imposti l-miżuri ta’ anti-dumping, mhuwiex eskluż li l-livell ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat jonqos, u li b’hekk tiġi affettwata s-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-importaturi. Madankollu, l-effett fuq l-importaturi ta’ kwalunkwe żieda fil-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat gћandu biss jerġa’ jġib il-kompetizzjoni fost il-produtturi tal-Komunità u m’gћandux iċaħħad lill-importaturi milli jbigћu l-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-proporzjon baxx ta’ l-ispejjeż tal-prodott ikkonċernat fin-nefqa totali ta’ l-utenti gћandu jagћmilha aktar faċli gћall-importaturi biex jgћaddu kwalunkwe żieda fil-prezz fuq l-utenti. Fuq din il-bażi, ġie konkluż provviżorjament li l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ anti-dumping x’aktarx ma jkollhiex effett negattiv serju fuq is-sitwazzjoni ta’ l-importaturi fil-Komunità.

6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(131)

L-effetti ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri x’aktarx mistennija li jippermettu lill-industrija tal-Komunità li tikseb mill-ġdid il-bejgћ u l-ishma tas-suq mitlufa kif ukoll li ttejjeb il-profittabilità tagћha. Minћabba s-sitwazzjoni ta’ deterjorament ta’ l-industrija tal-Komunità, ir-riskju gћoli huwa illi, fin-nuqqas ta’ miżuri, l-industrija tal-Komunità jista’ jkollha tagћlaq il-faċilitajiet tal-produzzjoni tagћha u tagћti s-sensji lill-ћaddiema. Meta wieћed jikkunsidra l-użu tal-prodott ikkonċernat f’setturi ta’ teknoloġija gћolja fejn l-ispiża ta’ l-elettrodi mhix sinifikanti wisq meta mqabbla mal-valur tal-prodotti finali, l-impatt tal-miżuri ta’ anti-dumping fuq is-sitwazzjoni ta’ l-importaturi/negozjanti u ta’ l-utenti gћandu jkun biss wieħed marġinali.

(132)

Minћabba dan ta’ hawn fuq, qed jiġi konkluż provviżorjament li m’hemmx raġunijiet konvinċenti gћaliex m’gћandhomx jiġu imposti d-dazji ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tat-tungstenu li joriġinaw mill-PRC.

G.   IL-MIŻURI PROVVIŻORJI TA’ ANTI-DUMPING

1.   Il-livell tat-tneħħija tal-ћsara

(133)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, il-ћsara li rriżultat, il-kawżalità u l-interess tal-Komunità, gћandhom jiġu imposti miżuri provviżorji sabiex tiġi evitata aktar ћsara li qed tiġi kkawżata lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet li huma soġġetti gћal dumping.

(134)

Il-miżuri għandhom ikunu imposti f’livell suffiċjenti biex ineħħu l-ħsara kkawżata minn dawn l-importazzjonijiet mingħajr ma jaqbżu l-marġni tad-dumping misjub. Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jitneħħew l-effetti tad-dumping li jagħmel ħsara, ġie kkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tħalli lill-industrija tal-Komunità tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb b’mod ġenerali qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fil-Komunità. Il-marġni ta’ qligħ ta’ qabel it-taxxa li ntuża gћal dan il-kalkolu kien ta’ 8 % tal-fatturat, ibbażat fuq il-livell ta’ qligħ li nkiseb qabel l-eżistenza ta’ l-importazzjonijiet soġġetti gћad-dumping. Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jagћmilx ћsara, tal-prodott simili gћall-industrija tal-Komunità. Il-prezz li ma jagћmilx ћsara nkiseb billi ġie miżjud il-marġni ta’ qligħ ta’ 8 % li ssemma' fuq ma’ l-ispejjeż tal-produzzjoni. Tip wieћed ta’ prodott li ġie esportat mill-PRC matul il-PI ma ġiex prodott u mibjugћ mill-industrija tal-Komunità matul il-PI. Meta ġie kkalkulat il-livell li kellu jkun suffiċjenti biex ineħħi l-ћsara kkważata minn dawn l-importazzjonijiet, ġiet ikkunsidrata r-relazzjoni fil-prezz bejn dan it-tip u t-tipi l-oћra li ġew esportati mill-esportaturi Ċiniżi.

(135)

Iż-żieda neċessarja fil-prezz kienet imbagħad iddeterminata fuq il-bażi ta’ tqabbil bejn il-ko-effiċjent medju tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet mal-ko-effiċjent medju tal-prezz li ma jagħmilx ħsara, tal-prodotti mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità.

(136)

Meta dan it-tqabbil sar, sar aġġustament għall-ħidmiet imwettqa mill-importaturi, b'mod partikolari l-imballaġġ, il-ħażna, il-kontroll tal-kwalità, l-għoti ta’ marka tal-fabbrika u f’ċerti każijiet l-ipproċessar fiżiku ta’ l-elettrodi, sabiex l-importazzjoniiet jistgħu jitqabblu mal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja.

(137)

Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad kienet espressa bħala persentaġġ tal-valur medju ta’ l-importazzjoni tas-CIF.

(138)

Il-ko-effiċjent medju tal-marġni tal-ћsara provviżorji gћall-kumpaniji li ngћataw it-TI jew MET kien:

Il-kumpanija

Il-marġni provviżorju tal-ħsara

Shandong Weldstone Tungsten Industry Co. Ltd.

53,0  %

Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co. Ltd.

46,9  %

Beijing Advanced Metal Materials Co. Ltd.

35,0  %

(139)

Sabiex jiġi kkalkulat il-livell tat-tneħħija tal-ћsara mal-pajjiż kollu gћall-esportaturi l-oћra kollha fil-PRC, irid jitfakkar li l-livell ta’ kooperazzjoni kien gћoli. Gћalhekk, il-marġni ta’ ћsara ġie kkalkulat skond il-livell tat-tneħħija ta’ ћsara li ġie ddeterminat gћall-kumpanija li kkooperat u li ma ngћatatx MET/TI, jiġifieri 86,8 %.

2.   Il-miżuri provviżorji

(140)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma’ aktar ’il fuq, jitqies li gћandu jiġi impost dazju provviżorju ta’ anti-dumping skond il-livell tal-marġni ta’ dumping li nstab, iżda skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan m’gћandux ikun ogћla mill-marġni ta’ ћsara li ġie kkalkulat fuq.

(141)

Ir-rati tad-dazju ta’ anti-dumping gћal kumpaniji individwali li huma speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ dan l-istħarriġ. Gћalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni ta’ dawn il-kumpaniji li nstabet matul l-istħarriġ. Dawn ir-rati tad-dazju (kontra d-dazju mal-pajjiż kollu li japplika gћall-“kumpaniji l-oћra kollha”) gћalhekk huma applikabbli esklużivament gћall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u li jiġu mmanifatturati mill-kumpaniji, u gћalhekk huma applikabbli mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oћra li ma tissemmix speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan id-dokument b’isimha u bl-indirizz tagћha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgћux igawdu minn dawn ir-rati u gћandhom ikunu soġġetti gћar-rata tad-dazju li tapplika gћall-“kumpaniji l-oћra kollha”.

(142)

Kwalunkwe talba gћall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju ta’ anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem ta’ l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi minnufih indirizzata lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak ta’ l-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif meћtieġ billi taġġorna l-elenku tal-kumpaniji li jkunu jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

(143)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati provviżorji tad-dazju huma:

Shandong Weldstone Tungsten Industry Co. Ltd.

25,9  %

Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co. Ltd.

46,9  %

Beijing Advanced Metal Materials Co. Ltd.

35,0  %

Il-kumpaniji l-oћra kollha

86,8  %

3.   Kontroll speċjali

(144)

Biex jiġu minimizzati r-riskji ta’ qerq dovuti għad-differenza kbira fir-rati tad-dazju, u b’mod partikolari għall-fatt li wieћed mill-produtturi li jesportaw fil-PRC u li kkoopera, u li gћalih qed jiġi propost dazju individwali, instab li kien ukoll qed jesporta lejn il-Komunità elettrodi tat-tungstenu manifatturati minn kumpanija statali li kkooperat u li ma setax jingћatalha t-TI, qed jiġi kkunsidrat li f’dan il-każ hemm il-ћtieġa ta’ miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji ta’ anti-dumping. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u manifatturat mill-produttur li jesporta rispettiv biss jistgћu jgawdu mill-marġini speċifiku ta’ dumping ikkalkulat gћall-produttur ikkonċernat. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu dan li ġej:

(145)

Il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness gћal dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’din il-fattura gћandhom jiġu soġġetti gћad-dazju residwu ta’ anti-dumping li japplika gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

(146)

Ta’ min ifakkar li jekk l-esportazzjonijiet mill-kumpaniji li jgawdu minn rati aktar baxxi ta’ dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri ta’ anti-dumping, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnfisha bidla fil-mudell tan-negozju li tkun dovuta għall-impożizzjoni tal-miżuri. F’dawn iċ-ċirkostanzi, u kemm-il darba l-kondizzjonijiet ikunu ssodisfatti, jista’ jinbeda istħarriġ ta’ kontra l-qerq. Dan l-istħarriġ jista’, inter alia, jeżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati individwali tad-dazju u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju mal-pajjiż kollu.

H.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(147)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, gћandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li gћamlu lilhom infushom magћrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż tal-bidu jkunu jistgћu jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u jitolbu smigћ. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ anti-dumping magћmula gћall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgћu jiġu kkunsidrati mill-ġdid gћall-gћan ta’ kwalunkwe dazju definittiv.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qed jiġi hawnhekk impost dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tat-tungstenu (inklużi strixxi u vireg ta’ l-elettrodi), gћajr dawk miksuba sempliċement bit-tagћqid permezz tas-sћana, kemm jekk ikunu maqtugћa gћall-qies u kemm jekk le, jaqgћu taħt il-kodiċijiet NM ex 8101 95 00 u 8515 90 90 (kodiċijiet TARIC 8101950010 u 8515909010) u joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju provviżorju ta’ anti dumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti mmanufatturati mill-kumpaniji ta’ hawn isfel għandha tkun kif ġej:

Il-Kumpanija

Id-Dazju ta’ Anti-Dumping

Il-Kodiċi Supplimentari TARIC

Shandong Weldstone Tungsten Industry Co. Ltd.

25,9  %

A754

Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co. Ltd.

46,9  %

A755

Beijing Advanced Metal Materials Co. Ltd.

35,0  %

A756

Il-kumpaniji l-oћra kollha

86,8  %

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kondizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

4.   Ir-rilaxx gћaċ-ċirkolazzjoni ћielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 gћandu jkun soġġett gћal dispożizzjoni ta’ sigurtà, li tkun ekwivalenti gћall-ammont tad-dazju provviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta’ dan ir-Regolament il-partijiet interessati jistgћu jagħmlu talba gћall-kxif tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni.

Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament gћandu japplika gћal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta' Settembru 2006.

Gћall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aћћar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU C 322, 17.12.2005, p. 12.

(3)  Il-Kummissjoni Ewropea, Id-Direttorat-Ġenerali gћall-Kummerċ, Direttorat B, 1049 Brussell, Il-Belġju.


ANNESS

Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament gћandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija, fil-format li ġej:

(1)

L-isem u l-kariga ta’ l-uffiċjal tal-kumpanija li tkun ћarġet il-fattura kummerċjali.

(2)

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taћt iffirmat, niddikjara li [il-volum] ta’ elettrodi tat-tungstenu li nbiegћu gћall-esportazzjoni fil-Komunità Ewropea u li huma koperti b’din il-fattura ġew immanifatturati minn [l-isem u l-indirizz tal-kumpanija] [il-kodiċi supplimentari TARIC] fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sћiћa u korretta.”

Data u firma