|
14.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1338/2006
tat-8 ta’ Settembru 2006
li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ġild kamoxxa li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. MIŻURI PROVVIŻORJI
|
(1) |
Fit-16 ta' Marzu 2006, il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 439/2006 (2) (ir-“Regolament provviżorju”), imponiet dazju provviżorju kontra d-dumping fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' ġild kamoxxa li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”). |
B. IL-PROĊEDURA SUSSEGWENTI
|
(2) |
Wara l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom ġie deċiż li jkunu imposti l-imsemmija miżuri provviżorji anti-dumping, għadd ta' partijiet interessati għamlu sottomissjonijiet bil-miktub bil-fehmiet tagħhom dwar ir-riżultati provviżorji. Ebda parti ma talbet li tinstema'. |
|
(3) |
Produttur esportatur Ċiniż u importatur li ma ppreżentawx lilhom infushom lill-Kummissjoni qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, ipprotestaw kontra l-impożizzjoni ta' dazji anti-dumping definittivi, mingħajr ma ssostanzjaw xi argument li jista' jitfa' dubbju fuq il-fatti u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom ġew imposti l-miżuri provviżorji. Dawn il-kumpanniji madankollu ġew infurmati li, billi ppreżentaw lilhom infushom biss fi stadju tard ħafna ta' l-investigazzjoni, ma setgħux jitqiesu bħala partijiet koperanti. |
|
(4) |
Il-kumpannija kummerċjali Ċiniża msemmija fil-premessa (25) tar-Regolament provviżorju, tenniet it-talba tagħha li hija għandha tikkwalifika għal determinazzjoni individwali ta' dumping. Din il-kumpannija diġa ġiet infurmata qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji li d-determinazzjoni individwali tista' ssir għall-esportaturi produtturi biss u mhux għall-kummerċjanti. It-talba għalhekk ma ntlaqgħetx. |
|
(5) |
Il-partijiet kollha ġew informati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuqhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ġild kamoxxa li joriġinaw mill-RPĊ u l-ġbir definittiv ta' l-ammonti marbuta permezz tad-dazju provviżorju. Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għall-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali. |
|
(6) |
Il-kummenti li ntbagħtu mill-partijiet interessati kienu kkunsidrati kif xieraq u, fejn kien xieraq, ġew immodifikati r-riżultati skond il-każ. |
Ċ. IL-PRODOTT KONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
|
(7) |
Fir-rigward tal-proċess ta' produzzjoni kif deskritt fil-premessa (13) tar-Regolament provviżorju, jiġi b'dan iċċarat li l-wiċċ imrammel jitneħħa mill-ġlud, li imbagħad jinżebgħu bl-użu biss ta' żejt tal-ħuta jew xi żejt ieħor ta' l-annimali fil-każ tal-ġild kamoxxa, jew jinżebgħu parzjalment bl-aldeidi jew b' xi aġenti oħra ta' żebgħa imbagħad b'żejt tal-ħuta jew b' xi żejt ieħor ta' l-annimali fil-każ ta' ġild kamoxxa kombinat. |
|
(8) |
Barra minn hekk, sabiex tiġi ċċarata r-referenza magħmula għall-qoxra tal-ġild kamoxxa u għall-qoxra tal-ġild kamoxxa kombinat fil-premessa (14) tar-Regolament provviżorju, il-prodott konċernat għandu jiġi definit bħala ġild kamoxxa, jew ġild kamoxxa kombinat, kemm jekk maqtugħ għall-forma kif ukoll jekk le, inklużi l-qoxra tal-ġild kamoxxa u l-qoxra tal-ġild kamoxxa kombinat (ġild kamoxxa), li joriġinaw mill-RPĊ (il-prodott konċernat), attwalment klassifikabbli taħt il-kodiċi NM 4114 10 10 u 4114 10 90 . |
|
(9) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor f'dan ir-rigward, il-premessi (13) sa (17) tar-Regolament provviżorju huma konfermati. |
D. DUMPING
1. Il-valur normali
|
(10) |
Wara l-iżvelar provviżorju, il-kumpannija kummerċjali Ċiniża msemmija fil-premessa (25) tar-Regolament provviżorju oġġezzjonat għall-użu ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika bħala pajjiż analogu kif dispost fil-premessa (22) ta' dak ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta' nuqqas, allegat, ta' produzzjoni fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, hija stqarriet li r-raġunijiet għaliex it-Turkija ma tqisitx ma kinux ġustifikati kif xieraq. Din il-kumpannija kummerċjali ma ssostanzjatx l-istqarrija tagħha u lanqas ma pprovdiet evidenza. |
|
(11) |
Kif hemm spjegat fil-premessa (21) tar-Regolament provvizorju, fil-każ tat-Turkija, l-analiżi wriet li s-suq domestiku Tork kien limitat ħafna. Kważi l-produzzjoni kollha Torka hija orjentata lejn l-esportazzjoni (prinċipalment lejn l-Ewropa u lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika) u għalhekk il-bejgħ domestiku ma kienx rappreżentattiv sabiex tintgħażel it-Turkija bħala pajjiż analogu. Is-suq domestiku Tork huwa anqas minn 2 % tas-suq domestiku ta' l-Istati Uniti u jidher ukoll li huwa aktar limitat mis-suq ta' l-Istati Uniti f'termini ta' kompetizzjoni. Tabilħaqq, kien hemm livell għoli ta' kompetizzjoni fl-Istati Uniti minn importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, kif spjegat fil-premessa (22) tar-Regolament provviżorju. Għal dak li għandu x'jaqsam man-nuqqas ta' produzzjoni allegat fl-Istati Uniti, ta' min jinnota li kien biss wara l-perjodu ta' investigazzjoni (“PI”) li l-produttur koperanti ta' l-Istati Uniti beda jidelokalizza l-produzzjoni. Matul il-PI, kien hemm suq domestiku relevanti għall-ġild kamoxxa fl-Istati Uniti. Għalhekk, l-għażla ta' l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu hija b'dan konfermata. |
|
(12) |
Wara l-iżvelar definittiv, dan in-negozjant baqa' jikkontesta l-validità ta' l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu, billi sostna li jkun diffiċli li d-data pprovduta mill-produttur ta' l-Istati Uniti tiġi verifikata minħabba li din il-kumpannija kienet waqfet il-produzzjoni tagħha fl-Istati Uniti, u għalhekk din d-data tista' ma tkunx affidabbli. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota, li matul il-PI, kif imsemmi fil-premessa (11), il-produttur kien għadu jipproduċi kwantitajiet konsiderevoli ta' ġild kamoxxa fl-Istati Uniti għal bejgħ fuq is-suq domestiku tagħha. Barra minn dan, id-data għall-PI li fuqha l-valur normali ġie stabbilit ġiet debitament verifikata fuq il-post ta' produzzjoni tal-produttur ta' l-Istati Uniti u nstab li kienet preċiża u affidabbli. |
|
(13) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe argument ieħor f'dan ir-rigward, il-premessi (20) sa (24) tar-Regolament provviżorju huma konfermati. |
2. Il-prezz ta' esportazzjoni
|
(14) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment f'dan ir-rigward, il-premessa (25) tar-Regolament provviżorju hija b'dan konfermata. |
3. Paragun
|
(15) |
Bħala segwitu għall-iżvelar provviżorju, il-kumpannija kummerċjali Ċiniża msemmija fil-premessa (25) tar-Regolament provviżorju talbet li jsir aġġustament ieħor fir-rigward ta' differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi minħabba li xi parti mill-ġild kamoxxa esportat lejn il-Komunità mill-RPĊ kienet f'sura ta' xogħol ta' rqajja, magħmula minn biċċiet żgħar ta' fdalijiet ta' ġild kamoxxa, li kienu ta' kwalità inqas tajba mill-ġild kamoxxa mibjugħ mill-industrija ta' l-Istati Uniti. |
|
(16) |
It-talba ġiet eżaminata abbażi ta' l-informazzjoni pprovduta mill-kumpannija kummerċjali u milqugħa sa fejn l-esportazzjonijiet ta' l-irqajja tal-ġild kamoxxa setgħu jiġu identifikati. Għalhekk, sar aktar aġġustament fir-rigward tax-xogħol tar-rqajja mill-ġild kamoxxa sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta' esportazzjoni, biż-żieda fl-aġġustament għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi stabbiliti fil-premessa (26) tar-Regolament provviżorju. |
4. Il-marġni tad-dumping
|
(17) |
Fid-dawl ta' dan hawn fuq imsemmi, il-marġni tad-dumping finalment determinat, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF, fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, huwa ta' 69,8 %. |
E. DANNU
1. Il-produzzjoni Komunitarja
|
(18) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment f'dan ir-rigward, il-premessa (28) tar-Regolament provviżorju hija b'dan konfermata. |
2. Definizzjoni ta' l-industrija Komunitarja
|
(19) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment f'dan ir-rigward, il-premessi (29) u (30) tar-Regolament provviżorju huma b'dan konfermati. |
3. Il-konsum Komunitarju
|
(20) |
Fir-reviżjoni ta' l-informazzjoni statistika disponibbli mill-Eurostat, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi diversi mill-RPĊ ġew modifikati. Sussegwentement, iċ-ċifri ta' konsum tal-Komunità ġew emendati skond kif ġej:
|
|
(21) |
Dan juri li d-domanda għall-prodott konċernat fil-Komunità żdiedet b'7 % matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri bi ftit aktar milli hemm stabbilit fil-premessa (31) tar-Regolament provviżorju. Abbażi ta' dan, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor li jikkonċerna l-konsum Komunitarju, il-metodoloġija spjegata fil-premessa (31) tar-Regolament provviżorju hija b'dan konfermata. |
4. Il-volum ta' importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat u s-sehem tas-suq
|
(22) |
Fid-dawl tar-reviżjoni żgħira li saret liċ-ċifri għall-konsum Komunitarju, is-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet mill-RPĊ huwa mmodifikat skond kif meħtieġ tul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:
|
|
(23) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet mill-RPĊ żiedu s-sehem tagħhom tas-suq tal-Komunità minn 10,4 % fl-2001 għal 30,2 % fil-PI. Din iż-żieda rapida fis-sehem tas-suq seħħet fuq sfond ta' tkabbir aktar bil-mod fil-konsum. Għalhekk, it-tendenza stabbilita fil-premessa 33 tar-Regolament provviżorju hija b'dan konfermata. |
|
(24) |
Wara li ntlaqgħet it-talba magħmula mill-kumpannija kummerċjali Ċiniża kif stabbilit fil-premessa (16) hawn fuq, u l-aġġustament relevanti magħmul għall-fini tal-kalkoli ta' dumping, sar aġġustament bħalu fil-prezzijiet ta' importazzjoni tal-prodott konċernat minħabba l-kwalità ifqar tal-ġild kamoxxa esportat lejn il-Komunità mill-RPĊ taħt sura ta' xogħol ta' rqajja għall-fini ta' kalkolu tal-livell ta' qtugħ fil-prezz. L-aġġustament minħabba differenzi fil-kwalità stabbilit fil-premessa (35) tar-Regolament provviżorju ġie għalhekk rivedut 'il fuq. Abbażi ta' dan, il-paragun wera li matul il-PI, il-prodott konċernat li joriġina mill-RPĊ inbiegħ fil-Komunità bi prezzijiet inqas mill-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja, meta espress bħala perċentwal ta' dawn ta' l-aħħar, b'29 %. |
|
(25) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor f'dan ir-rigward, il-premessi (32) u (34) tar-Regolament provviżorju huma b'dan konfermati. |
5. Is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija Komunitarja
|
(26) |
Fid-dawl taċ-ċifri riveduti għall-konsum fil-Komunità, is-sehem tas-suq ta' l-industrija Komunitarja ġie modifikat skond kif meħtieġ tul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:
|
|
(27) |
It-tnaqqis sinifikanti fil-volum tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja tul il-perjodu konsidrat jidher fis-sħiħ fis-sehem tas-suq li naqas b'mod kontinwu minn 39,9 % fl-2001 sa 30,8 % fil-PI. Għalhekk, it-tendenza stabbilita fil-premessa 39 tar-Regolament provviżorju hija b'dan konfermata. |
|
(28) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor f'dan ir-rigward, il-premessi (37) u (38) u (40) sa (54) tar-Regolament provviżorju huma b'dan konfermati. |
6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(29) |
Il-fatturi analizzati ta' hawn fuq, jiġifieri il-konsum Komunitarju, is-sehem tas-suq ta' l-industrija Komunitarja u dak tal-produtturi Ċiniżi, ma kellhomx effett fuq it-tendenzi kif stabbiliti fir-Regolament provviżorju. Il-marġini ta' differenza fil-prezz baqa' wieħed ta' livell għoli. Abbażi ta' dan, il-konklużjonijiet rigward id-dannu materjali mġarrab mill-industrija Komunitarja kif stabbilit fir-Regolament provviżorju jibqgħu l-istess. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, huma għalhekk konfermati b'mod definit. |
F. KAWŻAZZJONI
1. L-effetti ta' l-importazzjonijiet ddampjati
|
(30) |
Il-kummerċjant esportatur koperanti saħaq li l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi kawżazzjoni b'sisien sodi dwar l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat. Huwa oġġezzjona wkoll dwar l-analiżi fir-Regolament provviżorju meta saħaq li billi l-prezzijiet ta' importazzjoni kienu baxxi għal żmien twil u b'mod partikolari anke meta l-industrija Komunitarja kien fiha l-qligħ, m'hemm ebda rabta ta' każwalità bejn il-prezzijiet ta' importazzjoni u l-possibbiltà negattiva ta' qligħ ta' l-industrija Komunitarja matul il-PI. |
|
(31) |
F'dan ir-rigward, għandu l-ewwelnett jiġi nnutat li skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tad-dannu mhuwiex limitat għall-qligħ ta' l-industrija Komunitarja, iżda wkoll jieħu kont ta' bosta fatturi oħra kif stabbiliti fil-premessi (28) sa (58) tar-Regolament provviżorju, li fuq il-bażi tiegħu l-industrija Komunitarja nstabet li sofriet minn danni materjali tul il-perjodu meqjus. Rigward l-effett ta' l-importazzjonijiet ddampjati, dan ġie muri b'mod partikolari miż-żieda tripla tas-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet mill-RPĊ tul il-perjodu meqjus. Din iż-żieda saret bi ħsara ta' l-industrija Komunitarja billi din ħabbtet wiċċha ma' nuqqas sostanzjali tal-volum tal-bejgħ tagħha (– 17 punti perċentwali) minkejja f'suq li qiegħed jikber. Fir-rigward tal-prezzijiet iddampjati, dawn instabu li naqqsu b'mod sinifikanti l-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja tul il-PI. Għalkemm il-prezzijiet ta' importazzjoni tabilħaqq ma segwewx xejriet negattivi stretti, iżda varjaw kemmxejn tul il-perjodu meqjus, baqgħu fuq livell li kien b'mod sinifikanti inqas minn dak ta' l-industrija Komunitarja, li juri b'hekk li huma naqqsu b'mod kontinwu l-kondizzjonijiet tas-suq li progressivament sforza lill-industrija Komunitarja sabiex tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha kif jidher ċar fil-premessa (45) tar-Regolament provviżorju. Fuq din il-bażi, l-argument tan-negozjant li jesporta ġie rrifjutat. |
|
(32) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor li jikkonċerna l-effetti ta' l-importazzjonijiet iddampjati, il-premessi (60) sa (64) disposti fir-Regolament provviżorju huma b'dan konfermati. |
2. L-effetti ta' fatturi oħra
|
(33) |
L-istess parti argumentat wkoll li billi l-prezz mill-RPĊ u l-prezzijiet ta' L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kienu tassew inqas minn dawk ta' l-industrija Komunitarja, l-esklużjoni ta' dawk l-importazzjonijiet mill-analiżi tad-danni u mill-investigazzjoni tad-dumping turi li l-RPĊ kienet immirata b'għan fuq bażi diskriminatorja. Rigward l-importazzjonijiet mit-Turkija, ġie argumentat ukoll li l-metodoloġija użata mill-Kummissjoni sabiex tuża b'mod selettiv it-tendenzi tal-prezzijiet mhijiex kompatibbli mar-regoli dwar bosta dispożizzjonijiet tad-WTO. |
|
(34) |
F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat fil-bidu li l-Kummissjoni analizzat l-importazzjonijiet mit-Turkija separatament, billi kienu l-aktar sinifikanti fil-volum wara dawk mill-RPĊ. Għall-għan ta' kjarifika, trasparenza u tlestija ta' l-analiżi u minħabba r-reviżjoni tad-data statistika msemmija fil-premessa (19), hija ppreżentata hawn isfel tabella aktar dettaljata b'importazzjonijiet riveduti mill-pajjiżi terzi.
|
|
(35) |
Din it-tabella turi li huma biss l-importazzjonijiet mit-Turkija li żdiedu b'mod sostanzjali, jiġifieri minn 353 elf pied kwadrat fl-2001 għal 1 677 elf pied kwadrat fil-PI f'prezzijiet li huma anqas minn dawk ta' l-industrija Komunitarja. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (66) tar-Regolament provviżorju, parti sinifikanti ta' dawn l-importazzjonijiet saret minn produttur Komunitarju koperanti sabiex ikollu l-firxa kompleta tal-prodotti tiegħu jew sabiex jesporta mill-ġdid il-prodott wara li jiġi mirqum u ppakkjat mill-ġdid u għalhekk dawn il-kwantitajiet ma setgħux ikkawżaw danni lill-industrija Komunitarja. Fir-rigward tal-kwantitajiet li kien jifdal, huma rrapreżentaw sehem tas-suq baxx u stabbli madwar 2 %, għajr tal-PI, u kif spjegat fil-premessa (66) tar-Regolament provviżorju, dawn l-importazzjonijiet jista' jkun li kkontribwixxew, iżda mhux b'mod sinifikanti, għad-danni materjali mġarrba mill-industrija Komunitarja. |
|
(36) |
Rigward il-“pajjiżi l-oħra”, (għajr it-Turkija) imsemmija fit-tabella hawn fuq, l-importazzjonijiet tagħhom irrappreżentaw sehem fis-suq ta' kważi jew saħansitra ta' inqas mid-de minimis fil-PI u b'tendenza negattiva jew relattivament stabbli tul il-perjodu meqjus. Is-sehem tas-suq globali ta' l-importazzjonijiiet minn dawn il-pajjiżi, naqas minn 9,6 % fl-2001 għal 8,3 % fil-PI. Fuq din il-bażi, huwa meqjus definittivament li l-ebda wieħed minn dawn il-pajjiżi ma kkawża danni lill-Komunità. |
|
(37) |
L-argument tal-kumpannija ta' negozju Ċiniża ikkwotat fl-aħħar tal-premessa (33) li “l-metodoloġija użata mill-Kummissjoni sabiex tuża b'mod selettiv it-tendenzi tal-prezzijiet mhijiex kompatibbli ma' deċiżjonijiet dwar bosta dispożizzjonijiet tad-WTO” kien vag u mingħajr sisien u għalhekk ġie rrifjutat. |
|
(38) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe tagħrif ieħor imressaq li jissostanzja l-effett ta' l-importazzjonijiet minn pajjiżi diversi mill-RPĊ, huwa definittivament meqjus li tali importazzjonijiet ma jistgħux ikunu r-raġuni determinanti għas-sitwazzjoni dannuża ta' l-industrija Komunitarja. |
|
(39) |
Ġie argumentat ukoll li d-dannu mġarrab mill-industrija Komunitarja kien fil-biċċa l-kbira kkaġunat mit-telf tagħha fis-swieq ta' l-esportazzjoni. Tressaq l-argument li jekk kwalunkwe telf fis-suq barrani ikun attribwit għal xi pajjiż suġġett għal investigazzjoni dwar dumping, l-azzjoni minnha stess tirrifletti intenzjoni diskriminatorja. |
|
(40) |
Fil-bidu għandu jiġi nnutat li l-analiżi tal-Kummissjoni tas-sitwazzjoni ta' l-industrija Komunitarja li tinkludi l-qligħ tqis biss l-attività tan-negozju tagħha għall-prodott konċernat fi ħdan il-Komunità. Għalhekk, kwalunkwe dannu kkawżat allegatament mit-telfien fis-swieq ta' l-esportazzjoni mhuwiex meqjus fil-qafas ta' dan l-istħarriġ. Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet ta' l-industrija Komunitarja ssemmew safejn kien meħtieġ sabiex jiġu interpretati ċerti indikaturi aggregati bħal pereżempju l-ishma. Għalhekk, jitqies li l-analiżi tas-sitwazzjoni ta' l-industrija Komunitarja saret b'konformità sħiħa mar-Regolament bażiku. |
|
(41) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor dwar il-każwalità, il-premessi (59) sa (72) disposti fir-Regolament provviżorju huma b'dan konfermati. |
G. L-INTERESS KOMUNITARJU
|
(42) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment dwar l-interess Komunitarju, il-premessi (73) sa (82) stipulati fir-Regolament provviżorju huma b'dan konfermati. |
H. MIŻURI DEFINITTIVI KONTRA D-DUMPING
|
(43) |
Fid-dawl tat-talba msemmija fil-premessi (15), (16) u (24), id-data ta' importazzjoni użata fid-determinazzjoni tal-livell ta' tneħħija tad-dannu, kif deskritta fil-premessa (86) tar-Regolament provviżorju, ġiet aġġustata sabiex tqis il-fatt li ċerti kwantitajiet tal-ġild kamoxxa esportati lill-Komunità mill-RPĊ fis-sura ta' biċċiet żgħar kienu ta' kwantità aktar baxxa mill-ġild kamoxxa mibjugħ mill-industrija Komunitarja. |
|
(44) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-livell ta' tneħħija tad-dannu li fl-aħħar ġie ddeterminat kien ta' 58,9 %. |
|
(45) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward id-dumping, id-danni, il-kawżazzjoni u l-interess Komunitarju, u skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-ġild kamoxxa li joriġinaw mill-RPĊ fil-livell tal-marġni tad-dumping u tad-danni aktar baxxi, skond ir-regola tad-dazju aktar baxx. F'dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tkun stabbilita kif xieraq fil-livell tad-dannu li nstab. Fuq din il-bażi, id-dazju definittiv huwa ta' 58,9 %. |
I. IL-ĠBIR DEFINITTIV TAD-DAŻJU PROVVIŻORJU
|
(46) |
Fid-dawl tad-daqs tal-marġni tad-dumping misjuba fl-RPĊ u b'kunsiderazzjoni tal-livell tad-danni kkaġunati lill-industrija Komunitarja, jitqies meħtieġ li l-ammonti marbuta permezz tad-dazju definittiv kontra d-dumping impost mir-Regolament provviżorju għandhom jinġabru definittivament sa l-ammont tad-dazju definittiv impost. Billi d-dazju definittiv huwa anqas mid-dazju provviżorju, l-ammonti marbuta eċċessivament għar-rata definittiva tad-dazju kontra d-dumping għandhom jiġu rilaxxati, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa impost b'dan dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ġild kamoxxa u ġild kamoxxa kombinat, kemm jekk maqtugħ għall-forma kif ukoll jekk le, inklużi l-qoxra tal-ġild kamoxxa u l-qoxra tal-ġild kamoxxa kombinat, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 4114 10 10 u 4114 10 90 .
2. Ir-rata tad-dazju definittiv kontra d-dumping applikabbli għall-prezz nett, liberu fuq il-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għal prodotti magħmula mill-kumpanniji kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandha tkun ta' 58,9 %.
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazju doganali.
Artikolu 2
L-ammonti marbuta permezz tad-dazju provviżorju kontra d-dumping skond ir-Regolament (KE) Nru 439/2006 dwar l-importazzjonijiet tal-ġild kamoxxa li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom jinġabru b'mod definittiv bir-rata tad-dazju definittiv imposta skond l-Artikolu 1. L-ammonti marbuta li jaqbżu l-ammont tad-dazju definittiv għandhom jiġu rilaxxati.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, it-8 ta’ Settembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
E. TUOMIOJA
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).