15.8.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT (KE) Nru 1198/2006 TAL-KUNSILL
tas-27 ta Lulju 2006
dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),
Billi:
(1) |
L-iżvilupp tal-flotta Komunitarja tas-sajd għandu jiġi regolat b'mod partikolari skond id-deċiżjonijiet li huma msejħa jieħdu l-Kunsill u l-Kummissjoni taħt il-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (4); |
(2) |
L-objettiv tal-politika komuni tas-sajd għandu jkun dak li jiġu stabbiliti provvedimenti għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin u ta' l-akkwakultura fil-kuntest ta' l-iżvilupp sostenibbli, b'kont meħud ta' l-aspetti ambjentali, ekonomiċi u soċjali b'mod bilanċjat. |
(3) |
L-ambitu tal-politika komuni tas-sajd jestendi għall-konservazzjoni, għall-ġestjoni u għall-isfruttament tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin u ta' l-akkwakultura, kif ukoll għall-ipproċessar u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura sa fejn dawn l-attivitajiet huma prattikati fit-territorju ta' l-Istati Membri, f'ilmijiet Komunitarji jew minn bastimenti tas-sajd Komunitarji jew minn ċittadini ta' l-Istati Membri. |
(4) |
Taħt l-Artikolu 33(2) tat-Trattat, għandu jittieħed kont tan-natura partikolari ta' l-attività li tirriżulta mill-istruttura soċjali tas-settur u mid-disparitajiet strutturali u naturali bejn id-diversi reġjuni involuti fl-attivitajiet tas-sajd. |
(5) |
Il-komponent ta' l-iżvilupp sostenibbli tal-politika komuni tas-sajd ġie integrat fir-regoli li jiggvernaw il-Fondi Strutturali mill-1993 'l hawn. L-implementazzjoni tiegħu għandha tiġi segwita fil-kuntest ta' l-iżvilupp sostenibbli permezz tal-Fond Ewropew għas-Sajd (minn hawn 'il quddiem il-“FES”). |
(6) |
Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżvilupp sostenibbli tal-politika komuni tas-sajd ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba l-problemi strutturali li jiġu jinsabu fl-iżvilupp tas-settur tas-sajd u l-limiti fuq ir-riżorsi finanzjarji ta' l-Istati Membri f'Unjoni mkabbra, u jista' għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju billi jiġi provdut finanzjament multi-finanzjarju li jkun iffokat fuq il-prioritajiet relevanti, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan. |
(7) |
Il-politika komuni tas-sajd u għaldaqstant il-FES għandhom jinkorporaw il-prioritajiet Komunitarji għall-iżvilupp sostenibbli kif definiti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u ta' l-24 ta' Marzu 2000 u tal-Kunsill Ewropew ta' Gothenburg tal-15 u tas-16 ta' Ġunju 2001. |
(8) |
Il-programmazzjoni għandha tiżgura l-koordinazzjoni tal-FES ma' fondi l-oħra li jimmiraw għall-iżvilupp sostenibbli u mal-Fondi Strutturali u fondi Komunitarji oħra. |
(9) |
L-attività tal-FES u l-operazzjonijiet li jgħin jiffinanzja għandhom ikunu kompatibbli mal-linji politiċi Komunitarji oħra u jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja kollha. |
(10) |
L-azzjoni Komunitarja għandha tkun komplementari għall-azzjoni mwettqa mill-Istati Membri jew għandha tfittex li tikkontribwixxi għal dik l-azzjoni. Sabiex jiġi żgurat valur miżjud sinifikattiv, għandha tiġi msaħħa s-sħubija. Din is-sħubija, b'kont sħiħ meħud tar-regoli u l-prattika ta' l-Istati Membri, tikkonċerna l-awtoritajiet reġjonali, lokali, u awtoritajiet pubbliċi oħra, kif ukoll korpi relevanti oħra, inklużi dawk responsabbli għall-ambjent u għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali u korpi kompetenti oħra. L-imsieħba konċernati għandhom ikunu involuti fit-tħejjija, fl-implementazzjoni, fil-monitoraġġ u fil-valutazzjoni ta' l-assistenza. |
(11) |
Taħt l-Artikolu 274 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni sabiex jiżguraw konformità mal-prinċipji relatati ma' l-amministrazzjoni finanzjarja tajba. Għal dak l-għan, dan ir-Regolament jispeċifika l-kondizzjonijiet li jippermettu lill-Kummissjoni teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha għall-eżekuzzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. |
(12) |
Jekk l-attivitajiet tal-FES għandhom ikunu effettivi u trasparenti, ir-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri u tal-Komunità għandhom jiġu definiti b'mod preċiż. Dawk ir-responsabbiltajiet għandhom jiġu speċifikati għal kull stadju ta' programmazzjoni, monitoraġġ, valutazzjoni u kontroll. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni, l-implementazzjoni u l-ispezzjoni ta' l-assistenza għandhom ikunu primarjament ir-responsabbilità ta' l-Istati Membri; |
(13) |
L-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat jipprevedu l-eliminazzjoni ta' l-inugwaljanzi u l-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. |
(14) |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tqassim indikattiv ta' l-approprjazzjonijiet disponibbli ta' impenn bl-użu ta' metodu oġġettiv u trasparenti, b'konċentrazzjoni sinifikattiva fuq ir-reġjuni koperti mill-objettiv ta' Konverġenza. |
(15) |
L-approprjazzjonijiet disponibbli taħt il-FES għandhom jiġu indiċizzati fuq bażi ta' rata unika għall-programmazzjoni. |
(16) |
Sabiex jissaħħaħ l-effett sollevanti tar-riżorsi Komunitarji billi, sa fejn ikun possibbli, jiġi ffavorit l-użu ta' sorsi privati ta' finanzjament u sabiex jittieħed kont aħjar tar-redditività ta' l-operazzjonijiet, il-forom ta' assistenza disponibbli mill-FES għandhom ikunu diversifikati u r-rati ta' l-assistenza differenzjati bl-iskop li jitmexxa 'l quddiem l-interess Komunitarju, li jitħeġġeġ l-użu ta' firxa wiesgħa ta' riżorsi finanzjarji u li tiġi limitata l-kontribuzzjoni mill-FES billi jitħeġġeġ l-użu ta' forom adegwati ta' assistenza. |
(17) |
Sabiex jissaħħaħ il-kontenut strateġiku tal-politika komuni tas-sajd skond il-prijoritajiet tal-Komunità għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd u ta' l-akkwakultura, l-Istati Membri għandhom jadottaw, wara djalogu mal-Kummissjoni, pjan ta' strateġija nazzjonali dwar l-aspetti kollha relevanti tal-politika komuni tas-sajd. |
(18) |
Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa għas-simplifikazzjoni u għad-deċentralizzazzjoni, għandhom isiru programmazzjoni u ġestjoni finanzjarja fil-livell tal-programm operattiv u ta' l-assi prijoritarji waħedhom, u jieqfu l-komplementi programmatiċi u l-oqfsa ta' sostenn Komunitarju. |
(19) |
Is-sistema ta' programmazzjoni għandha tiġi simplifikata. Għal dak il-għan l-attivitajiet tal-FES għandhom jieħdu l-forma ta' programm operattiv uniku għal kull Stat Membru, skond l-istruttura nazzjonali tiegħu. L-eżerċizzju ta' programmazzjoni għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013. |
(20) |
L-adozzjoni mill-Kunsill ta' pjanijiet ta' rkupru multi-annwali u ta' pjanijiet ta' ġestjoni huma priorità assoluta u għandhom ikunu akkumpanjati minn pjanijiet għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd taħt il-FES. |
(21) |
In-nuqqas ta' tiġdid ta' ftehim tas-sajd bejn il-Komunità u pajjiż terz jew it-tnaqqis sostanzjali fl-opportunitajiet tas-sajd taħt arranġament internazzjonali jew arranġament ieħor għandhom ukoll jirriżultaw fi pjanijiet multi-annwali ta' ġestjoni ta' l-isforz tas-sajd immirati lejn l-aġġustament tal-flotta għas-sitwazzjoni l-ġdida. |
(22) |
Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd in konnessjoni ma' l-adozzjoni ta' miżuri ta' emerġenza mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni kif previst fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. |
(23) |
Għandhom ukoll jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd in konnessjoni ma' l-adozzjoni ta' skemi nazzjonali ta' diżattivazzjoni bħala parti mill-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 11 sa 16 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. |
(24) |
Il-flotta Komunitarja tas-sajd għandha tiġi aġġustata sabiex tiġi adattata għar-riżorsi disponibbli u aċċessibbli. |
(25) |
Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għas-sostenn ta' l-investiment abbord, b'mod partikolari sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa ta' ristrutturazzjoni tal-flotta Komunitarja tas-sajd billi jiġu sostnuti s-sajjieda u l-proprjetarji ta' bastimenti sabiex jissostitwixxu magni b'magni ġodda ta' l-istess qawwa jew inqas. |
(26) |
Addizzjonalment, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet ta' sajd kostali fuq skala żgħira. |
(27) |
Huma meħtieġa miżuri soċjo-ekonomiċi paralleli sabiex tiġi implementata r-ristrutturazzjoni tal-flotta Komunitarja tas-sajd. |
(28) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-għoti ta' allowances u ta' kumpens finanzjarju lis-sajjieda u lill-proprjetarji tal-bastimenti tas-sajd f'każijiet ta' waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd. |
(29) |
Huwa vitali għas-settur tas-sajd li jinkiseb bilanċ sostenibbli bejn ir-riżorsi akkwatiċi u l-isfruttament tagħhom, filwaqt li tingħata l-attenzjoni debita lill-impatt ambjentali. Għalhekk għandhom jiġu adottati l-miżuri adegwati mhux biss għas-salvagwardja tal-katina ta' l-ikel iżda wkoll għall-akkwakultura u għall-industrija ta' l-ipproċessar. |
(30) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-għoti ta' għajnuna lill-akkwakultura, lis-sajd intern, lill-ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura, filwaqt li jiġi żgurat li dawn is-setturi jibqgħu ekonomikament vijabbli. Għal dak l-għan, huwa meħtieġ li jiġu identifikati numru limitat ta' objettivi prijoritarji għall-assistenza u li l-għajnuna strutturali tiġi ffokata għall-akkwakultura, għall-ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura fuq impriżi mikro, impriżi żgħar u impriżi ta' daqs medju bi prijorità mogħtija lill-mikro-impriżi u lill-impriżi żgħar. |
(31) |
Il-FES għandu jsostni wkoll miżuri ta' interess komuni ta' ambitu usa' mill-miżuri normalment meħuda minn impriżi privati. |
(32) |
Jeħtieġ li jiġu pprovduti miżuri paralleli għall-politika komuni tas-sajd, b'mod partikolari billi jitnaqqas l-impatt soċjo-ekonomiku tagħha bl-implementazzjoni ta' strateġiji ta' żvilupp lokali għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd. |
(33) |
B'kont meħud tad-diversità ta' sitwazzjonijiet u żoni fil-Komunità kollha, il-politika għall-iżvilupp ta' żoni tas-sajd għandha tifforma parti minn approċċ integrat ibbażat fuq strateġija territorjali adegwata, għandha tiġi adattata għall-kuntest lokali, tkun deċentralizzata kemm jista' jkun, tagħti preferenza għall-parteċipazzjoni ta' atturi fil-post, tkun ibbażata fuq approċċ minn isfel għal fuq, tippermetti operazzjonijiet fuq skala żgħira u tiżgura l-parteċipazzjoni sostanzjali ta' atturi mis-settur privat. |
(34) |
Bħala għajnuna teknina, il-FES għandu wkoll jipprovdi sostenn għal valutazzjonijiet, studji u skambji ta' esperjenza sabiex tiġi ffaċilitata l-implementazzjoni tal-programm operattiv u jiġu promossi approċċi u prattika innovattivi għall-implementazzjoni sempliċi u trasparenti. |
(35) |
L-implementazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-FES mill-Istati Membri permezz ta' ġestjoni kondiviża għandha tipprovdi garanziji suffiċjenti dwar id-dettalji u l-kwalità ta' l-implementazzjoni, ir-riżultati ta' l-operazzjonijiet u l-valutazzjoni tagħhom u dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tajba u s-superviżjoni tagħha. |
(36) |
L-effikaċja u l-impatt ta' l-operazzjonijiet tal-FES jiddipendu wkoll fuq valutazzjoni mtejba u aktar dettaljata. Għandhom jiġu stabbiliti r-responsabbilitajiet ta' l-Istati Membri u tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward u l-arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tal-valutazzjoni. |
(37) |
Fl-interess ta' sħubija tajba fix-xogħol u tal-promozzjoni xierqa ta' l-assistenza Komunitarja, għandu jsir provvediment sabiex tingħata l-aktar informazzjoni u pubbliċità possibbli dwarha. L-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni ta' l-assistenza għandhom ikunu responsabbli għal dan l-aspett u sabiex iżommu lill-Kummissjoni informata dwar il-miżuri meħuda. |
(38) |
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti limiti massimi għall-kontribuzzjoni pubblika għal kull operazzjoni. |
(39) |
Jixraq ukoll li jiġu stabbiliti limiti massimi għall-kontribuzzjoni mill-FES relattivament għan-nefqa pubblika totali għal kull assi prijoritarju. |
(40) |
Sabiex tiġi ggarantita l-implementazzjoni effiċjenti u korretta, għandhom jiġu stabbiliti l-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll, taċ-ċertifikazzjoni ta' l-infiq u tal-prevenzjoni, skoperta u korrezzjoni ta' irregolaritajiet u ta' ksur tal-liġi Komunitarja. Fir-rigward tal-ġestjoni u tal-kontroll, huwa meħtieġ, b'mod partikolari, li jiġu stabbiliti l-modalitajiet li bihom l-Istati Membri jagħtu l-assigurazzjoni li s-sistemi jkunu f'posthom u li jkunu jaħdmu sodisfaċentement. |
(41) |
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri adegwati sabiex jiggarantixxu l-funzjonament korrett tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll. Għal dak il-għan, għandhom jinħatru awtorità ta' ġestjoni, awtorità ta' ċertifikazzjoni u awtorità ta' verifika għal kull pakkett ta' assistenza u r-responsabbiltajiet tagħhom għandhom jiġu speċifikati. Dawn ir-responsabbilitajiet għandhom ikunu relatati primarjament ma' l-implementazzjoni finanzjarja tajba, ma' l-organizzazzjoni tal-valutazzjoni, maċ-ċertifikazzjoni ta' l-infiq, mal-verifika u mal-konformità mal-liġi Komunitarja. Għandu jsir provvediment għal laqgħat regolari bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali konċernati sabiex isir monitoraġġ ta' l-assistenza. |
(42) |
Għandu jiġi stipulat li l-kumitat ta' monitoraġġ ikun korp maħtur mill-Istat Membru bil-għan li jiżgura l-kwalità ta' l-implementazzjoni ta' programm operattiv. |
(43) |
L-indikaturi u r-rapporti annwali dwar l-implementazzjoni huma essenzjali għall-monitoraġġ u għandhom jiġu definiti aħjar sabiex jirriflettu b'mod affidabbli l-progress u l-kwalità ta' l-implementazzjoni tal-programm operattiv. |
(44) |
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat eżistenti tal-Kummissjoni rigward il-kontroll finanzjarju, il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni f'dan il-qasam għandha tissaħħaħ. |
(45) |
Ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw l-impenji u l-pagamenti għandhom jiġu simplifikati sabiex jiġi żgurat fluss regolari ta' flus. Pre-finanzjament ta' 7 % tal-kontribuzzjoni mill-FES jgħin sabiex titħaffef l-implementazzjoni tal-programm operattiv. |
(46) |
Addizzjonalment għas-sospensjoni ta' pagamenti fejn tiġi skoperta xi defiċjenza serja fis-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, għandu jkun hemm miżuri li jippermettu lill-uffiċjal awtorizzanti, permezz ta' delega, jinterrompi l-pagamenti fejn teżisti prova li tissuġġerixxi defiċjenza sinifikattiva fil-funzjonament korrett ta' dawn is-sistemi jew li jippermettu lill-Kummissjoni tagħmel tnaqqis mill-pagamenti jekk l-Istat Membru konċernat ma jkunx implementa l-miżuri kollha li jkun jifdal fi pjan ta' azzjoni korrettiv. |
(47) |
Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni tajba tar-riżorsi Komunitarji, għandu jsir titjib fil-previżjoni u l-implementazzjoni ta' l-infiq. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jibagħtu regolarment lill-Kummissjoni l-previżjonijiet tagħhom dwar l-użu tar-riżorsi Komunitarji u kwalunkwe dewmien fl-implementazzjoni finanzjarja għandha tagħti lok għar-rimbors ta' pagamenti li jkunu saru bil-quddiem u għal diżimpenji awtomatiċi. |
(48) |
Il-proċeduri ta' l-għeluq għandhom jiġu simplifikati billi joffru l-possibbiltà lil dawk l-Istati Membri li jkunu jridu dan, skond l-iskeda kronoloġika li huma stess jagħżlu, sabiex jagħlqu parzjalment il-programm operattiv tagħhom fir-rigward ta' l-operazzjonijiet li jkunu tlestew. Għandu jiġi pprovdut il-qafas adegwat sabiex isir dan. |
(49) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5) permezz tal-proċedura ta' amministrazzjoni prevista fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni. Madankollu, f'ċerti każi u fl-interessi ta' l-effikaċja, il-proċedura konsultattiva prevista fl-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni tkun il-proċedura l-aktar adegwata. |
(50) |
Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet transizzjonali dettaljati sabiex jippermettu t-tħejjija ta' programmazzjoni ġdida immedjatament kif jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament u sabiex jiġi żgurat li l-assistenza lill-Istati Membri ma tiġix interrotta sa meta jiġi adottat il-programm operattiv skond dan ir-Regolament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
OBJETTIVI U REGOLI ĠENERALI DWAR L-ASSISTENZA
KAPITOLU I
Ambitu ta' applikazzjoni u definizzjonijiet
Artikolu 1
L-ambitu ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Ewropew għas-Sajd (minn hawn 'il quddiem, il-“FES”) u jiddefinixxi l-qafas għas-sostenn Komunitarju għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd, taż-żoni tas-sajd u tas-sajd f'ilmijiet interni.
Artikolu 2
L-ambitu ġeografiku
1. Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw fit-territorju kollu tal-Komunità.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, għall-finijiet ta' l-assistenza prevista taħt il-Kapitolu IV tat-Titolu (Assi prijoritarju IV: miżuri dwar l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd), l-Istati Membri għandhom jagħżlu ż-żoni eliġibbli abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(3) u (4).
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“settur tas-sajd”: is-settur ta' l-ekonomija li jinkludi l-attivitajiet kollha tal-produzzjoni, ta' l-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura; |
(b) |
“sajjied”: kwalunkwe persuna impenjata f'sajd professjonali abbord bastiment operattiv tas-sajd, kif rikonoxxut mill-Istat Membru; |
(ċ) |
“bastiment tas-sajd”: kwalunkwe bastiment fis-sens ta' l-Artikolu 3 punt (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; |
(d) |
“akkwakultura”: it-trobbija jew il-kultivazzjoni ta' organiżmi akkwatiċi bl-użu ta' teknika maħsuba sabiex iżżid il-produzzjoni ta' l-organiżmi akkwatiċi konċernati b'miżura li tiżboq il-kapaċità naturali ta' l-ambjent; l-organiżmi akkwatiċi jibqgħu l-proprjetà ta' persuna fiżika jew ġuridika matul l-istadju kollu tat-trobbija jew tal-kultivazzjoni, sar-rakkolta u inkluż waqt ir-rakkolta; |
(e) |
“żona tas-sajd”: żona, b'xatt tal-baħar jew ta' lag jew li tinkludi għadajjar jew estwarju ta' xmara u b'livell sinifikattiv ta' impjieg fis-settur tas-sajd; |
(f) |
“impriża mikro, żgħira u ta' daqs medju”: impriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju kif definita fl-Artikolu 2(1) tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (6); |
(g) |
“programm operattiv”: dokument wieħed imfassal mill-Istat Membru u approvat mill-Kummissjoni li jkun fih sett koerenti ta' assi prijoritarji li għandhom jinkisbu bl-għajnuna mill-FES; |
(h) |
“programmazzjoni”: il-proċess ta' organizzazzjoni, tat-teħid ta' deċiżjonijiet u ta' finanzjament f'diversi stadji maħsub sabiex jimplementa, fuq bażi multi-annwali, l-azzjoni konġunta mill-Komunità u mill-Istati Membri sabiex jinkisbu l-għanijiet prijoritarji tal-FES; |
(i) |
“assi prijoritarju”: wieħed mill-prijoritajiet fi programm operattiv li jinkludi grupp ta' miżuri li jkunu relatati u li jkollhom għanijiet speċifiċi li jistgħu jitkejlu; |
(j) |
“miżura”: sett ta' operazzjonijiet immirati lejn l-implementazzjoni ta' assi prijoritarju; |
(k) |
“operazzjoni”: proġett magħżul skond il-kriterji stabbiliti mill-kumitat ta' monitoraġġ u implementat minn benefiċjarju wieħed jew aktar li jippermetti l-ksib ta' l-għanijiet ta' l-assi prijoritarju li jkun relatat miegħu; |
(l) |
“benefiċjarju”: il-persuna fiżika jew ġuridika li finalment tirċievi l-għajnuna pubblika; |
(m) |
“infiq pubbliku”: kull kontribuzzjoni pubblika għall-finanzjament ta' operazzjonijiet li l-oriġini tagħhom ikun il-baġit ta' l-Istat, ta' awtoritajiet reġjonali u lokali, tal-Komunitajiet Ewropej u kwalunkwe nefqa simili. Kull kontibuzzjoni għall-finanzjament ta' operazzjonijiet li joriġinaw mill-baġit ta' korpi regolati mid-dritt pubbliku jew ta' assoċjazżonijiet ta' waħda jew iżjed mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali jew ta' korpi regolati mid-dritt pubbliku li jaġixxu konformement mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' xogħlijiet pubbliċi, kuntratti ta' forniment pubbliku u kuntratti ta' servizz pubbliku (7) għandha tiġi meqjusa bħala nfiq simili; |
(n) |
“objettiv ta' Konverġenza”: l-objettiv ta' l-azzjoni ta' l-Istati Membri u r-reġjuni l-inqas żviluppati skond ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (8) u li jħassar r-Regolament (KE) Nru 1260/1999. |
(o) |
“objettiv mhux ta' Konverġenza”: l-objettiv li jkopri lill-Istati Membri u r-reġjuni mhux eliġibbli taħt l-objettiv ta' Konverġenza kif definit fil-punt (n); |
(p) |
“korp intermedju”: kwalunkwe korp jew servizz pubbliku jew privat li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta' awtorità ta' ġestjoni jew ta' ċertifikazzjoni, jew li jwettaq dmirijiet f'isem tali awtorità vis-à-vis benefiċjarji li jimplementaw l-operazzjonijiet; |
(q) |
“irregolarità”: kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku li għandu, jew li kieku jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej billi tiġi addebitata nefqa mhux ġustifikata lill-baġit ġenerali. |
KAPITOLU II
Objettivi u missjonijiet
Artikolu 4
Objettivi
L-assistenza taħt il-FES għandha timmira li:
(a) |
ssostni l-politika komuni tas-sajd sabiex jiġi żgurat l-isfruttament tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin u ssostni l-akkwakultua sabiex tiġi pprovduta s-sostenibbiltà f'termini ekonomiċi, ambjentali u soċjali; |
(b) |
tippromovi bilanċ sostenibbli bejn ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin u l-kapaċità għas-sajd tal-flotta Komunitarja tas-sajd; |
(ċ) |
tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tas-sajd fl-ilmijiet interni; |
(d) |
issaħħaħ il-kompetittività ta' l-istrutturi operattivi u l-iżvilupp ta' impriżi ekonomikament vijabbli fis-settur tas-sajd; |
(e) |
trawwem il-protezzjoni u t-titjib ta' l-ambjent u tar-riżorsi naturali relattivament għas-settur tas-sajd; |
(f) |
tinkoraġġixxi l-iżvilupp sostenibbli u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja f'żoni b'attivitajiet fis-settur tas-sajd; |
(g) |
tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-iżvilupp tas-settur tas-sajd u taż-żoni tas-sajd. |
Artikolu 5
Missjonijiet
Għandu jiġi pprovdut sostenn għas-settur tas-sajd mill-FES. Il-miżuri implementati taħt dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-objettivi ġenerali disposti fl-Artikolu 33 tat-Trattat u l-objettivi definiti bħala parti mill-politika komuni tas-sajd. Huma għandhom jakkumpanjaw u jissupplimentaw, fejn meħtieġ, strumenti u linji politiċi Komunitarji oħra.
KAPITOLU III
Prinċipji ta' assistenza
Artikolu 6
Komplementarjetà, konsistenza u konformità
1. Il-FES għandu jipprovdi assistenza li tikkomplementa l-azzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u jintegra fihom il-prijoritajiet tal-Komunità.
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza mill-FES tkun konsistenti mal-linji politiċi, prijoritajiet u attivitajiet tal-Komunità, u komplementari għal strumenti finanzjarji oħra tal-Komunità. Din il-konsistenza u din il-komplementarjetà għandhom jiġu indikati b'mod partikolari fil-programm operattiv.
3. L-operazzjonijiet finanzjati mill-FES għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u ta' l-atti adottati taħtu.
4. Skond ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni bejn l-assistenza mill-FES u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (9) tal-Kunsill, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FES), il-Fond ta' Koeżjoni u ta' strumenti finanzjarji Komunitarji oħra.
5. L-operazzjonijiet finanzjati mill-FES ma għandhomx iżidu l-isforz tas-sajd.
Artikolu 7
Għajnuna mill-Istat
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lil impriżi fis-settur tas-sajd.
2. L-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat ma għandhomx japplikaw għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri għal operazzjonijiet ko-finanzjati mill-FES u provduti bħala parti minn programm operattiv.
3. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu finanzjament pubbliku li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji, kif previsti fil-paragrafu 2, għandhom jiġu ttrattati bħala ħaġa waħda abbażi tal-paragrafu 1.
Artikolu 8
Sħubija
1. L-objettivi tal-FES għandhom jitwettqu fil-qafas ta' koperazzjoni mill-qrib (minn hawn 'il quddiem imsejħa “sħubija”), bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw, skond ir-regoli u l-prattika nazzjonali attwali, sħubija ma' awtoritajiet u korpi bħal:
(a) |
l-awtoritajiet kompetenti reġjonali, lokali, u awtoritajiet pubbliċi oħra; |
(b) |
l-imsieħba ekonomiċi u soċjali; |
(ċ) |
kwalunkwe korp kompetenti ieħor. |
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu involviment wiesa' u effettiv tal-korpi kompetenti kollha, skond ir-regoli u l-prattika nazzjonali, b'kont meħud tal-ħtieġa tal-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u ta' l-iżvilupp sostenibbli permezz ta' l-integrazzjoni tal-protezzjoni u t-titjib ambjentali.
3. Is-sħubija għandha titwettaq f'konformità sħiħa mas-setgħat istituzzjonali, legali u finanzjarji rispettivi ta' kull kategorija ta' msieħba kif definiti fil-paragrafu 1.
4. Is-sħubija għandha tkopri it-tħejjija, l-implementazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-programm operattiv. L-Istati Membri għandhom jinvolvu l-imsieħba relevanti kollha fl-istadji differenti ta' programmazzjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit għal kull stadju.
5. Kull Stat Membru għandu jorganizza konsultazzjoni dwar il-pjan ta' strateġija nazzjonali, skond l-arranġamenti dettaljati li huwa jikkonsidra l-iżjed xierqa.
Artikolu 9
Proporzjonalità
1. L-implementazzjoni ta' programm operattiv għandha tkun ir-responsabbiltà ta' l-Istat Membru. Dik ir-responsabbiltà għandha tiġi eżerċitata fil-livell territorjali xieraq skond l-arranġamenti istituzzjonali ta' kull Stat Membru u skond dan ir-Regolament.
2. Il-mezzi użati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri jistgħu jvarjaw skond l-ammont totali tan-nefqa pubblika allokata għall-programm operattiv. Tali varjazzjoni għandha tapplika b'mod partikolari għall-mezzi użati għall-valutazzjoni, kontroll u parteċipazzjoni mill-Kummissjoni fil-kumitat ta' monitoraġġ previst fl-Artikolu 63 u għar-rapporti annwali dwar il-programmi operattivi.
Artikolu 10
Ġestjoni kondiviża
1. Il-baġit Komunitarju allokat lill-FES għandu jiġi implementat fil-qafas ta' ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, skond l-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (10), ħlief għall-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 46(1) ta' dan ir-Regolament li għandha tiġi implementata mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas ta' ġestjoni diretta.
Il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu jiġi applikat skond l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
2. Il-Kummissjoni għandha teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha għall-implementazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea bil-modi li ġejjin:
(a) |
il-Kummissjoni għandha tivverifika l-eżistenza u l-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri skond l-Artikoli 70 u 73. |
(b) |
il-Kummissjoni għandha tinterrompi, jew tissospendi, totalment jew parzjalment, il-pagamenti skond l-Artikoli 88, u 89, jekk is-sistemi nazzjonali ta' ġestjoni u ta' kontroll ma jiffunzjonawx, u għandha tapplika kull korrezzjoni finanzjarja oħra meħtieġa, skond il-proċeduri deskritti fl-Artikoli 98 u 99. |
(ċ) |
il-Kummissjoni għandha tivverifika r-rimborżi ta' pre-finanzjament u tiddiżimpenja awtomatikament impenji tal-baġit skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 81(2) u fl-Artikoli 90 sa 94. |
3. Id-dispożizzjonijet tat-Titolu II tat-tieni parti tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 għandhom japplikaw għall-assistenza mill-FES.
Artikolu 11
Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li jingħataw promozzjoni l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-perspettiva ta' l-integrazzjoni bejn is-sessi matul id-diversi stadji ta' l-implementazzjoni tal-FES, inklużi t-tfassil, l-implementazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu promossi operazzjonijiet sabiex itejbu r-rwol tan-nisa fis-settur tas-sajd.
KAPITOLU IV
Qafas Finanzjarju
Artikolu 12
Riżorsi u konċentrazzjoni
1. Ir-riżorsi disponibbli għall-impenji mill-FES għall-perjodu 2007 sa 2013 għandhom ikunu EUR 3 849 miljun bil-prezzijiet ta' l-2004 skond it-tqassim annwali espost fl-Anness I.
2. Il-0.8 % tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dedikati għall-assistenza teknika għall-Kummissjoni kif definit fl-Artikolu 46.
3. Għall-finijiet tal-programmazzjoni u ta' l-inklużjoni sussegwenti fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, l-ammonti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indiċizzati bħala 2 % kull sena.
4. It-tqassim tar-riżorsi baġitarji previsti fil-paragrafu 1 u mhux allokati skond il-paragrafu 2, għandu jkun tali li jikseb konċentrazzjoni sinifikattiva fir-reġjuni koperti mill-objettiv ta' Konverġenza.
Artikolu 13
Livell massimu ta' trasferimenti
1. Sabiex issir kontribuzzjoni għall-objettivi ta' konċentrazzjoni adatta ta' fondi ta' koeżjoni fir-reġjuni u l-Istati Membri l-inqas żviluppati u jitnaqqsu d-distakki fil-medja ta' intensitajiet ta' għajnuna per capita li jirriżultaw mill-istabbiliment ta' limitu massimu, il-livell massimu ta' trasferiment mill-Fondi msemmija fil-paragrafu 2 lil kull Stat Membru individwali skond dan ir-Regolament għandu jkun kif ġej:
— |
għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta' GNI per capita (PPS) għall-perjodu 2001-2003 hija inqas minn 40 % tal-medja ta' l-UE 25: 3,7893 % tal-PGD tagħhom |
— |
għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta' GNI per capita (PPS) għall-perjodu 2001-2003 hija daqs jew 'il fuq minn 40 % u inqas minn 50 % tal-medja ta' l-UE 25: 3,7135 % tal-PGD tagħhom |
— |
għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta' GNI per capita (PPS) għall-perjodu 2001-2003 hija daqs jew 'il fuq minn 50 % u inqas minn 55 % tal-medja ta' l-UE 25: 3,6188 % tal-PGD tagħhom |
— |
għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta' GNI per capita (PPS) għall-perjodu 2001-2003 hija daqs jew 'il fuq minn 55 % u inqas minn 60 % tal-medja ta' l-UE 25: 3,5240 % tal-PGD tagħhom |
— |
għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta' GNI per capita (PPS) għall-perjodu 2001-2003 hija daqs jew 'il fuq minn 60 % u inqas minn 65 % tal-medja ta' l-UE 25: 3,4293 % tal-PGD tagħhom |
— |
għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta' GNI per capita (PPS) għall-perjodu 2001-2003 hija daqs jew 'il fuq minn 65 % u inqas minn 70 % tal-medja ta' l-UE 25: 3,3346 % tal-PGD tagħhom |
— |
għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta' GNI per capita (PPS) għall-perjodu 2001-2003 hija daqs jew 'il fuq minn 70 % u inqas minn 75 % tal-medja ta' l-UE 25: 3,2398 % tal-PGD tagħhom |
— |
minn hemm 'il quddiem, il-livell massimu ta' trasferiment jitnaqqas b'punt perċentwali ta' 0,09 tal-PGD għal kull żieda ta' 5 punti perċentwali tal-medja ta' GNI per capita (PPS) għall-perjodu 2001-2003 meta mqabbla mal-medja ta' l-UE 25. |
2. Limiti massimi msemmijin fil-paragrafu 1 jinkludu l-allokazzjonijiet annwali totali mill-FES għal kwalunkwe Stat Membru skond dan ir-Regolament, u mill-FEŻR, mill-FSE u mill-Fond ta' Koeżjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 inkluża l-kontribuzzjoni mill-FEŻR għall-finanzjament tas-sezzjoni transkonfinalii ta' l-Istrument tal-Viċinat u Sħubija Ewropej u ta' l-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni u mill-parti tal-FAEŻR li joriġina mit-Taqsima ta' Gwida tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija.
3. Kalkoli tal-PGD mill-Kummissjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-istatistika ppubblikata f'April 2005. Ir-rati ta' tkabbir nazzjonali individwali tal-PGD għall-2007-2013, kif proġettati mill-Kummissjoni f'April 2005 għandhom ikunu applikati għal kull Stat Membru b'mod separat.
Artikolu 14
Distribuzzjoni finanzjarja
Il-Kummissjoni għandha tagħmel tqassim annwali indikattiv, skond l-Istat Membru, ta' l-approprjazzjonijiet ta' l-impenji disponibbli għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007 sa 2013, filwaqt li tissepara l-parti li tikkontribwixxi għall-objettiv ta' Konverġenza, bl-użu ta' dawn il-kriterji oġġettivi li ġejjin:
(a) |
id-daqs tas-settur tas-sajd fl-Istat Membru, |
(b) |
l-iskala ta' l-aġġustament meħtieġ għall-isforz tas-sajd, u |
(ċ) |
il-livell ta' l-impjiegi fis-settur tas-sajd, |
b'kont meħud tas-sitwazzjonijiet u l-ħtiġijiet partikolari u ta' l-approprjazzjonijiet ta' l-impenji fil-passat.
TITOLU II
APPROĊĊ STRATEĠIKU
KAPITOLU I
Pjan ta' strateġija nazzjonali
Artikolu 15
Pjan ta' strateġija nazzjonali
1. Kull Stat Membru għandu jadotta, wara konsultazzjoni xierqa ma' l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 8, pjan ta' strateġija nazzjonali li jkopri s-settur tas-sajd u jippreżentah lill-Kummissjoni mhux iżjed tard minn meta jippreżenta l-programm operattiv.
Il-pjan ta' strateġija nazzjonali għandu jkun is-suġġett ta' djalogu bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni.
2. Il-pjan ta' strateġija nazzjonali għandu jkopri, fejn relevanti għall-Istat Membru, deskrizzjoni sommarja ta' l-aspetti kollha tal-politika komuni tas-sajd, u jistabbilixxi l-prijoritajiet, l-objettivi, ir-riżorsi finanzjarji pubbliċi meqjusin bħala meħtieġa u t-termini perentorji għall-implementazzjoni tiegħu, b'attenzjoni partikolari għall-istrateġija għal:
(a) |
il-ġestjoni u l-aġġustament tal-flotta Komunitarja tas-sajd u, b'mod partikolari, l-aġġustament ta' l-isforz u l-kapaċità għas-sajd fir-rigward ta' l-evoluzzjoni ta' riżorsi tas-sajd, tal-promozzjoni ta' metodi tas-sajd li jirrispettaw l-ambjent u ta' l-iżvilupp sostenibbli ta' l-attivitajiet tas-sajd; |
(b) |
l-iżvilupp sostenibbli tas-settur ta' l-akkwakultura; |
(ċ) |
l-iżvilupp sostenibbli ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura; |
(d) |
l-iżvilupp sostenibbli tas-sajd fl-ilmijiet interni; |
(e) |
l-iżvilupp sostenibbli ta' żoni tas-sajd inklużi l-kriterji sabiex jiġu mmirati ż-żoni prijoritarji; |
(f) |
il-kompetittività tas-settur tas-sajd, inkluż it-titjib ta' l-istruttura, ta' l-organizzazzjoni u ta' l-ambjent tax-xogħol tiegħu; |
(g) |
il-preżervazzjoni ta' riżorsi umani fis-settur tas-sajd, b'mod partikolari permezz ta' titjib tal-ħiliet professjonali, ta' l-assigurazzjoni ta' impjieg sostenibbli u tat-titjib tal-pożizzjoni u ta' l-irwol tan-nisa; |
(h) |
il-protezzjoni u t-titjib ta' l-ambjent akkwatiku relatat mas-settur tas-sajd. |
3. Addizzjonalment, il-pjan ta' strateġija nazzjonali għandu jkopri, fejn relevanti għall-Istat Membru, informazzjoni addizzjonali xierqa dwar il-prijoritajiet, l-objettivi, ir-riżorsi finanzjarji pubbliċi meqjusin bħala meħtieġa u t-termini perentorji b'attenzjoni partikolari għall-istrateġija għal:
(a) |
is-sodisfazzjon tar-rekwiżiti għall-ispezzjoni u l-kontroll ta' l-attivitajiet tas-sajd u għall-ġbir ta' data u informazzjoni dwar il-politika komuni tas-sajd; |
(b) |
il-fornitura tal-prodotti tas-sajd u l-iżvilupp ta' l-attivitajiet tas-sajd 'il barra mill-ilmijiet Komunitarji. |
KAPITOLU II
Segwitu strateġiku
Artikolu 16
Dibattitu strateġiku
1. Sal-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha torganizza dibattitu ma' l-Istati Membri dwar il-kontenut u l-progress fl-implementazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali, abbażi ta' informazzjoni bil-miktub preżentata mill-Istati Membri, bil-ħsieb li tinkoraġġixxi l-iskambju ta' l-aħjar prattika fost l-Istati Membri.
2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-riżultat tad-dibattitu msemmi fil-paragrafu 1.
TITOLU III
PROGRAMMAZZJONI
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-FES
Artikolu 17
Tħejjija u approvazzjoni tal-programm operattiv
1. Kull Stat Membru għandu jfassal programm operattiv sabiex jimplementa l-politika u l-prijoritajiet li jiġu ko-finanzjati mill-FES. Il-programm operattiv għandu jkun koerenti mal-pjan ta' strateġija nazzjonali.
2. L-attivitajiet tal-FES għandhom jieħdu l-forma ta' programm operattiv uniku għal kull Stat Membru, skond l-istruttura nazzjonali tiegħu.
3. L-Istat Membru għandu jfassal il-programm operattiv tiegħu meta jtemm il-konsultazzjonijiet mill-qrib ma' l-imsieħba reġjonali, lokali, ekonomiċi u soċjali fis-settur tas-sajd u mal-korpi kompetenti l-oħra kollha, skond l-istruttura nazzjonali tiegħu u s-sħubija prevista fl-Artikolu 8.
4. L-Istat Membru għandu jippreżenta proposta għal programm operattiv lill-Kummissjoni bil-komponenti kollha msemmijin fl-Artikolu 20, fi żmien debitu li jippermetti l-adozzjoni tiegħu kemm jista' jkun malajr.
5. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm operattiv propost sabiex tiddetermina jekk jikkontribwixxix għall-objettivi disposti fl-Artikolu 4, għall-prinċipji gwida stabbiliti fl-Artikolu 19 u l-parti relevanti tal-pjan ta' strateġija nazzjonali, b'kont meħud tal-valutazzjoni ex-ante msemmija fl-Artikolu 48.
Meta l-Kummissjoni, fi żmien xahrejn wara li tkun irċeviet il-programm operattiv propost, tikkunsidra li l-programm ma jkunx koerenti ma' l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, mal-prinċipji gwida stabbiliti fl-Artikolu 19 jew mal-parti relevanti tal-pjan ta' strateġija nazzjonali, hija tista' titlob lill-Istat Membru jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, tadatta l-programm propost skond il-każ.
6. Konsegwentement, l-Istat Membru għandu jippreżenta l-programm operattiv tiegħu lill-Kummissjoni li għandha tadotta deċiżjoni li tapprovah malajr kemm jista' jkun iżda mhux iżjed tard minn erba' xhur wara l-preżentazzjoni.
Artikolu 18
Tul ta' żmien u reviżjoni
1. Il-programm operattiv għandu jkopri l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2013.
2. Il-programm operattiv jista' jiġi eżaminat mill-ġdid fejn tinqala' xi diffikultà maġġura fl-implementazzjoni tiegħu jew jekk ikun hemm bidliet strateġiċi sinifikattivi jew għal raġunijiet ta' ġestjoni tajba u, jekk meħtieġ, rivedut għall-bqija tal-perjodu fuq l-inizjattiva ta' l-Istat Membru jew tal-Kummissjoni, fi ftehim ma' l-Istat Membru konċernat, wara l-approvazzjoni mill-kumitat ta' monitoraġġ prevista fl-Artikolu 63.
Ir-reviżjoni għandha tieħu kont, b'mod partikolari, tal-valutazzjoni interim, tar-rapporti annwali, u ta' l-eżamijiet annwali previsti fl-Artikolu 49, fl-Artikolu 67 u fl-Artikolu 69 rispettivament u ta' bidliet importanti fil-politika komuni tas-sajd.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fuq talba għal reviżjoni tal-programm operattiv malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn xahrejn wara l-preżentazzjoni tat-talba mill-Istat Membru, sakemm il-kontenut tal-programm operattiv rivedut ikun konformi ma' l-Artikolu 20. Għandhom jiġu definiti regoli dettaljati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 101(3).
Artikolu 19
Prinċipji gwida għall-programm operattiv
Fit-tħejjija u l-implementazzjoni tal-programm operattiv previsti fl-Artikolu 17, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-prinċipji gwida li ġejjin:
(a) |
konsistenza mal-prinċipji tal-politika komuni tas-sajd u l-pjan ta' strateġija nazzjonali sabiex jinkiseb, b'mod partikolari, bilanċ stabbli u dejjiemi bejn il-kapaċità għas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd; |
(b) |
titjib fl-iżvilupp armonjuż, bilanċjat u sostenibbli ta' l-attivitajiet ekonomiċi, ta' l-impjiegi u tar-riżorsi umani, kif ukoll protezzjoni u titjib ta' l-ambjent; |
(ċ) |
l-allokazzjoni xierqa tar-riżorsi finanzjarji disponibbli bejn l-assi prijoritarji u, b'mod partikolari, fejn relevanti, livell xieraq ta' finanzjament għal operazzjonijiet taħt il-Kapitolu I tat-Titolu IV (Assi prijoritarju 1: miżuri għall-adattament tal-flotta Komunitarja tas-sajd); |
(d) |
il-promozzjoni ta' l-operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-istrateġija ta' Lisbona. Għandhom jiġi inkoraġġiti operazzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni ta' livell sostenibbli ta' impjiegi fis-settur tas-sajd b'mod partikolari permezz tat-titjib tal-kwalità ta' l-impjiegi, l-għoti ta' aċċess għall-professjoni għaż-żgħażagħ u l-istimulazzjoni ta' l-innovazzjoni fis-settur kollu. |
(e) |
il-promozzjoni ta' l-operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-istrateġija ta' Gothenburg u b'mod partikolari ta' dawk li jtejbu d-dimensjoni ambjentali fis-settur tas-sajd. Għandhom jiġu inkoraġġiti operazzjonijiet li jimmiraw lejn it-tnaqqis ta' l-impatt ta' l-attivitajiet fis-settur tas-sajd fuq l-ambjent u l-promozzjoni ta' metodi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent; |
(f) |
it-titjib tas-sitwazzjoni tar-riżorsi umani fis-settur tas-sajd permezz ta' operazzjonijiet immirati lejn it-titjib u d-diversifikazzjoni tal-ħiliet professjonali, l-iżvilupp tat-tagħlim tul il-ħajja u t-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà. |
(g) |
l-inkoraġġiment ta' l-operazzjonijiet b'valur miżjud għoli permezz ta' l-iżvilupp ta' kapaċitajiet innovattivi li jipprovdu standards ta' kwalità għolja u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumatur għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. Għandhom jiġu inkoraġġiti operazzjonijiet li jippromwovu trasparenza ta' metodi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent għall-konsumaturi. |
(h) |
kontribuzzjoni għal fornitura aħjar lis-suq Komunitarju tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura, u għall-iżvilupp sostenibbli tiegħu; |
(i) |
il-promozzjoni, waqt id-diversi fażijiet ta' l-implementazzjoni tal-programm operattiv, ta' bilanċ bejn is-sessi fis-settur tas-sajd permezz ta' operazzjonijiet li jimmiraw, b'mod partikolari, lejn it-tnaqqis ta' segregazzjoni bbażata fuq is-sessi fis-suq tax-xogħol; |
(j) |
il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli integrat taż-żoni tas-sajd permezz tat-trawwim tal-potenzjal inerenti tagħhom u t-titjib tal-kwalità ta' ħajja; |
(k) |
fejn relevanti, it-titjib tal-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi bil-mira tat-tmexxija tajba tal-politika komuni tas-sajd u implementazzjoni effiċjenti tal-programm operattiv. |
Artikolu 20
Kontenut tal-programm operattiv
1. Il-programm operattiv għandu jkun fih:
(a) |
sintesi tas-sitwazzjoni ta' l-oqsma tal-politika eliġibbli għal sostenn f'termini ta' saħħa u ta' dgħjufija; |
(b) |
deskrizzjoni u ġustifikazzjoni ta' l-assi prijoritarji magħżulin b'kont meħud tal-pjan ta' strateġija nazzjonali relevanti u tal-linji gwida stabbiliti taħt l-Artikolu 19, kif ukoll l-impatt mistenni li jirriżulta mill-valutazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 48; |
(ċ) |
miri speċifiċi stabbiliti għal kull assi prijoritarju. Dawk il-miri għandhom jiġu kkwantifikati, fejn jippermettu li jiġu kkwantifikati b'użu ta' numru limitat ta' indikaturi b'kont meħud tal-prinċipju ta' proporzjonalità. L-indikaturi għandhom jagħmluha possibbli li jitkejjel il-progress fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-linja bażi u l-effikaċja tal-miri speċifiċi stabbiliti għal kull assi prijoritarju; |
(d) |
deskrizzjoni sommarja tal-miżuri prinċipali maħsubin għall-implementazzjoni tal-prijoritajiet; |
(e) |
informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-miżuri taħt il-FAEŻR, il-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni, fejn relevanti; |
(f) |
pjan ta' finanzjament li jkun fih żewġ tabelli, kull waħda turi separatament, fejn relevanti, l-approprjazzjonijiet immarkati għall-objettiv ta' Konverġenza u għall-objettiv mhux ta' Konverġenza:
|
(g) |
id-dispożizzjonijiet implementattivi għall-programm operattiv, inklużi:
|
(h) |
informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8. |
2. Għal kull wieħed mill-assi prijoritarji previsti fit-Titolu IV, l-Istat Membru għandu jiddetermina fil-programm operattiv tiegħu l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-applikazzjoni tagħhom. Il-programm għandu b'mod partikolari jindika b'mod ċar l-iskop ta' kull assi prijoritarju ppjanat.
TITOLU IV
ASSI PRIJORITARJI
KAPITOLU I
Assi prijoritarju 1: miżuri għall-adattament tal-flotta Komunitarja tas-sajd
Artikolu 21
L-ambitu ta' applikazzjoni
Is-sostenn mill-FES immirat lejn l-adattament tal-flotta Komunitarja tas-sajd għandu jikkonċerna:
(a) |
għajnuna pubblika għall-proprjetarji ta' bastimenti tas-sajd u sajjieda milqutin mill-pjanijiet ta' l-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd fejn dawn jifformaw parti minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
għajnuna pubblika għal waqfien temporanju ta' l-attivitajiet tas-sajd skond l-Artikolu 24(1)(vii). |
(ċ) |
investimenti abbord bastimenti tas-sajd u selettività skond l-Artikolu 25. |
(d) |
għajnuna pubblika għal sajd kostali fuq skala żgħira skond l-Artikolu 26. |
(e) |
kumpens soċjo-ekonomiku għall-ġestjoni tal-flotta Komunitarja tas-sajd skond l-Artikolu 27. |
(f) |
għajnuna pubblika fil-qafas ta' pjanijiet ta' salvataġġ u ta' ristrutturazzjoni skond il-Linji Gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta' impriżi li jinsabu f'diffikultà (11). |
Artikolu 22
Il-kontenut tal-pjanijiet għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi fil-pjan ta' strateġija nazzjonali tiegħu l-politika tiegħu għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd, bil-ħsieb li jissodisfa l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Huwa għandu jagħti prijorità lill-finanzjament ta' l-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 21(a)(i).
2. Il-pjanijiet għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd jistgħu jinkludu l-miżuri relevanti kollha previsti f'dan il-Kapitolu.
3. Fil-każijiet previsti fl-Artikolu 21(a)(i), (ii) u (iv), il-pjanijiet għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri fi żmien sitt xhur wara d-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni.
Fil-każijiet previsti fl-Artikolu 21(a)(iii), l-Istati Membri għandhom jadottaw il-pjanijiet għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd u s-sajjieda milqutin fi żmien sitt xhur wara n-notifika mill-Kummissjoni
4. Kull sena l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw fir-rapport annwali ta' implementazzjoni msemmi fl-Artikolu 67 ir-riżultati miksubin fl-implementazzjoni tal-pjanijiet tagħhom għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd. Ir-riżultati għandhom jitkejlu bl-użu ta' l-indikaturi relevanti definiti fil-programmi operattivi.
Artikolu 23
Għajnuna pubblika għal waqfien permanenti ta' l-attivitajiet tas-sajd
1. Il-FES għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-waqfien permanenti ta' l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd, sakemm dan jifforma parti minn pjan għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 21(a). Il-waqfien permanenti ta' l-attivitajiet tas-sajd ta' bastiment tas-sajd jista' jinkiseb biss permezz ta'
(a) |
id-demolizzjoni tal-bastiment tas-sajd, |
(b) |
l-assenjar mill-ġdid tiegħu, taħt il-bandiera ta' Stat Membru u reġistrat fil-Komunità għal attivitajiet diversi mis-sajd, |
(ċ) |
l-assenjar mill-ġdid tiegħu għall-fini tal-ħolqien ta' skollijiet artifiċjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali operazzjonijiet ikunu preċeduti minn stima ta' l-impatt ambjentali u jikkontribwixxu għall-objettivi msemmijin fl-Artikolu 38(2)(a). |
L-għajnuna pubblika, għall-waqfien permanenti ta' l-attivitajiet tas-sajd, imħallsa lill-proprjetarji tal-bastimenti tas-sajd għandha tapplika għall-kapaċità għas-sajd tal-bastiment u, fejn xieraq, għal-liċenzja tas-sajd assoċjata miegħu.
2. Il-waqfien permanenti ta' l-attivitajiet tas-sajd ta' bastimenti tas-sajd għandu jkun programmat fil-forma ta' skemi nazzjonali ta' diżattivazzjoni li ma għandhomx jaqbżu sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.
3. Sabiex tiġi faċilitata l-implementazzjoni ta' pjanijiet għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd l-Istati Membri jistgħu jagħmlu sejħiet pubbliċi għal offerti għal xogħol bl-appalt jew sejħiet għal proposti.
L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu l-livell ta' għajnuna pubblika b'kont meħud ta' l-aħjar proporzjon spiża-effikaċja abbażi ta' kriterji oġġettivi bħal:
(a) |
il-prezz tal-bastiment tas-sajd reġistrat fis-suq nazzjonali jew il-valur ta' l-assigurazzjoni tiegħu; |
(b) |
id-dħul mill-bejgħ li jsir mill-bastiment tas-sajd; |
(ċ) |
kemm għandu żmien il-bastiment tas-sajd u t-tunnellaġġ, espress f'GT, jew il-qawwa tal-magna, espressi f'kW, tiegħu. |
Artikolu 24
Għajnuna pubblika għal waqfien temporanju ta' l-attivitajiet tas-sajd
1. Il-FES jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' miżuri ta' għajnuna għall-waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd għas-sajjieda u l-proprjetarji ta' bastimenti tas-sajd għal perjodu massimu, matul il-perjodu 2007 sa 2013, ta:
(i) |
12-il xahar, li jista' jiġi estiż b'perjodu ieħor ta' mhux aktar minn 12-il xahar, fil-kuntest tal-pjanijiet għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 21(a)(i); |
(ii) |
tliet xhur fil-każ ta' miżuri ta' emerġenza ta' l-Istati Membri kif imsemmijin fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, fil-kuntest tal-pjanijiet għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 21(a)(ii); |
(iii) |
sitt xhur fil-każ ta' miżuri ta' emerġenza tal-Kummissjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, fil-kuntest tal-pjanijiet għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 21(a)(ii); |
(iv) |
sitt xhur, li jistgħu jiġu estiżi b'perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur, fil-kuntest tal-pjanijiet għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 21(a)(iii); |
(v) |
tmien xhur, fil-kuntest tal-pjanijiet għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 21(a)(iv), u tal-pjanijiet ta' ġestjoni adottati f'livell nazzjonali fi ħdan il-qafas tal-miżuri Komunitarji ta' konservazzjoni, u fejn tali pjanijiet jipprovdu għal tnaqqis gradwali ta' l-isforz tas-sajd; |
(vi) |
tliet xhur, fil-kuntest tal-pjanijiet ta' salvataġġ u ristrutturazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 21(f); |
(vii) |
sitt xhur, fil-każ ta' diżastru naturali, ta' l-għeluq ta' industriji tas-sajd deċiżi mill-Istati Membri għal raġunijiet ta' saħħa pubblika jew minħabba xi okkorrenza eċċezzjonali oħra li ma tkunx ir-riżultat ta' miżuri ta' konservazzjoni ta' riżorsi. |
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FES lill-miżuri msemmijin fil-punti (i) sa (vi) tal-paragrafu għal kull Stat Membru għall-perjodu kollu 2007-2013 ma tistax teċċedi l-ogħla miż-żewg limiti massimi li ġejjin: miljun Euro jew 6 % ta' l-assistenza finanzjarja Komunitarja allokata għas-settur tas-sajd fl-Istat Membru konċernat.
Madankollu, dawn il-limiti massimi jistgħu jinqabżu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 101(3).
3. Sospensjoni staġonali rikorrenti tas-sajd ma għandhiex titqies għall-għoti ta' indennitajiet jew għall-pagamenti taħt dan ir-Regolament.
Artikolu 25
Investimenti abbord bastimenti tas-sajd u selettività
1. Il-FES jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' tagħmir u għall-modernizzazzjoni ta' bastimenti tas-sajd li jkollhom ħames snin jew aktar taħt il-kondizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) 2371/2002 biss.
2. Tali investimenti jistgħu jikkonċernaw it-titjib tas-sigurtà abbord, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-iġjene, il-kwalità tal-prodott, l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u s-selettività, sakemm dawn ma jżidux l-abbiltà tal-bastimenti tas-sajd li jaqbdu l-ħut.
L-ebda għajnuna ma għandha tingħata għall-kostruzzjoni ta' bastimenti tas-sajd jew għal żieda fl-istivi tal-ħut.
3. Il-FES jista' jikkontribwixxi għal sostituzzjoni waħda tal-magna għal kull bastiment sakemm:
(a) |
għal bastimenti kif definiti fl-Artikolu 26(1) l-magna l-ġdida jkollha l-istess qawwa bħall-qadima jew inqas; |
(b) |
għal bastimenti sa 24 metru ta' tul totali għajr dawk imsemmijin fil-punt (a), il-magna l-ġdida jkollha mill-inqas 20 % ta' qawwa inqas mill-qadima; |
(ċ) |
għal bastimenti tat-tkarkir ta' aktar minn 24 metru ta' tul totali, il-magna l-ġdida ikollha mill-inqas 20 % ta' qawwa inqas mill-qadima, il-bastiment ikun suġġett għal pjan ta' salvataġġ u ta' ristrutturazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 21(f) u jaqleb għal metodu ta' sajd li juża inqas karburant. |
4. It-tnaqqis tal-qawwa ta' magna msemmi fil-paragrafu 3(b) u (ċ) jista' jintlaħaq minn grupp ta' bastimenti għal kull kategorija ta' bastimenti msemmija fil-punti (b) u (ċ) ta' dak il-paragrafu.
5. Il-kondizzjonijiet għall-implementazzjoni ta' l-operazzjonijiet previsti fil-paragrafu 4 jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 101(3).
6. Il-FES jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' tagħmir u xogħol ta' modernizzazzjoni:
(a) |
li jagħmel possibbli li jinżammu abbord il-qabdiet li r-rimi tagħhom m'għadux aktar awtorizzat; |
(b) |
bħala parti minn proġetti li jkopru t-tħejjija jew il-prova ta' miżuri tekniċi ġodda għal perjodu limitat li għandu jiġi stabbilit mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni; |
(ċ) |
għat-tnaqqis ta' l-impatt tas-sajd fuq speċi mhux kummerċjali; |
(d) |
għat-tnaqqis ta' l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi u qiegħ il-baħar; |
(e) |
għall-protezzjoni tal-qabdiet u tat-tagħmir minn predaturi selvaġġi, anke permezz ta' tibdil fil-materjal ta' partijiet tat-tagħmir tas-sajd, sakemm dan ma jżidx l-isforz tas-sajd jew inaqqas is-selettività tat-tagħmir tas-sajd u li l-miżuri xierqa kollha jiġu introdotti sabiex tiġi evitata ħsara fiżika lill-predaturi. |
7. Il-FES jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' investimenti għall-ksib tas-selettività ta' tagħmir tas-sajd, inklużi sa żewġ sostituzzjonijiet tat-tagħmir tas-sajd tul il-perjodu kollu 2007-2013, sakemm:
(a) |
il-bastiment tas-sajd konċernat ikun milqut minn pjan għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 21(a)(i), ikun qed jibdel il-metodu tas-sajd tiegħu, u jkun se jitlaq l-industrija tas-sajd konċernata sabiex imur ma' industrija tas-sajd oħra fejn l-istat tar-riżors jagħmel is-sajd possibbli, jew |
(b) |
it-tagħmir il-ġdid ikun aktar selettiv u jissodisfa l-kriterji ambjentali u l-prattika rikonoxxuti li jeċċedu l-obbligi regolatorji eżistenti taħt il-liġi Komunitarja. |
8. Il-FES jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' l-ewwel sostituzzjoni tat-tagħmir tas-sajd
(a) |
għall-fini li tiġi garantita konformità ma' rekwiżiti tekniċi ġodda dwar is-selettività taħt il-liġi Komunitarja. Tista' tingħata għajnuna sad-data li fiha tali rekwiżiti isiru mandatorji jew f'każijiet eċċezzjonali għal perjodu qasir wara dik id-data li tista' tiġi ffissata mil-liġi Komunitarja konċernata; |
(b) |
għat-tnaqqis ta' l-impatt tas-sajd fuq speċi mhux kummerċjali. |
Artikolu 26
Sajd kostali fuq skala żgħira
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “sajd kostali fuq skala żgħira” tfisser sajd li jsir minn bastimenti tas-sajd ta' tul totali ta' inqas minn 12-il metru u mingħajr l-użu tat-tagħmir irmonkat kif elenkat fit-Tabella 3 fl-Anness I mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità (12).
2. Fejn il-FES jipprovdi finanzjament għal miżuri taħt l-Artikolu 25 ta' dan ir-Regolament favur is-sajd kostali fuq skala żgħira, ir-rata tal-parteċipazzjoni finanzjarja privata murija fil-Grupp 2 tat-Tabella fl-Anness II għandha titnaqqas b'20 punti perċentwali.
3. Il-FES jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' miżuri soċjoekonomiċi previsti taħt l-Artikolu 27 favur sajd kostali ta' skala żgħira.
4. Il-FES jista' jikkontribwixxi għall-ħlas ta' premiums għal sajjieda u proprjetarji tal-bastimenti tas-sajd involuti f'sajd kostali fuq skala żgħira sabiex:
(a) |
jitjiebu l-ġestjoni u l-kontroll tal-kondizzjonijiet ta' l-aċċess għal ċerti żoni tas-sajd; |
(b) |
tiġi promossa l-organizzazzjoni tal-katina tal-produzzjoni, ta' l-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti ta' l-industrija tas-sajd; |
(ċ) |
jiġu inkoraġġuti passi volontarji sabiex jitnaqqas l-isforz tas-sajd għall-konservazzjoni tar-riżorsi; |
(d) |
jiġi inkoraġġut l-użu ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi (tekniki tas-sajd aktar selettivi li jmorru 'l hinn mill-obbligi regolatorji eżistenti fil-liġi Komunitarja jew innovazzjonijiet li jipproteġu t-tagħmir u l-qabda minn predaturi) li ma jżidux l-attività tas-sajd; |
(e) |
jitjiebu l-kapaċitajiet professjonali u t-taħriġ fis-sigurtà. |
Artikolu 27
Kumpens soċjo-ekonomiku għall-ġestjoni tal-flotta Komunitarja tas-sajd
1. Il-FES jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' miżuri soċjo-ekonomiċi proposti mill-Istati Membri għas-sajjieda milqutin minn żviluppi fis-sajd u li jinvolvu:
(a) |
id-diversifikazzjoni ta' attivitajiet bil-ħsieb li jiġu promossi impjiegi multipli għas-sajjieda; |
(b) |
il-miljorament tal-ħiliet professjonali b'mod partikolari għal sajjieda żgħażagħ; |
(ċ) |
skemi għal taħriġ mill-ġdid f'impjiegi diversi mis-sajd fuq il-baħar; |
(d) |
tluq kmieni mis-settur tas-sajd, inkluż l-irtirar bikri; |
(e) |
kumpens li ma jistax jiġġedded għas-sajjieda li jkunu ħadmu abbord bastiment għal mill-inqas tnax-il xahar bħala sajjieda, sakemm l-bastiment tas-sajd li l-benefiċjarji jkunu ħadmu fuqu kien suġġett għal waqfien permanenti ta' l-attivitajiet tas-sajd fis-sens ta' l-Artikolu 23. Dan il-kumpens għandu jiġi rimborsat fuq bażi pro rata temporis fejn il-benefiċjarji jirritornaw għax-xogħol tagħhom bħala sajjieda fi żmien ta' inqas minn sena wara li jkunu rċevewh. |
2. Il-FES jista' jikkontribwixxi lejn premiums individwali lil sajjieda li jkollhom inqas minn 40 sena li jistgħu juru li ħadmu mill-inqas ħames snin bħala sajjieda jew li jkollhom taħriġ professjonali ekwivalenti u li jakkwistaw għall-ewwel darba parti jew it-totalità ta' bastiment tas-sajd, ta' inqas minn 24 metru bħala tul totali, armat sabiex jistad fuq il-baħar u li jkollu bejn 5 u 30 sena.
3. Il-premium ma għandux jaqbeż il-15 % ta' l-ispiża ta' l-akkwist jew jaqbeż l-ammont ta' EUR 50 000.
4. Il-kondizzjonijiet taħt il-paragrafu (1) (e) u l-paragrafu (2) jistgħu jiġu modifikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 101(3).
KAPITOLU II
Assi prijoritarju 2: akkwakultura, sajd f'ilmijiet interni, proċessar u kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura
Artikolu 28
L-ambitu ta' l-intervent fil-produzzjoni ta' l-akkwakultura
1. Jista' jingħata sostenn sabiex tiġi mmirata l-produzzjoni ta' l-akkwakultura għal dawn li ġejjin:
(a) |
miżuri għall-investimenti produttivi fl-akkwakultura; |
(b) |
miżuri akkwa-ambjentali; |
(ċ) |
miżuri ta' saħħa pubblika; |
(d) |
miżuri għas-saħħa ta' l-annimali; |
2. It-trasferiment tal-proprjetà ta' negozju ma għandux ikun eliġibbli għal għajnuna Komunitarja.
3. Is-sostenn taħt il-paragrafu 1 jista' jikkontribwixxi għal tagħlim tul il-ħajja.
4. Fir-rigward ta' l-operazzjonijiet previsti taħt l-Artikoli 29, 31, u 32 meta mwettqin għall-fini li tiġi garantita l-konformità ma' l-istandards taħt il-liġi Komunitarja dwar l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali, l-iġjene jew il-benessere ta' l-annimali, l-għajnuna tista' tingħata sad-data li fiha l-istandards isiru mandatorji għall-impriżi.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi xierqa sabiex jiġu evitati effetti kontroproduttivi, b'mod partikolari r-riskju li tinħoloq kapaċità ta' produzzjoni żejda jew li tiġi milquta avversament il-politika ta' konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd.
6. Għall-operazzjonijiet previsti fl-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (13) għandha tingħata għajnuna biss meta tiġi pprovduta l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV ma' dik id-Direttiva.
Artikolu 29
Miżuri għal investimenti produttivi fl-akkwakultura
1. Il-FES għandu jsostni investimenti fil-kostruzzjoni, fl-estensjoni, fit-tagħmir u fil-modernizzazzjoni ta' installazzjonijiet ta' produzzjoni, b'mod partikolari bl-iskop li jiġu mtejba l-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-iġjene, is-saħħa umana jew ta' l-annimali u l-kwalità tal-prodott, li jitnaqqas l-impatt negattiv jew jiżdiedu l-impatti pożittivi fuq l-ambjent. L-investimenti għandhom jikkontribwixxu għal wieħed jew iżjed mill-objettivi li ġejjin:
(a) |
id-diversifikazzjoni lejn speċi ġodda u produzzjoni ta' speċi bi prospetti tajbin tas-suq; |
(b) |
l-implementazzjoni ta' metodi ta' akkwakultura li sostanzjalment inaqqsu l-impatt negattiv jew isaħħu l-effetti pożittivi fuq l-ambjent meta mqabblin mal-prattika normali fis-settur ta' l-akkwakultura; |
(ċ) |
is-sostenn għal attivitajiet tradizzjonali ta' akkwakultura importanti għall-preservazzjoni u l-iżvilupp kemm tan-nisġa ekonomika u soċjali kif ukoll ta' l-ambjent; |
(d) |
is-sostenn għax-xiri ta' tagħmir immirat lejn il-protezzjoni tal-kultivazzjonijiet minn predaturi selvaġġi; |
(e) |
titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol u tas-sigurtà ta' ħaddiema fl-akkwakultura. |
2. L-għajnuna ta' investiment għandha tkun limitata għal:
(a) |
impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, u |
(b) |
impriżi li m'humiex koperti mid-definizzjoni fl-Artikolu 3(f) b'inqas minn 750 impjegat jew bi dħul mill-bejgħ ta' inqas minn EUR 200 miljun. |
3. B'deroga mill-paragrafu 2, fir-reġjuni l-aktar estremi u fil-gżejjer Griegi esterni, l-għajnuna tista' tingħata lill-impriżi kollha.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriżi mikro u żgħar jingħataw prijorità.
Artikolu 30
Miżuri akkwa-ambjentali
1. Il-FES jista' jsostni l-għoti ta' kumpens għall-użu ta' metodi ta' produzzjoni ta' l-akkwakultura li jgħinu l-protezzjoni u t-titjib ta' l-ambjent u l-konservazzjoni tan-natura.
2. L-għan tas-sostenn huwa li jippromwovi:
(a) |
forom ta' akkwakultura li jinkludu l-protezzjoni u t-titjib ta' l-ambjent, tar-riżorsi naturali, tad-diversità ġenetika u tal-ġestjoni tal-firxa u tal-karatteristiċi tradizzjonali taż-żoni ta' l-akkwakultura; |
(b) |
parteċipazzjoni fl-iskema Komunitarja ta' eko-ġestjoni u ta' verifika maħluqa bir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u għall-verifika (EMAS) (14); |
(ċ) |
akkwakultura organika fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirriferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel (15); |
(d) |
akkwakultura sostenibbli kompatibbli ma' limitazzjonijiet ambjentali speċifiċi li jirriżultaw mill-għażla ta' żoni NATURA 2000 skond id-Direttiva 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-abitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (16). |
3. Sabiex jirċievu kumpens taħt dan l-Artikolu, il-benefiċjarji tal-kumpens għandhom jimpenjaw irwieħhom għal perjodu minimu ta' ħames snin li jissodisfaw rekwiżiti akkwa-ambjentali li hinn mis-sempliċi applikazzjoni ta' prattika tajba normali fl-akkwakultura. Għas-sostenn previst taħt il-paragrafu 2(a), il-benefiċċji ambjentali ta' tali impenni għandhom jintwerew b'valutazzjoni minn qabel imwettqa minn korpi kompetenti magħżulin mill-Istat Membru.
4. L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw il-kumpens abbażi ta' wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
(a) |
it-telf ta' dħul; |
(b) |
l-ispiża addizzjonali li tista' tirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodi akkwa-ambjentali; |
(ċ) |
il-ħtieġa li jingħata sostenn finanzjarju għat-twettiq tal-proġett; |
(d) |
l-iżvantaġġi speċifiċi jew l-ispejjeż ta' l-investiment għal unitajiet li jinsabu ġewwa jew qrib iż-żoni NATURA 2000. |
5. Għandu jiġi allokat kumpens ta' darba:
(a) |
taħt il-paragrafu 2(a), abbażi ta' ammont massimu għal kull ettaru taż-żona ta' l-impriża li għaliha japplikaw l-impenji akkwa-ambjentali; |
(b) |
taħt il-paragrafu 2(ċ), għal massimu ta' sentejn waqt il-perjodu tal-konverżjoni ta' l-impriża għal produzzjoni organika; |
(ċ) |
taħt il-paragrafu 2(d), għal massimu ta' sentejn mid-data tad-deċiżjoni li tistabbilixxi ż-żona NATURA 2000 u biss għal unitajiet ta' l-akkwakultura eżistenti qabel dik id-deċiżjoni. |
Artikolu 31
Miżuri ta' saħħa pubblika
Il-FES jista' jikkontribwixxu lejn kumpens għall-koltivaturi tal-molluski għas-sospensjoni temporanja tar-rakkolta tal-molluski mrobbija. Il-kumpens jista' jingħata fejn il-kontaminazzjoni tal-molluski minħabba l-proliferazzjoni ta' plankton li jipproduċi t-tossini jew il-preżenza ta' plankton li jikkontjeni l-bijotossini tkun teħtieġ, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, is-sospensjoni tar-rakkolta:
— |
għal aktar minn erba' xhur konsekuttivi; jew |
— |
fejn it-telf imġarrab b'riżultat tas-sospensjoni tar-rakkolta jammonta għal aktar minn 35 % tad-dħul mill-bejgħ annwali tan-negozju konċernat, kalkolat abbażi tad-dħul medju tan-negozju mill-bejgħ fit-tliet snin preċedenti. |
It-tul ta' żmien massimu li għalih jista' jingħata kumpens għandu jkun ta' tnax-il xahar tul il-perjodu kollu ta' programmazzjoni.
Artikolu 32
Miżuri għas-saħħa ta' l-annimali
Il-FES jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-kontroll u ta' l-eliminazzjoni tal-mard fl-akkwakultura taħt it-termini tad-Deċiżjoni 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (17).
Artikolu 33
Sajd fl-ilmijiet interni
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu “sajd f'ilmijiet interni” tfisser sajd imwettaq għal finijiet kummerċjali minn bastimenti li joperaw esklussivament f'ilmijiet interni jew bi strumenti oħra użati għas-sajd fis-silġ.
2. Is-sostenn għas-sajd f'ilmijiet interni jista' jkopri investimenti għall-kostruzzjoni, għall-estensjoni, għat-tagħmir u għall-modernizzazzjoni tal-faċilitajiet tas-sajd f'ilmijiet interni, bil-ħsieb li jittejbu s-sigurtà, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-iġjene u l-kwalità tal-prodott, is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali, jew li jitnaqqas l-impatt negattiv jew li jiġi prodott impatt ta' ġid għall-ambjent.
L-investimenti abbord bastimenti jistgħu jiġu sostnuti skond id-dispożizzjonijiet relevanti stabbiliti fl-Artikolu 25.
3. Il-FES jista' jsostni l-assenjazzjoni mill-ġdid ta' bastimenti li joperaw f'sajd f'ilmijiet interni għal attivitajiet oħra barra s-sajd. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-bastimenti li jirċievu l-assistenza mill-FES taħt dan il-paragrafu ma jirritornawx joperaw fis-sajd.
4. Fejn ikunu previsti f'att legali Komunitarju miżuri għall-irkupru ta' speċi li jinsabu f'ilmijiet interni, il-FES jista' jsostni miżuri għall-waqfien temporanju ta' attivitajiet ta' sajd f'ilmijiet interni għas-sajjieda u għall-proprjetarji ta' bastimenti li jaħdmu esklussivament f'ilmijiet interni. Is-sostenn għandu jkun limitat għal mhux iżjed minn żmien totali ta' tnax-il xahar tul il-perjodu kollu ta' programmazzjoni għall-bastimenti konċernati.
5. It-trasferiment tal-proprjetà ta' negozju ma għandux ikun eliġibbli għal għajnuna Komunitarja.
6. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, il-waqfien permanenti jew temporanju ta' l-attivitajiet tas-sajd u l-kostruzzjoni ta' bastimenti li joperaw f'ilmijiet interni ma għandhomx ikunu eliġibbli għal assistenza.
7. L-investimenti ma għandhomx ikunu eliġibbli għal assistenza jekk ikun probabbli li jipperikolaw l-ekwilibriju bejn id-daqs tal-flotta tas-sajd u r-riżorsi tas-sajd korrispondenti disponibbli.
8. L-awtorità ta' ġestjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiżgura li l-bastimenti li jirċievu assistenza finanzjarja mill-FES taħt dan l-Artikolu jkomplu joperaw esklussivament f'ilmijiet interni.
Artikolu 34
Investimenti fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni
1. Il-FES jista' jsostni investimenti fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura.
2. It-trasferiment tal-proprjetà ta' negozju ma għandux ikun eliġibbli għal għajnuna Komunitarja.
3. Il-FES jista' jsostni wkoll it-tagħlim tul il-ħajja.
4. L-investimenti ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-assistenza fejn jikkonċernaw prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura maħsuba sabiex jintużaw u jiġu pproċessati għal skopijiet li m'humiex dawk tal-konsum uman, bl-eċċezzjoni ta' investimenti esklussivament għat-trattament, għall-ipproċessar u għall-kummerċjalizzazzjoni ta' skart ta' prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura.
5. Fejn l-operazzjonijiet jiġu mwettqa għall-fini li tiġi garantita l-konformità ma' l-istandards taħt il-liġi Komunitarja dwar l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali, l-iġjene jew il-benessere ta' l-annimali, l-għajnuna tista' tingħata sad-data li fiha l-istandards isiru obbligatorji għall-impriżi.
Artikolu 35
Miżuri eliġibbli fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni
1. Il-FES jista' jsostni l-kostruzzjoni, l-estensjoni, it-tagħmir u l-modernizzazzjoni ta' impriżi waqt li jikkonċentra, b'mod partikolari, fuq it-twettiq ta' waħda jew aktar mill-objettivi li ġejjin:
(a) |
it-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol; |
(b) |
it-titjib u l-monitoraġġ tas-saħħa pubblika u tal-kondizzjonijiet ta' iġjene jew tal-kwalità tal-prodotti; |
(ċ) |
il-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità għolja għal swieq speċjalizzati; |
(d) |
it-tnaqqis ta' l-impatti negattivi fuq l-ambjent; |
(e) |
it-titjib fl-użu ta' speċi ftit użati, ta' prodotti sekondarji u ta' skart; |
(f) |
il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti ġodda, l-applikazzjoni ta' teknoloġiji ġodda, jew l-iżvilupp ta' metodi innovattivi ta' produzzjoni; |
(g) |
il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti li prinċipalment joriġinaw minn qabdiet lokali u mill-akkwakultura. |
2. L-investimenti għandhom jimmiraw b'mod ġenerali li jippromwovu l-impjieg sostenibbli fis-settur tas-sajd.
3. L-għajnuna għall-investiment għandha tkun limitata għal:
(a) |
impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju; u |
(b) |
impriżi li m'humiex koperti mid-definizzjoni fl-Artikolu 3(f) b'inqas minn 750 impjegat jew bi dħul mill-bejgħ ta' inqas minn EUR 200 miljun. |
4. B'deroga mill-paragrafu 3, fir-reġjuni l-aktar estremi u fil-gżejjer Griegi esterni, l-għajnuna tista' tingħata lill-impriżi kollha.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi mikro u żgħar jingħataw prijorità.
6. L-għajnuna Komunitarja ma għandhiex tingħata għal investimenti relatati man-negozju bl-imnut.
KAPITOLU III
Assi prijoritarju 3: miżuri ta' interess komuni
Artikolu 36
L-ambitu ta' l-intervent
1. Il-FES jista' jsostni miżuri ta' interess komuni ta' ambitu usa' mill-miżuri normalment meħuda minn impriżi privati u li jgħinu sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika komuni tas-sajd.
2. Dawn il-miżuri jistgħu jikkonċernaw:
(a) |
azzjonijiet kollettivi; |
(b) |
il-protezzjoni u l-iżvilupp tal-fawna u tal-flora akkwatiċi; |
(ċ) |
portijiet tas-sajd, siti ta' l-iżbark u postijiet ta' protezzjoni; |
(d) |
l-iżvilupp ta' swieq ġodda u ta' kampanji promozzjonali; |
(e) |
proġetti pilota; |
(f) |
il-modifika għall-assenjazzjoni mill-ġdid ta' bastimenti tas-sajd. |
Artikolu 37
Azzjonijiet kollettivi
Il-FES jista' jsostni miżuri ta' interess komuni li jiġu implementati bis-sostenn attiv ta' l-operaturi stess jew minn organizzazzjonijiet li jaġixxu f'isem il-produtturi jew organizzazzjonijiet oħra rikonoxxuti mill-Istat Membru u li għandhom l-għan, b'mod partikolari, li:
(a) |
jikkontribwixxu b'mod sostenibbli għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi; |
(b) |
jippromwovu metodi jew tagħmir selettivi ta' sajd u tnaqqis ta' qabdiet sekondarji; |
(ċ) |
ineħħu tagħmir tas-sajd mitluf minn qiegħ il-baħar sabiex jingħeleb is-sajd inviżibbli; |
(d) |
itejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u tas-sigurtà; |
(e) |
jikkontribwixxu għat-trasparenza tas-swieq fi prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura inkluża t-traċċabbiltà; |
(f) |
itejbu l-kwalità u s-sigurtà ta' l-ikel; |
(g) |
jiżviluppaw, jirristrutturaw jew itejbu s-siti ta' l-akkwakultura; |
(h) |
jippromwovu investimenti li jikkonċernaw il-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' tagħmir u infrastruttura inklużi dawk għat-trattament ta' l-iskart; |
(i) |
itejbu l-ħiliet professjonali, jew jiżviluppaw metodi u għodod ġodda ta' taħriġ; |
(j) |
jippromwovu sħubija bejn xjenzjati u operaturi fis-settur tas-sajd; |
(k) |
jikkontribwixxu għan-networking u għall-iskambju ta' esperjenza u ta' l-aħjar prattika fost organizzazzjonijiet li jippromwovu opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa u partijiet interessati oħra; |
(l) |
jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti għas-sajd kostali fuq skala żgħira fl-Artikolu 26(4); |
(m) |
itejbu l-ġestjoni u l-kontroll tal-kondizzjonijiet ta' aċċess għal żoni tas-sajd, b'mod partikolari permezz tat-tfassil ta' pjanijiet ta' ġestjoni lokali approvati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; |
(n) |
jistabbilixxu organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura (18), ir-ristrutturazzjoni tagħhom u l-implementazzjoni tal-pjanijiet tagħhom sabiex itejbu l-kwalità. |
(o) |
iwettqu studji ta' fattibbiltà relatati mal-promozzjoni ta' sħubiji ma' pajjiżi terzi fis-settur tas-sajd. |
L-għajnuna msemmija fil-punt (n) għandha tingħata għal massimu ta' tliet snin wara d-data ta' rikonoxximent jew wara d-data tad-deċiżjoni dwar ir-ristrutturazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produttur u għandha tkun digressiva tul dawn it-tliet snin.
Artikolu 38
Miżuri maħsuba sabiex jipproteġu u jiżviluppaw il-fawna u l-flora akkwatiċi
1. Il-FES jista' jsostni miżuri ta' interess komuni maħsubin sabiex jipproteġu u jiżviluppaw il-fawna u l-flora akkwatiċi filwaqt li jtejbu l-ambjent akkwatiku.
2. Dawn il-miżuri għandhom jirrigwardaw:
(a) |
il-kostruzzjoni jew l-installazzjoni ta' faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsubin sabiex jipproteġu u jiżviluppaw il-fawna u l-flora akkwatiċi, jew |
(b) |
ir-rijabilitazzjoni ta' l-ilmijiet interni, inklużi l-postijiet fejn ibid il-ħut u r-rotot ta' migrazzjoni ta' l-ispeċi migratorji, jew |
(ċ) |
il-protezzjoni u t-titjib ta' l-ambjent fil-qafas ta' NATURA 2000, fejn jikkonċernaw l-attivitajiet tas-sajd direttament, bl-esklużjoni ta' l-ispejjeż operattivi. |
It-tkabbir ta' stokk mill-ġdid diretta ma għandhiex tkun eliġibbli għall-għajnuna, sakemm ma tkunx prevista b'mod espliċitu bħala miżura ta' konservazzjoni minn att legali Komunitarju.
3. L-azzjoni għandha tiġi implementata minn korpi pubbliċi jew semi-pubbliċi, organizzazzjonijiet tal-kummerċ rikonoxxuti jew korpi oħra maħtura għal dak il-għan mill-Istat Membru.
Artikolu 39
Portijiet tas-sajd, siti ta' l-iżbark u ta' postijiet ta' protezzjoni
1. Il-FES jista' jsostni investimenti f'portijiet tas-sajd pubbliċi jew privati eżistenti, li jkunu ta' interess għas-sajjieda u għall-produtturi ta' l-akkwakultura li jużawhom, bil-għan li jitjiebu s-servizzi offruti.
Il-FES jista' jsostni wkoll investimenti għar-ristrutturazzjoni ta' siti ta' l-iżbark u għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħut żbarkat minn sajjieda kostali f'siti eżistenti ta' l-iżbark tal-ħut magħżulin mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
2. L-investimenti għandhom jirrigwardaw, b'mod partikolari:
(a) |
it-titjib tal-kondizzjonijiet li taħthom il-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura jiġu żbarkati, proċessati, maħżuna fil-portijiet u rkantati; |
(b) |
il-fornitura ta' karburant, silġ, ilma u elettriku; |
(ċ) |
il-manutenzjoni tal-bastimenti tas-sajd ta' tagħmir tat-tiswija; |
(d) |
il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u l-estensjoni ta' mollijiet għat-titjib tas-sigurtà waqt l-iżbark jew it-tagħbija; |
(e) |
il-ġestjoni kompjuterizzata ta' l-attivitajiet tas-sajd; |
(f) |
it-titjib tas-sigurtà u tal-kondizzjonijiet tax-xogħol; |
(g) |
il-ħażna u t-trattament ta' skart; |
(h) |
miżuri għat-tnaqqis ta' rimi. |
3. Sabiex tiġi mtejba s-sigurtà tas-sajjieda, il-FES jista' jsostni wkoll investimenti relatati mas-sigurtà għall-kostruzzjoni jew modernizzazzjoni ta' postijiet ta' protezzjoni żgħar għas-sajd.
Artikolu 40
Żvilupp ta' swieq ġodda u kampanji promozzjonali
1. Il-FES jista' jsostni miżuri ta' interess komuni maħsubin sabiex jimplementaw politika ta' titjib tal-kwalità u tal-valur, l-iżvilupp ta' swieq ġodda jew kampanji promozzjonali għall-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura.
2. L-azzjoni ma tistax tkun immirata lejn marki kummerċjali jew tagħmel referenza għal pajjiżi jew żoni ġeografiċi speċifiċi, ħlief fil-każ ta' prodotti rikonoxxuti taħt it-termini tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet u ismijiet ġeografiċi fir-rigward ta' prodotti agrikoli u ta' merċi ta' l-ikel (19).
3. L-operazzjonijiet għandhom jirrigwardaw, b'mod partikolari:
(a) |
it-twettiq ta' kampanji ta' promozzjoni reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali għall-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura; |
(b) |
il-provvista lis-suq ta' speċi żejda jew sfruttati ftit li normalment jiġu mormija jew li ma jkunu ta' l-ebda interess kummerċjali; |
(ċ) |
l-implementazzjoni ta' politika ta' kwalità għall-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura; |
(d) |
il-promozzjoni ta' prodotti miksuba bl-użu ta' metodi li jkollhom impatt baxx fuq l-ambjent; |
(e) |
il-promozzjoni ta' prodotti rikonoxxuti taħt it-termini tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92; |
(f) |
iċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità, inkluż il-ħolqien ta' tikketti u ċ-ċertifikazzjoni ta' prodotti maqbudin jew imrobbijin bl-użu ta' metodi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent; |
(g) |
kampanji għat-titjib ta' l-immaġni tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura u ta' l-immaġni tas-settur tas-sajd; |
(h) |
l-implementazzjoni ta' stħarriġ dwar is-suq. |
Artikolu 41
Proġetti pilota
1. Il-FES jista' jsostni proġetti pilota, inkluż l-użu sperimentali ta' teknika aktar selettiva tas-sajd, bil-għan li tinkiseb u tiġi mxerrda konoxxenza teknika ġdida u mwettqin minn operatur ekonomiku, assoċjazzjoni kummerċjali rikonoxxuta jew kwalunkwe korp kompetenti ieħor magħżul għal dak l-iskop mill-Istat Membru, bi sħubija ma' korp xjentifiku jew tekniku.
2. Il-proġetti pilota previsti fil-paragrafu 1 jistgħu:
(a) |
jittestjaw, taħt kondizzjonijiet qrib dawk reali fis-settur tal-produzzjoni, il-vijabbiltà teknika jew ekonomika ta' teknoloġija innovattiva bl-għan li tinkiseb u tiġi mxerrda konoxxenza teknika jew ekonomika tat-teknoloġija ttestjata; |
(b) |
jippermettu li jitwettqu testijiet fuq pjanijiet ta' ġestjoni u pjanijiet ta' allokazzjoni ta' l-isforz tas-sajd, li jinkludu, jekk meħtieġ, l-istabbiliment ta' żoni fejn jiġi projbit is-sajd, sabiex jiġu stmati l-konsegwenzi bijoloġiċi u finanzjarji, u t-tkabbir mill-ġdid sperimentali ta' stokk; |
(ċ) |
jiżviluppaw u jittestjaw metodi għat-titjib tas-selettività tat-tagħmir, għat-tnaqqis fil-qabdiet sekondarji, fir-rimi jew fl-impatt fuq l-ambjent, b'mod partikolari fuq qiegħ il-baħar; |
(d) |
jittestjaw tipi alternattivi ta' teknika ta' ġestjoni tas-sajd. |
Proġett pilota għandu dejjem jinkludi segwitu xjentifiku adegwat sabiex jagħti riżultati sinifikattivi.
3. Ir-riżultati ta' proġetti pilota ffinanzjati taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu s-suġġett ta' rapporti tekniċi disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 42
Modifika għall-assenjar mill-ġdid ta' bastimenti tas-sajd
Il-FES jista' jsostni l-modifika ta' bastimenti tas-sajd għall-assenjar mill-ġdid tagħhom, taħt il-bandiera ta' Stat Membru u reġistrati fil-Komunità għal skopijiet ta' taħriġ jew riċerka fis-settur tas-sajd jew għal attivitajiet oħra barra s-sajd. Dawn l-operazzjonijiet għandhom ikunu limitati għal korpi pubbliċi jew semi-pubbliċi.
KAPITOLU IV
Assi prijoritarju 4: żvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd
Artikolu 43
L-ambitu ta' l-għajnuna
1. Il-FES jista' jipprovdi assistenza, komplementarja għall-istrumenti Komunitarji l-oħra, għall-iżvilupp sostenibbli u għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni tas-sajd eliġibbli bħala parti minn strateġija ġenerali li tfittex li ssostni l-implementazzjoni ta' l-objettivi tal-politika komuni tas-sajd, b'mod partikolari billi tieħu kont ta' l-effetti soċjo-ekonomiċi tagħha.
2. Il-miżuri għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd għandhom ifittxu li:
(a) |
iżommu l-prosperità ekonomika u soċjali ta' dawn iż-żoni u jżidu l-valur tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura; |
(b) |
iżommu u jiżviluppaw l-impjiegi fiż-żoni tas-sajd permezz ta' sostenn għad-diversifikazzjoni jew għar-ristrutturazzjoni ekonomika u soċjali ta' żoni li jiffaċċjaw diffikultajiet soċjo-ekonomiċi bħala riżultat ta' bidliet fis-settur tas-sajd; |
(ċ) |
jippromovu l-kwalità ta' l-ambjent tal-kosta; |
(d) |
jippromwovu l-koperazzjoni nazzjonali u transnazzjonali bejn iż-żoni tas-sajd. |
3. Żona tas-sajd magħżula għall-assistenza għandha tkun limitata fid-daqs u, bħala regola ġenerali, għandha tkun iżgħar mil-livell NUTS 3 tal-klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (20). Iż-żona għandha tkun suffiċjentement koerenti minn perspettiva ġeografika, ekonomika u soċjali.
4. L-assistenza għandha timmira, bħala prijorità, lejn żoni li għandhom:
(a) |
densità baxxa ta' popolazzjoni, jew |
(b) |
sajd li qiegħed jonqos, jew |
(ċ) |
komunitajiet tas-sajd żgħar. |
5. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni biż-żoni magħżula għall-finanzjament taħt dan l-assi prijoritarju u jinkludi din l-informazzjoni fir-rapport annwali li jkun imiss imsemmi fl-Artikolu 67.
Artikolu 44
Miżuri eliġibbli
1. Is-sostenn għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd jista' jingħata għal dawn li ġejjin:
(a) |
it-tisħiħ tal-kompetittività taż-żoni tas-sajd; |
(b) |
ir-ristrutturazzjoni u l-għoti ta' direzzjoni ġdida lill-attivitajiet ekonomiċi, b'mod partikolari bil-promozzjoni ta' l-ekoturiżmu, sakemm dawn l-azzjonijiet ma jwasslux għal żieda fl-isforz tas-sajd; |
(ċ) |
attivitajiet ta' diversifikazzjoni permezz tal-promozzjoni ta' impjiegi multipli għas-sajjieda bil-ħolqien ta' impjiegi addizzjonali barra s-settur tas-sajd; |
(d) |
iż-żieda fil-valur għall-prodotti tas-sajd; |
(e) |
is-sostenn ta' l-infrastruttura żgħira tas-sajd u relatata mat-turiżmu u ta' servizzi għall-benefiċċju ta' komunitajiet żgħar tas-sajd; |
(f) |
il-protezzjoni ta' l-ambjent f'żoni tas-sajd sabiex jinżamm attraenti, il-ġenerazzjoni mill-ġdid u l-iżvilupp ta' rħula żgħar u villaġġi mal-kosta b'attivitajiet tas-sajd u l-protezzjoni u t-titjib tal-wirt naturali u arkitetturali; |
(g) |
l-istabbiliment mill-ġdid tal-potenzjal produttiv fis-settur tas-sajd meta ssirlu l-ħsara minn diżastri naturali jew industrijali; |
(h) |
il-promozzjoni ta' koperazzjoni inter-reġjonali u trans-nazzjonali fost gruppi f'żoni tas-sajd, l-aktar permezz tan-networking u tad-disseminazzjoni ta' l-aħjar prattika; |
(i) |
il-ksib ta' ħiliet u l-faċilitazzjoni tat-tħejjija u ta' l-implementazzjoni ta' l-istrateġija lokali ta' l-iżvilupp; |
(j) |
kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta' kuljum tal-gruppi. |
2. Il-FES jista' jiffinanzja wkoll sa massimu ta' 15 % ta' l-assi prijoritarju involut, miżuri bħall-promozzjoni u t-titjib tal-ħiliet professjonali, bħall-adattabiltà tal-ħaddiema u l-aċċess għall-impjiegi, b'mod partikolari favur in-nisa, sakemm dawn il-miżuri jkunu parti integrali minn strateġija ta' żvilupp sostenibbli u jkunu direttament marbutin mal-miżuri deskritti fil-paragrafu 1.
3. Is-sostenn mogħti taħt il-paragrafu 1 jista' jinkludi miżuri previsti taħt il-Kapitoli I, II u III bl-eċċezzjoni ta' miżuri previsti taħt l-Artikoli 23 u 24. Meta s-sostenn jingħata għal operazzjonijiet li jikkorrispondu għal dawn il-miżuri, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet relevanti u l-iskali ta' kontribuzzjoni għal kull operazzjoni stabbiliti rispettivament fil-Kapitoli I, II u III u l-Anness II.
4. Il-benefiċjarji ta' sostenn previst fil-punti (b) u (ċ) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 għandhom ikunu jew ħaddiema fis-settur ta' l-industrija tas-sajd jew persuni b'impjieg marbut ma' dan is-settur.
5. L-ispejjeż ta' kuljum għall-gruppi ma jistgħux jaqbżu, bħala regola ġenerali, l-10 % tal-baġit totali allokat għal żona tas-sajd. B'deroga, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaqbżu dan il-limitu massimu abbażi ta' każijiet individwali, b'mod partikolari meta l-gruppi ma jistgħux jiġu stabbiliti abbażi ta' organizzazzjonijiet eżistenti ta' esperjenza.
6. Jekk miżura taħt dan l-Artikolu tkun eliġibbli wkoll taħt strument ta' sostenn Komunitarju ieħor, l-Istat Membru għandu jagħmel ċar fit-tfassil tal-programm operattiv tiegħu jekk hux sostnut mill-FES jew minn strument ieħor ta' sostenn Komunitarju.
Artikolu 45
Parteċipazzjoni fl-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd
1. Għandhom jiġu implementati miżuri li jsostnu l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd f'territorju partikolari minn entitajiet jew gruppi lokali (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-grupp”) li jirrappreżentaw imsieħba pubbliċi u privati mid-diversi setturi soċjo-ekonomiċi lokali relevanti u, skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, bil-kapaċità amministrattiva u finanzjarja adegwata sabiex jamministraw l-assistenza u jiżguraw li l-operazzjonijiet jitlestew b'suċċess. Il-grupp għandu, kull meta jkun possibbli, ikun ibbażat fuq organizzazzjonijiet eżistenti b'esperjenza.
2. Il-grupp għandu jipproponi u jimplementa strateġija integrata ta' żvilupp lokali abbażi ta' approċċ minn isfel għal fuq fi ftehim ma' l-awtorità ta' ġestjoni.
3. It-territorju kopert minn grupp wieħed għandu jkun koerenti u jkollu biżżejjed massa kritika f'termini ta' riżorsi umani, finanzjarji u ekonomiċi sabiex isostni strateġija ta' żvilupp lokali li tkun vijabbli.
4. L-operazzjonijiet taħt l-istrateġija ta' żvilupp lokali għandhom jintgħażlu mill-grupp u għandhom jikkorrispondu għall-miżuri previsti fl-Artikolu 44. Il-maġġoranza ta' l-operazzjonijiet għandhom jitmexxew mis-settur privat.
5. L-Istati Membri jew ir-reġjuni, li jiddependu fuq in-natura speċifika ta' l-istruttura istituzzjonali tagħhom, jistgħu jinkoraġġixxu n-networking immirat lejn id-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni u, b'mod partikolari, lejn l-iskambju ta' l-aħjar prattika.
KAPITOLU V
Assi prijoritarju 5: assistenza teknika
Artikolu 46
Assistenza teknika
1. Fuq l-inizjattiva ta' u/jew f'isem il-Kummissjoni, suġġett għal limitu ta' 0,8 % ta' l-allokazzjoni annwali tiegħu, il-FES jista' jiffinanzja l-miżuri tat-tħejjija, tal-monitoraġġ, tas-sostenn amministrattiv u tekniku, ta' valutazzjoni u tal-verifika meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Dawn il-miżuri jiġu eżegwiti skond l-Artikolu 53(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta' dak ir-Regolament u tar-regoli ta' implementazzjoni tiegħu applikabbli għal din il-forma ta' eżekuzzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dawk il-miżuri għandhom jinkludu:
(a) |
valutazzjonijiet, rapporti ta' esperti, statistika u studji, inklużi dawk ta' natura ġenerali rigward l-operazzjoni tal-FES; |
(b) |
miżuri mmirati lejn l-imsieħba, il-benefiċjarji ta' l-assistenza mill-FES u l-pubbliku ġenerali, inklużi miżuri informattivi; |
(ċ) |
miżuri sabiex ixerrdu informazzjoni, networking, iqajmu kuxjenza, jippromwovu l-koperazzjoni u jiskambjaw esperjenzi madwar il-Komunità; |
(d) |
l-installazzjoni, il-funzjonament u l-interkonnessjoni ta' sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, għall-monitoraġġ, għall-ispezzjoni u għall-valutazzjoni; |
(e) |
titjib fil-metodi ta' valutazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar prattika f'dan il-qasam; |
(f) |
l-istabbiliment ta' networks trans-nazzjonali u Komunitarji ta' atturi fl-iżvilupp sostenibbli tażżoni tas-sajd bil-ħsieb li jiġi inkoraġġut l-iskambju ta' esperjenza u l-aħjar prattika, jiġu stimolati u implementati l-koperazzjoni trans-reġjonali u trans-nazzjonali u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni. |
2. Fuq l-inizjattiva ta' l-Istat Membru, il-FES jista' jiffinanzja taħt il-programm operattiv azzjonijiet relatati mat-tħejjija, mal-ġestjoni, mal-monitoraġġ, mal-valutazzjoni, mal-pubbliċità, mal-kontroll u mal-verifika tal-programm operattiv, kif ukoll man-networking, sa limitu ta' 5 % ta' l-ammont totali tiegħu. Eċċezzjonalment, u f'ċirkostanzi debitament ġustifikati, dan il-limitu massimu jista' jinqabeż.
3. Fuq l-inizjattiva ta' l-Istat Membru, il-FES jista' jiffinanzja wkoll azzjonijiet taħt programm operattiv relatat mat-titjib tal-kapaċitajiet amministrattivi ta' l-Istat Membru li r-reġjuni kollha tiegħu ikunu eliġibbli taħt l-objettiv ta' Konverġenza.
4. Għandhom jiġu adottati tipi ta' assistenza teknika previsti fil-paragrafu 1 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 101(2).
TITOLU V
L-EFFIKAĊJA U L-PUBBLIĊITÀ TA' L-ASSISTENZA
KAPITOLU I
Valutazzjoni tal-programmi operattivi
Artikolu 47
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Il-programm operattiv għandu jkunu suġġett għal valutazzjonijiet ex ante, interim u ex post skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 48, 49 u 50.
Il-valutazzjonijiet għandhom jimmiraw lejn it-titjib tal-kwalità u ta' l-effikaċja ta' l-assistenza mill-FES u l-implementazzjoni tal-programm operattiv. Dawn għandhom jeżaminaw ukoll l-impatt tagħhom fir-rigward tal-prinċipji gwida disposti fl-Artikolu 19, il-parti relevanti tal-pjanijiet ta' strateġija nazzjonali u l-problemi speċifiċi li jolqtu lill-Istati Membri, filwaqt li jieħdu kont tal-ħtiġijiet ta' l-iżvilupp sostenibbli fis-settur tas-sajd u l-impatt ambjentali.
2. L-effikaċja ta' l-assistenza tal-FES għandha tiġi eżaminata abbażi ta' dawn il-kriterji li ġejjin:
(a) |
l-impatt ġenerali tal-FES fuq l-objettivi disposti fl-Artikolu 4; |
(b) |
l-impatt ta' l-assi prijoritarji inkorporati fil-programm operattiv. |
3. Il-valutazzjonijiet previsti fl-ewwel paragrafu tal-paragrafu 1 għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istat Membru jew tal-Kummissjoni, skond il-każ, skond il-prinċipju tal-proporzjonalità u fi sħubija mal-Kummissjoni u l-Istat Membru.
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa għat-twettiq tal-valutazzjonijiet, jorganizzaw il-produzzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa u jużaw id-diversi tipi ta' informazzjoni pprovduti mis-sistema ta' monitoraġġ.
5. Il-metodi u l-istandards tal-valutazzjoni li għandhom jiġu applikati għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 101(3).
6. Il-valutazzjonijiet għandhom isiru minn assessuri indipendenti ta' l-awtoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 58. Ir-riżultati għandhom jiġu ppubblikati, sakemm l-awtorità responsabbli mill-valutazzjoni ma toġġezzjonax espressament, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (21).
7. Il-valutazzjonijiet għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit għall-assistenza teknika tal-programm operattiv jekk jiġu mwettqa taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istat Membru u mill-baġit għall-assistenza teknika tal-Kummissjoni jekk jiġu mwettqa taħt ir-responsabbiltà tagħha.
Artikolu 48
Valutazzjoni ex ante
1. Il-valutazzjoni ex ante għandha timmira li tiżgura l-koerenza bejn il-prinċipji gwida disposti fl-Artikolu 19, il-parti relevanti tal-pjan ta' strateġija nazzjonali u l-programm operattiv kif ukoll li tottimizza l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-baġit taħt il-programm operattiv u li ttejjeb il-kwalità tal-programmazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni ex ante fil-livell tal-programm operattiv skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, u skond il-metodi u l-istandards tal-valutazzjoni li għandhom jiġu definiti skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 47(5).
3. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-valutazzjoni ex ante mhux aktar tard minn meta jippreżentaw il-programm operattiv.
Artikolu 49
Valutazzjoni interim
1. Il-valutazzjoni interim għandha timmira li teżamina l-effikaċja tal-programm operattiv kollu jew ta' parti minnu bil-għan li taġġustah sabiex ittejjeb il-kwalità ta' l-assistenza u l-implementazzjoni tagħha.
2. Il-valutazzjonijiet interim għandhom jitwettqu għal programm operattiv skond il-prinċipju tal-proporzjonalità abbażi ta' kalendarju li jagħmilha possibbli li jitqiesu r-riżultati sabiex jiġi stabbilit id-dibattitu strateġiku msemmi fl-Artikolu 16.
3. Il-valutazzjonjiet interim għandhom jiġu organizzati taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri u fuq l-inizjattiva ta' l-awtoritajiet ta' ġestjoni f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni skond il-metodi u l-istandards ta' valutazzjoni li għandhom jiġu definiti skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 47(5). Il-valutazzjonjiet interim għandhom jintbagħtu lill-kumitat ta' monitoraġġ tal-programm operattiv u lill-Kummissjoni.
Artikolu 50
Valutazzjoni ex post
1. Valutazzjoni ex post teżamina l-grad ta' l-utilizzazzjoni tar-riżorsi, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-programm operattiv u l-impatt tiegħu f'relazzjoni ma' l-objettivi disposti fl-Artikolu 4 u mal-prinċipji ta' gwida disposti fl-Artikolu 19. Hija għandha tidentifika l-fatturi li kkontribixxew għas-suċċess jew għall-falliment ta' l-implementazzjoni tal-programm operattiv, anke mill-perspettiva tas-sostenibbiltà, u l-aħjar prattika.
2. Il-valutazzjoni ex post għandha titwettaq fuq l-inizjattiva u taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni f'konsultazzjoni ma' l-Istat Membru u ma' l-awtorità ta' ġestjoni, li għandhom jiġbru l-informazzjoni meħtieġa għall-implementazzjoni tagħha.
3. Il-valutazzjoni ex post għandha titlesta sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015.
KAPITOLU II
Informazzjoni u pubbliċità
Artikolu 51
Informazzjoni u pubbliċità
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar u jippubliċizzaw il-programm u l-operazzjonijiet operattivi u l-kontribuzzjoni Komunitarja. Din l-informazzjoni għandha tkun indirizzata lill-pubbliku ġenerali. Hija għandha timmira li titfa' l-attenzjoni fuq ir-rwol tal-Komunità u tiżgura t-trasparenza ta' l-assistenza mill-FES.
2. L-awtorità ta' ġestjoni għall-programm operattiv għandha tkun responsabbli għall-pubbliċità tiegħu kif ġej:
(a) |
għandha tinforma lill-benefiċjarji potenzjali, l-organizzazzjonijiet involuti fis-settur tas-sajd, l-organizzazzjonijiet professjonali, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, il-korpi involuti fil-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi konċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet ambjentali, dwar il-possibbiltajiet offruti mill-programm u r-regoli u metodi li jirregolaw l-aċċess għall-finanzjament; |
(b) |
għandha tinforma lill-benefiċjarji dwar l-ammont tal-kontribuzzjoni Komunitarja; |
(ċ) |
għandha tinforma lill-pubbliku ġenerali dwar ir-rwol li għandha l-Komunità fil-programm operattiv u r-riżultati tagħhom. |
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull sena bl-inizjattivi meħuda għall-finijiet ta' dan l-Artikolu fil-qafas tar-rapporti annwali u finali msemmijin fl-Artikolu 67.
TITOLU VI
IL-KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA MILL-FES
KAPITOLU I
Il-kontribuzzjoni mill-FES
Artikolu 52
L-intensità ta' l-għajnuna pubblika
L-intensità massima ta' l-għajnuna pubblika hija disposta fit-Tabella fl-Anness II.
Artikolu 53
Kontribuzzjoni mill-FES
1. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm operattiv għandha tiffissa r-rata massima u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni tal-FES separatament għall-objettiv ta' Konverġenza u mhux ta' Konverġenza għal kull assi prijoritarju.
2. Il-kontribuzzjoni mill-FES għandha tiġi kkalkolata fir-rigward tan-nefqa pubblika totali.
3. Il-kontribuzzjoni mill-FES għandha tiġi stabbilita għal kull assi prijoritarju. Il-kontribuzzjoni mill-FES għandha tkun suġġetta għal dawn il-limiti massimi li ġejjin:
(a) |
75 % tan-nefqa pubblika ko-finanzjata mill-FES f'reġjuni eliġibbli taħt l-objettiv ta' Konverġenza suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 7, 8 u 9. |
(b) |
50 % tan-nefqa pubblika ko-finanzjata f'reġjuni oħra mhux eliġibbli taħt l-objettiv ta' Konverġenza suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 7, 8 u 9. |
Minkejja dan, fil-programm operattiv l-Istati Membri jistgħu japplikaw rata uniformi skond ir-reġjun fil-livell ta' miżuri.
4. Il-kontribuzzjoni minima mill-FES għal kull assi prijoritarju għandha tkun 20 % tan-nefqa pubblika.
5. L-ammont minimu ta' sostenn mogħti lil operazzjoni mill-FES għandu jkun 5 % tan-nefqa pubblika allokata għall-assistenza għall-operazzjoni.
6. L-ammont totali ta' sostenn mogħti għal operazzjoni mill-FES ma għandhux jaqbeż 95 % tan-nefqa pubblika allokata għal assistenza għall-operazzjoni.
7. Meta operazzjonijiet finanzjati mill-FES jaqgħu taħt l-Artikoli 24 jew 27, fejn dawn jifformaw parti minn pjan għall-aġġustament ta' l-isforz tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 21(a)(i), jew jaqgħu taħt l-Artikolu 26(3) jew (4), il-limitu massimu għall-kontribuzzjoni mill-FES għall-assi prijoritarju 1 għandu jiżdied sa 10 punti perċentwali fir-reġjuni eliġibbli taħt l-objettiv ta' Konverġenza u sa 15-il punt perċentwali għar-reġjuni mhux eliġibbli taħt l-objettiv ta' Konverġenza.
Din iż-żieda tkun proporzjonali għall-proporzjon tan-nefqa totali għall-operazzjonijiet fil-paragrafu 1 għan-nefqa totali għall-assi prijoritarju 1.
8. Meta operazzjonijiet iffinanzjati mill-FES ikunu jaqgħu taħt l-Artikolu 23, il-limitu tal-kontribuzzjoni mill-FES għall-assi prijoritarju 1 għandu jiżdied b'10 punti perċentwali fir-reġjuni eliġibbli taħt l-objettiv ta' Konverġenza u b'25 punt perċentwali għar-reġjuni mhux eliġibbli taħt l-objettiv ta' Konverġenza.
Din iż-żieda tkun proporzjonali għall-proporzjon tan-nefqa totali għall-operazzjonijiet fil-paragrafu 1 għan-nefqa totali għall-assi prijoritarju 1.
9. Meta l-operazzjonijiet jiġu finanzjati mill-FES fil-gżejjer Griegi esterni li jkunu fi żvantaġġ minħabba pożizzjoni mbiegħda u fir-reġjuni l-aktar 'il barra, il-limitu massimu għall-kontribuzzjoni mill-FES għal kull assi prijoritarju għandu jiżdied sa 10 punti perċentwali fir-reġjuni eliġibbli taħt l-objettiv ta' Konverġenza u sa 35 punti perċentwali għar-reġjuni mhux eliġibbli taħt l-objettiv ta' Konverġenza.
Għal kull assi prijoritarju, din iż-żieda tkun proporzjonali għall-proporzjon tan-nefqa totali għall-operazzjonijiet fil-paragrafu 1 għan-nefqa totali fi ħdan l-assi prijoritarju.
10. Il-miżuri ta' assistenza teknika implementati fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha għandhom jiġu finanzjati 100 % mill-FES.
Artikolu 54
Non-akkumulazzjoni
In-nefqa ko-finanzjata mill-FES ma għandhiex tirċievi assistenza minn strument finanzjarju Komunitarju ieħor.
Artikolu 55
L-eliġibbiltà tan-nefqa
1. In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FES jekk tkun fil-fatt tħallset mill-benefiċjarji bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-program operattiv lill-Kummisjoni jew mill-1 ta' Jannar 2007, skond liema data tiġi l-ewwel, u l-31 ta' Diċembru 2015. L-operazzjonijiet ko-finanzjati ma għandhomx ikunu tlestew qabel id-data tal-bidu ta' l-eliġibbiltà.
2. Bħala deroga għall-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet in natura, l-ispejjeż ta' depprezzament u l-ispejjeż ġenerali jistgħu jiġu trattati bħala nefqa mħallsa minn benefiċjarji fl-implementazzjoni ta' l-operazzjonijiet taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
regoli ta' eliġibbiltà stabbiliti taħt il-paragrafu 4 jipprovdu għall-eliġibbiltà ta' tali nefqa; |
(b) |
l-ammont tan-nefqa ikun ġustifikat b'dokumenti ta' kontabbiltà li jkollhom valur ta' prova ekwivalenti għal riċevuti; |
(ċ) |
fil-każ ta' kontribuzzjonijiet in natura, il-ko-finanzjament mill-FES ma jaqbiżx in-nefqa eliġibbli totali, eskluż il-valur ta' tali kontribuzzjonijiet. |
3. In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FES biss meta tkun saret għal operazzjonijiet deċiżi mill-awtorità ta' ġestjoni skond il-kriterji stabbiliti minn qabel mill-kumitat ta' monitoraġġ.
Nefqa ġdida, miżjuda fil-mument tar-reviżjoni ta' programm operattiv imsemmi fl-Artikolu 18, għandha tkun eliġibbli mid-data tal-preżentazzjoni lill-Kummissjoni tat-talba għal reviżjoni tal-programm operattiv.
4. Ir-regoli dwar l-eliġibilità ta' l-infiq għandhom jiġu stabbiliti fuq livell nazzjonali suġġett għall-eċċezzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament. Dawn għandhom ikopru l-infiq pubbliku kollu dikjarat taħt il-programm operattiv.
5. L-infiq li ġej ma għandux ikun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FES:
(a) |
taxxa fuq il-valur miżjud, ħlief għal taxxa fuq il-valur miżjud li ma tkunx rekuperabbli meta din tkun imħallsa b'mod ġenwin u definittiv minn benefiċjarju barra persuni mhux taxxabbli msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (22); |
(b) |
interessi fuq dejn, bla preġudizzju għall-paragrafu 8; |
(ċ) |
ix-xiri ta' art għal ammont li jeċċedi l-10 % tan-nefqa totali eliġibbli għall-operazzjoni konċernata; |
(d) |
akkomodazzjoni. |
6. Il-paragrafi 1, 3 u 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 46(1).
7. Fir-rigward ta' operazzjonijiet li ma jimplikawx infiq għall-benefiċjarju, l-infiq eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FES għandu jkun l-għajnuna pubblika mħallsa lill-benefiċjarju.
8. Minkejja l-paragrafu 5(b) il-kontribuzzjoni mill-FES tista' ssir f'forma diversa minn dik ta' assistenza diretta mhux rimborsabbli. Għandhom jiġu definiti regoli dettaljati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 101(3).
Artikolu 56
It-tul ta' żmien ta' l-operazzjonijiet
1. L-Istat Membru jew l-awtorità ta' ġestjoni għandhom jiżguraw li operazzjoni żżomm il-kontribuzzjoni mill-FES biss jekk dik l-operazzjoni, fi żmien ħames snin mid-data tad-deċiżjoni ta' finanzjament ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew ta' l-awtorità ta' ġestjoni, ma tiġix sottoposta għal modifika sostanzjali:
(a) |
li tolqot in-natura jew il-kondizzjonijiet ta' implementazzjoni tagħha jew li tagħti lil xi impriża jew korp pubbliku xi vantaġġ mhux dovut; |
(b) |
li tirriżulta jew minn tibdil fin-natura tal-proprjetà ta' oġġett ta' infrastruttura jew mill-waqfien jew rilokazzjoni ta' attività produttiva. |
2. L-awtorità ta' ġestjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni fir-rapport annwali dwar l-implementazzjoni msemmi fl-Artikolu 67 dwar kwalunkwe modifika bħal din imsemmija fil-paragrafu 1.
3. L-ammonti mħallsin indebitament għandhom jiġu rkuprati skond it-Titolu VIII, Kapitolu II.
4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li impriżi li jkunu jew kienu suġġetti għal proċedura ta' rkupru skond il-paragrafu 3 wara t-trasferiment ta' attività produttiva fi Stat Membru jew lejn Stat Membru ieħor ma jgawdux minn kontribuzzjoni mill-FES.
TITOLU VII
ĠESTJONI, MONITORAĠĠ U KONTROLL
KAPITOLU I
Sistemi ta' ġestjoni u kontroll
Artikolu 57
Prinċipji ġenerali dwar is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll
1. Is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll ta' programmi operattivi stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jipprovdu għal:
(a) |
id-definizzjoni tal-funzjonijiet tal-korpi konċernati fil-ġestjoni u l-kontroll u l-allokazzjoni tal-funzjonijiet fi ħdan kull korp; |
(b) |
il-konformità mal-prinċipju ta' separazzjoni tal-funzjonijiet bejn u fi ħdan tali korpi; |
(ċ) |
proċeduri sabiex tiġi żgurata l-korrettezza u r-regolarità tan-nefqa dikjarata taħt il-programm operattiv; |
(d) |
sistemi affidabbli ta' kontabilità, monitoraġġ u rapportar finanzjarju, li għandhom ikunu f'forma kompjuterizzata; |
(e) |
sistema ta' rappurtar u monitoraġġ fejn il-korp responsabbli jafda l-esekuzzjoni tal-kompiti f'idejn korp ieħor; |
(f) |
arranġamenti għall-verifika tal-funzjonament tas-sistemi; |
(g) |
sistemi u proċeduri sabiex jiġi żgurat rekord adegwat ta' transazzjonijiet; |
(h) |
proċeduri ta' rappurtar u monitoraġġ għal irregolaritajiet u għall-irkupru ta' ammonti mħallsa indebitament. |
2. Il-miżuri stabbiliti fil-punti e) u f) għandhom ikunu proporzjonati għall-ammont totali tan-nefqa pubblika allokata għall-programm operattiv konċernat.
Artikolu 58
In-nomina ta' l-awtoritajiet
1. Għall-programm operattiv l-Istat Membru għandu jaħtar dawn li ġejjin:
(a) |
awtorità ta' ġestjoni sabiex tamministra l-programm operattiv; |
(b) |
awtorita ta' ċertifikazzjoni sabiex tiċċertifika dikjarazzjonijiet ta' nfiq u applikazzjonijiet għal ħlas qabel jintbagħtu lill-Kummissjoni; |
(ċ) |
awtorità ta' verifika, funzjonalment indipendenti mill-awtorità ta' ġestjoni u mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni, maħtura mill-Istat Membru għall-programm operattiv u responsabbli sabiex tivverifika l-funzjonament effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll. |
2. L-Istat Membru jista' jaħtar korp intermedju wieħed jew aktar sabiex iwettaq uħud mill-kompiti, jew il-kompiti kollha ta' l-awtorità ta' ġestjoni jew ta' ċertifikazzjoni taħt ir-responsabbiltà ta' dik l-awtorità.
3. L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet tiegħu ma' l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u r-relazzjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni.
4. Suġġett għall-Artikolu 57(1)(b), parti minn jew it-totalità ta' l-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu parti mill-istess korp.
Artikolu 59
Il-funzjonijiet ta' l-awtorità ta' ġestjoni
L-awtorità ta' ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni u l-implementazzjoni tal-programm operattiv skond il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba u b'mod partikolari sabiex:
(a) |
tiżgura li l-operazzjonijiet jiġu magħżula għall-finanzjament skond il-kriterji applikabbli għall-programm operattiv u li jikkonformaw mar-regoli Komunitarji u nazzjonali applikabbli għall-perjodu sħiħ ta' l-implementazzjoni tagħhom; |
(b) |
tivverifika li l-prodotti u s-servizzi ko-finanzjati ġew konsenjati u li l-infiq dikjarat mill-benefiċjarji jkun sar tassew u jkun konformi mar-regoli Komunitarji u nazzjonali; jistgħu jsiru aċċertamenti fuq il-post ta' operazzjonijiet individwali fuq bażi ta' kampjun skond ir-regoli dettaljati li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 101(3); |
(ċ) |
tiżgura li hemm sistema għar-reġistrazzjoni u l-ħażna f'għamla kompjuterizzata ta' rekords ta' kontabbiltà ta' kull operazzjoni taħt il-programm operattiv u li tinġabar id-data dwar l-implementazzjoni meħtieġa għall-ġestjoni finanzjarja, għall-monitoraġġ, għall-aċċertamenti, għall-verifiki u għall-valutazzjoni; |
(d) |
tiżgura li l-benefiċjarji u l-korpi l-oħra involuti fl-implementazzjoni ta' l-operazzjonijiet iżommu sistema ta' kontabbiltà separata jew kodiċi adegwat ta' kontabbiltà għat-transazzjonijiet kollha relatati ma' l-operazzjoni mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali tal-kontabbiltà; |
(e) |
tiżgura li l-valutazzjonijiet tal-programmi operattivi msemmijin fl-Artikolu 48 u 49 jitwettqu skond l-Artikolu 47; |
(f) |
tistabbilixxi proċeduri sabiex tiżgura li d-dokumenti kollha dwar l-infiq u l-kontrolli meħtieġa sabiex jiġi żgurat rekord adegwat ta' transazzjonijiet isiru skond ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 87; |
(g) |
tiżgura li l-awtorità ta' ċertifikazzjoni u l-awtorità ta' verifika jirċievu l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-proċeduri u l-aċċertamenti li jitwettqu fir-rigward ta' infiq għall-fini ta' ċertifikazzjoni u verifika rispettivament; |
(h) |
tiggwida l-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ u tipprovdih bid-dokumenti meħtieġa sabiex ikun possibbli l-monitoraġġ tal-kwalità ta' l-implementazzjoni tal-programm operattiv fid-dawl ta' l-għanijiet speċifiċi tiegħu; |
(i) |
tfassal u, wara l-approvazzjoni mill-kumitat ta' monitoraġġ, tippreżenta lill-Kummissjoni r-rapporti annwali u finali dwar l-implementazzjoni; |
(j) |
tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' l-informazzjoni u l-pubbliċità stabbiliti fl-Artikolu 51. |
Artikolu 60
Il-funzjonijiet ta' l-awtorità ta' ċertifikazzjoni
L-awtorità ta' ċertifikazzjoni ta' programm opperattiv għandha tkun responsabbli b'mod partikolari sabiex:
(a) |
tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni dikjarazzjonijiet ċertifikati ta' infiq u applikazzjonijiet għall-ħlas; |
(b) |
tiċċertifika li:
|
(ċ) |
tkun ċerta li l-informazzjoni rċevuta dwar il-proċeduri u l-aċċertamenti li jitwettqu fir-rigward ta' l-infiq inkluża fid-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq tipprovdi bażi xierqa għaċ-ċertifikazzjoni; |
(d) |
tqis għall-finijiet ta' ċertifikazzjoni, ir-riżultati tal-verifiki kollha mwettqin minn jew taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità ta' verifika; |
(e) |
iżżomm rekords tal-kontabilità f'forma kompjuterizzata ta' l-infiq preżentata lill-Kummissjoni; |
(f) |
iżżomm kont ta' l-ammonti rekuperabbli u ta' l-ammonti rtirati wara l-kanċellazzjoni kollha ta' jew parti mill-kontribuzzjoni għal operazzjoni. L-ammonti rkuprati qabel l-għeluq ta' programm operattiv li jkunu dovuti li jerġgħu jitħallsu lill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej wara korrezzjonijiet finanzjarji mwettqin skond l-Artikolu 97 għandhom jitnaqqsu mid-dikjarazzjoni ta' infiq li jkun imiss. |
Artikolu 61
Il-funzjonijiet ta' l-awtorità ta' verifika
1. L-awtorità ta' verifika ta' programm operattiv għandha tkun responsabbli b'mod partikolari sabiex:
(a) |
tiżgura li l-verifiki jitwettqu sabiex jiġi vverifikat il-funzjonament effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll tal-programm operattiv; |
(b) |
tiżgura li l-verifiki jitwettqu abbażi ta' kampjun xieraq ta' operazzjonijiet sabiex tiġi verifikata n-nefqa dikjarata; |
(ċ) |
tippreżenta lill-Kummissjoni, fi żmien disa' xhur mill-approvazzjoni tal-programm operattiv, strateġija ta' verifika li tkopri l-korpi li ser iwettqu l-verifiki skond il-punti (a) u (b), il-metodu li għandu jintuża, il-metodu għat-teħid tal-kampjuni għall-verifiki fuq operazzjonijiet, u l-ippjanar indikattiv tal-verifiki sabiex jiġi żgurat li l-korpi ewlenin jiġu verifikati u li l-verifiki jkunu mxerrdin b'mod uniformi tul il-perjodu kollu tal-programmazzjoni; |
(d) |
tiżgura li l-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni jirċievu l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-verifiki u l-kontrolli mwettqin; |
(e) |
sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena mill-2008 sa l-2015:
|
(f) |
tippreżenta lill-Kummissjoni sa mhux akar tard mill-31 ta' Marzu 2017, dikjarazzjoni ta' għeluq li tivvaluta l-validità ta' l-applikazzjoni għall-ħlas tal-bilanċ u l-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti koperti bid-dikjarazzjoni finali ta' l-infiq, li għandha tkun appoġġata minn rapport finali ta' kontroll. |
2. L-awtorità ta' verifika għandha tiżgura li x-xogħol ta' verifika jieħu kont ta' l-istandards ta' verifika aċċettati internazzjonalment.
3. Fejn il-verifiki u l-kontrolli msemmijin fil-punt 1(a) u (b) jitwettqu minn korp divers mill-awtorità ta' verifika, l-awtorità ta' verifika għandha tiżgura li tali korp ikollu l-indipendenza funzjonali meħtieġa.
4. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-kummenti tagħha dwar l-istrateġija ta' verifika ppreżentata taħt il-paragrafu 1(ċ) mhux aktar tard minn tliet xhur wara r-riċezzjoni tagħha. Fin-nuqqas ta' kummenti matul dan il-perjodu din għandha tiġi kkunsidrata bħala aċċettata.
KAPITOLU II
Monitoraġġ
Artikolu 62
Prinċipji ta' monitoraġġ
1. Il-monitoraġġ għandu jikkonsisti mill-eżami ta' l-implementazzjoni korretta tal-programm operattiv.
2. Il-monitoraġġ għandu jitwettaq l-ewwelnett mill-kumitat ta' monitoraġġ u mill-awtorità ta' ġestjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fil-monitoraġġ permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fil-kumitat ta' monitoraġġ u fir-reviżjoni annwali tal-programm operattiv li għandha tinkludi b'mod partikolari l-analiżi ta' l-implementazzjoni annwali u tar-rapporti ta' kontroll.
4. L-iskambju ta' data bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għal dan il-għan għandu jitwettaq b'mod elettroniku, skond ir-regoli implementattivi msemmijin fl-Artikolu 102.
Artikolu 63
Il-kumitat ta' monitoraġġ
L-Istat Membru għandu jistabbilixxi kumitat ta' monitoraġġ għall-programm operattiv, bi qbil ma' l-awtorità ta' ġestjoni wara konsultazzjoni ma' l-imsieħba skond l-Artikolu 8. Il-kumitat ta' monitoraġġ għandu jiġi stabbilit fi żmien tliet xhur li jibdew mid-data ta' notifika tad-deċiżjoni li tapprova l-programm operattiv għall-Istat Membru.
Il-kumitat ta' monitoraġġ għandu jfassal ir-regoli ta' proċedura tiegħu fi ħdan il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju ta' l-Istat Membru konċernat u jadottahom bi qbil ma' l-awtorità ta' ġestjoni sabiex jeżerċita l-missjonijiet tiegħu skond dan ir-Regolament.
Artikolu 64
Kompożizzjoni
1. Il-kumitat ta' monitoraġġ għandu jkun presedut minn rappreżentant ta' l-Istat Membru jew ta' l-awtorità ta' ġestjoni. Fuq l-inizjattiva tiegħu stess, rappreżentant tal-Kummissjoni jipparteċipa fix-xogħol tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.
Il-kompożizzjoni tiegħu għandha tiġi deċiża mill-Istat Membru konformement ma' l-Artikolu 8(1) u bi qbil ma' l-awtorità ta' ġestjoni.
2. Fuq l-inizjattiva tagħha, rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.
Artikolu 65
Kompiti
Il-kumitat ta' monitoraġġ għandu jiżgura l-effikaċja u l-kwalità ta' l-implementazzjoni tal-programm operattiv skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
huwa għandu jikkunsidra u japprova l-kriterji għall-għażla ta' l-operazzjonijiet iffinanzjati fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm operattiv u japprova kwalunkwe reviżjoni ta' dawk il-kriterji skond il-ħtiġijiet tal-programmazzjoni; |
(b) |
huwa għandu jirrevedi perjodikament il-progress li jkun sar lejn il-ksib tal-miri speċifiċi tal-programm operattiv fuq bażi ta' dokumenti preżentati mill-awtorità ta' ġestjoni; |
(ċ) |
huwa għandu jeżamina r-riżultati ta' l-implementazzjoni, b'mod partikolari l-kisba tal-miri stabbiliti għal kull assi prijoritarju u l-valutazzjonijiet interim imsemmijin fl-Artikolu 49; |
(d) |
huwa għandu jeżamina u japprova r-rapporti annwali u finali dwar l-implementazzjoni msemmija fl-Artikolu 67 qabel ma jintbagħtu lill-Kummissjoni; |
(e) |
huwa għandu jkun mgħarraf dwar ir-rapport annwali ta' kontroll u dwar kwalunkwe kumment relevanti li l-Kummissjoni tista' tagħmel wara li teżamina dak ir-rapport; |
(f) |
fuq l-inizjattiva ta' l-Istat Membru, huwa jista' jiġi informat dwar l-informazzjoni bil-miktub preżentata lill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 16(1); |
(g) |
huwa jista' jipproponi lill-awtorità ta' ġestjoni kwalunkwe reviżjoni jew eżami tal-programm operattiv li x'aktarx jippermetti li jinkisbu l-objettivi tal-FES stabbiliti fl-Artikolu 4 jew li tittejjeb il-ġestjoni tiegħu, inkluża l-ġestjoni finanzjarja tiegħu; |
(h) |
huwa għandu jikkunsidra u japprova kwalunkwe proposta sabiex jiġi emendat il-kontenut tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kontribuzzjoni mill-FES. |
Artikolu 66
Arranġamenti għall-monitoraġġ
1. L-awtorità ta' ġestjoni u l-kumitat ta' monitoraġġ għandhom jiżguraw il-kwalità ta' l-implementazzjoni tal-programm operattiv.
2. L-awtorità ta' ġestjoni u l-kumitat ta' monitoraġġ għandhom iwettqu monitoraġġ b'referenza għall-indikaturi finanzjarji u l-indikaturi msemmijin fl-Artikolu 20(1)(ċ) speċifikati fil-programm operattiv.
3. Fejn in-natura ta' l-assistenza tippermetti dan, l-istatistika għandha titqassam skond is-sess u d-daqs ta' l-impriżi tal-benefiċjarju.
4. L-iskambju ta' data bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għal dan il-għan għandu jitwettaq b'mod elettroniku, skond ir-regoli implementattivi msemmija fl-Artikolu 102(3).
Artikolu 67
Ir-rapporti annwali u r-rapporti finali dwar l-implementazzjoni
1. Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, u bl-ewwel darba fl-2008, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tibgħat lill-Kummissjoni rapport annwali, u sal-31 ta' Marzu 2017 rapport finali, dwar l-implementazzjoni tal-programm operattiv.
2. Sabiex tinkiseb stampa ċara ta' l-implementazzjoni tal-program operattiv, ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-progress magħmul fl-implementazzjoni tal-programm operattiv u l-prijoritajiet relatati mal-miri speċifiċi u verifikabbli tagħhom, bi kwantifikazzjoni, kull fejn u kull meta dawn ikunu jistgħu jiġu kwantifikati, bl-użu ta' l-indikaturi msemmijin fl-Artikolu 20(1)(ċ) fil-livell ta' l-assi prijoritarju; |
(b) |
xi bidla fis-sitwazzjoni ġenerali li jkollha impatt dirett fuq l-implementazzjoni ta' l-assistenza, b'mod partikolari żviluppi soċjo-ekonomiċi sinifikattivi, bidliet fil-politika nazzjonali, reġjonali jew settorjali, u, fejn meħtieġ, il-konsegwenzi tagħhom għal konsistenza bejn l-assistenza mill-FES u minn strumenti finanzjarji oħra; |
(ċ) |
l-implementazzjoni finanzjarja tal-programm operattiv b'dettalji separati għall-objettiv ta' Konverġenza u mhux ta' Konverġenza għal kull assi prijoritarju:
|
(d) |
il-passi meħudin mill-awtorità ta' ġestjoni u l-kumitat ta' monitoraġġ sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-effikaċja ta' l-implementazzjoni, b'mod partikolari:
|
(e) |
il-miżuri li jkunu ttieħdu sabiex tiġi żgurata l-pubbliċità għall-programm operattiv; |
(f) |
l-użu li jkun sar mill-għajnuna rilaxxata wara l-kanċellazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 96(2) lill-awtorità ta' ġestjoni jew lil awtorità pubblika oħra matul il-perjodu ta' l-implementazzjoni tal-programm operattiv. |
(g) |
il-każijiet fejn tkun ġiet skoperta xi modifika sostanzjali taħt l-Artikolu 56. |
(h) |
problemi sinifikattivi relatati mal-konformità mal-liġi Komunitarja li jkunu nqalgħu fl-implementazzjoni tal-programm operattiv u l-miżuri meħuda sabiex dawn jiġu ttrattati. |
Il-firxa ta' informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għandha tkun proporzjonali għall-ammont totali ta' nfiq pubbliku tal-programm operattiv konċernat. Fejn ikun xieraq, tali informazzjoni tista' tiġi provduta f'forma sommarja.
L-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (d), (e), (f) u (g) ma għandhiex tiġi inkluża jekk ma tkun saret l-ebda modifika sinifikattiva mir-rapport preċedenti.
3. Ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu meqjusa aċċettabbli jekk ikun fihom l-informazzjoni kollha elenkata fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar l-aċċettabbiltà ta' dawk ir-rapporti fi żmien ħmistax-il jum ta' xogħol.
4. Il-Kummissjoni għandha tilħaq deċiżjoni dwar il-kontenut tar-rapport annwali dwar l-implementazzjoni preżentat mill-awtorità ta' ġestjoni fi żmien xahrejn. Għar-rapport finali dwar il-programm operattiv, il-limitu ta' żmien għandu jkun ħames xhur. Jekk il-Kummissjoni ma tirrispondix fit-terminu ta' żmien stabbilit, rapport għandu jitqies bħala aċċettat.
Artikolu 68
Rapport annwali mill-Kummissjoni
1. Sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, u bl-ewwel darba fl-2008, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implementazzjoni attwali ta' dan ir-regolament matul is-sena preċedenti.
2. Dan ir-rapport għandu jiġbor fil-qosor l-iżviluppi, it-tendenzi u l-isfidi prinċipali relatati ma' l-implementazzjoni tal-programmi operattiv.
3. Ir-rapport annwali mill-Kummissjoni għandu jinkludi wkoll:
(a) |
sommarju ta' l-attivitajiet tal-FES mill-Istat Membru li jinkludi tqassim skond l-Istat Membru ta' l-approprjazzjonijiet magħmulin u li tħallsu kif ukoll l-użu ta' assistenza teknika mill-Kummissjoni u l-Istati Membri; |
(b) |
valutazzjoni tal-koordinazzjoni tal-FES mal-Fondi Strutturali u mal-FAEŻR; |
(ċ) |
hekk kif isiru disponibbli, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet previsti fl-Artikolu 49; |
(d) |
meta jiġi preżentat ir-raba' rapport annwali u, għal darb'oħra, meta jiġi preżentat ir-rapport li jkopri l-aħħar sena ta' programmazzjoni, sommarju tal-verifiki dwar is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll stabbiliti mill-Istati Membri li jkunu saru f'isem il-Kummissjoni u tar-riżultat tal-verifiki dwar l-assistenza mogħtija mill-FES mwettqa mill-Istat Membru u fejn ikun il-każ, il-korrezzjonijiet finanzjarji li jkunu saru. |
4. Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq eżami u valutazzjoni mill-Kummissjoni tar-rapporti annwali ta' l-Istati Membri u ta' kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli. B'mod partikolari fl-2012, dan ir-rapport għandu addizzjonalment jiġi bbażat ukoll fuq ir-riżultat tad-dibattitu strateġiku msemmi fl-Artikolu 16(1) u ta' kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli. Ir-rapport għandu jiddikjara l-miżuri ta' segwitu meħudin jew li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni li jippermettu li jsir segwitu adegwat għar-riżultati fir-rapport.
Artikolu 69
Eżami annwali tal-programmi
1. Kull sena meta r-rapport annwali dwar l-implementazzjoni msemmi fl-Artikolu 67 jiġi preżentat u b'kont meħud ta' l-opinjoni tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni u l-awtorità ta' ġestjoni għandhom jeżaminaw il-progress magħmul fl-implementazzjoni tal-programm operattiv, ir-riżultati prinċipali miksubin matul is-sena preċedenti, l-implementazzjoni finanzjarja u fatturi oħrajn bil-ħsieb li tittejjeb l-implementazzjoni.
Kwalunkwe aspett ta' l-operazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll li jitqajjem fir-rapport annwali ta' kontroll, imsemmi fl-Artikolu 61(1)(e)(i), jista' jiġi eżaminat ukoll u, fejn xieraq, dan l-eżami għandu jsir bil-parteċipazzjoni ta' l-awtorità ta' verifika.
2. Wara l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 u, fejn xieraq, bil-parteċipazzjoni ta' l-awtorità ta' verifika, il-Kummissjoni tista' tagħmel kummenti lill-Istat Membru u l-awtorità ta' ġestjoni, li għandhom jgħarrfu lill-kumitat ta' monitoraġġ dwarhom. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar l-azzjoni meħuda b'reazzjoni għal dawk il-kummenti.
3. Meta l-valutazzjonijiet ex post ta' l-għajnuna mogħtija għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006 jkunu disponibbli, ir-riżultati ġenerali għandhom jiġu eżaminati fl-eżami annwali li jkun imiss.
KAPITOLU III
Responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri u tal-Kummissjoni
Taqsima 1
Responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri
Artikolu 70
Ġestjoni u kontroll
1. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi operattivi b'mod partikolari permezz tal-miżuri li ġejjin:
(a) |
jiżguraw li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll għall-programmi operattivi jkunu stabbiliti skond l-Artikoli 57 sa 61 u jaħdmu b'mod effettiv, |
(b) |
li jipprevjenu, jiskopru u jikkorreġu irregolaritajiet u jirkupraw ammonti li tħallsu indebitament flimkien ma' l-interess fuq ħlasijiet li saru tard fejn ikun il-każ. Huma għandhom jinnotifikaw dawn lill-Kummissjoni, u jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-proċedimenti amminstrattivi u legali. |
2. Meta ammonti mħallsa indebitament lil benefiċjarju ma jistgħux jiġu rkuprati, l-Istat Membru għandu jkun responsabbli sabiex jirrimborża l-ammonti mitlufin lill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea meta jkun stabbilit li t-telf ikun ġie kkawżat bħala riżultat ta' ħtija jew negliġenza min-naħa tiegħu.
Artikolu 71
Stabbiliment ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll
1. Qabel il-preżentazzjoni ta' l-ewwel applikazzjoni għall-ħlas interim jew mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara l-approvazzjoni tal-programm operattiv l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni deskrizzjoni tas-sistemi, li tkopri b'mod partikolari l-organizzazzjoni u l-proċeduri ta':
(a) |
l-awtoritajiet ta' ġestjoni u ta' ċertifikazzjoni u korpi intermedji, |
(b) |
l-awtorità ta' verifika u kwalunkwe korp ieħor li jwettaq verifiki taħt ir-responsabbiltà tagħha. |
2. Din id-deskrizzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn rapport li jistabbilixxi r-riżultati ta' valutazzjoni ta' l-istabbiliment tas-sistemi u li jagħti opinjoni dwar il-konformità tagħhom ma' l-Artikoli 57 sa 61. Jekk l-opinjoni jkun fiha riżervi, ir-rapport għandu jindika l-gravità tan-nuqqasijiet. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu u l-iskeda ta' żmien għall-implementazzjoni tagħhom, u sussegwentement jipprovdi konferma ta' l-implementazzjoni tal-miżuri u l-irtirar tar-riżervi korrispondenti.
Ir-rapport imsemmi f'dan il-paragrafu għandu jitqies aċċettat, u l-ewwel ħlas interim għandu jsir, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) |
fi żmien tliet xhur mid-data tar-riċevuta tar-rapport meta l-opinjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tkun mingħajr riżervi u fin-nuqqas ta' osservazzjonijiet mill-Kummissjoni; |
(b) |
jekk l-opinjoni jkun fiha riżervi, fuq konferma tal-Kummissjoni li ġew implementati miżuri korrettivi fir-rigward ta' elementi prinċipali tas-sistemi, u ġew irtirati r-riżervi korrispondenti, u fl-assenza ta' osservazzjonijiet mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data tal-konferma. |
Meta r-riżervi jikkonċernaw biss assi prijoritarju wieħed, l-ewwel ħlas interim għandu jsir fir-rigward ta' l-assi prijoritarji l-oħrajn tal-programm operattiv li għalihom m'hemm l-ebda riżerva.
3. Ir-rapport u l-opinjoni msemmijin fil-paragrafu 2 għandhom jiġu mfassla mill-awtorità ta' verifika jew minn korp pubbliku jew privat b'funzjoni indipendenti mill-awtoritajiet ta' ġestjoni jew ta' ċertifikazzjoni, li għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b'kont meħud ta' l-istandards ta' verifika aċċettati internazzjonalment.
Taqsima 2
Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni
Artikolu 72
Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha taċċerta ruħha skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 71 li l-Istati Membri jkunu stabbilixxew sistemi ta' ġestjoni u kontroll li jkunu konformi ma' l-Artikoli 57 sa 61, u abbażi tar-rapporti annwali ta' kontroll u l-opinjoni annwali ta' l-awtorità ta' verifika u l-verifiki tagħha stess li s-sistemi jaħdmu b'mod effettiv matul il-perjodu ta' l-implementazzjoni tal-programmi operattivi.
2. Mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqa mill-Istati Membri, l-uffiċjali tal-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifiki fuq il-post sabiex jivverifikaw il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll, li jistgħu jinkludu verifiki fuq operazzjonijiet inklużi fil-programm operattiv, b'notifika ta' mill-inqas għaxart ijiem ta' xogħol, ħlief f'każijiet urġenti. Uffiċjali jew rappreżentanti awtorizzati ta' l-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem f'tali verifiki.
L-uffiċjali tal-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni, debitament mogħtija s-setgħa li jwettqu kontrolli fuq il-post, għandhom ikollhom aċċess għall-kotba u d-dokumenti kollha l-oħra, inkluż dokumenti u metadata mfassla jew riċevuti u reġistrati fuq mezz elettroniku, relatati man-nefqa ffinanzjata mill-FES.
Is-setgħat ta' verifika msemmija qabel ma għandhomx jolqtu l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżervaw ċertu atti għal aġenti magħżula b'mod speċifiku mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Ir-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni ma għandhomx jieħdu sehem, inter alia, fi żjajjar fid-djar jew fl-interrogazzjoni formali ta' persuni fi ħdan il-qafas tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru konċernat. Madankollu, għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni miksuba b'dan il-mod.
3. Il-Kummissjoni tista' titlob lil Stat Membru sabiex iwettaq kontroll fil-post sabiex jivverifika l-funzjonament effettiv tas-sistemi jew il-korrettezza ta' transazzjoni waħda jew aktar. Uffiċjali tal-Kummissjoni jew rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f'tali verifiki.
Artikolu 73
Koperazzjoni ma' l-awtoritajiet ta' verifika ta' l-Istati Membri
1. Il-Kummissjoni għandha tikkopera ma' l-awtorità ta' verifika ta' programm operattiv sabiex jikkoordinaw il-pjanijiet u l-metodi rispettivi tagħhom ta' verifika u għandha minnufih tagħmel skambju tar-riżultati tal-verifiki mwettqin fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll sabiex isir l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi u sabiex ikun evitat xogħol doppju mhux ġustifikat.
Il-Kummissjoni u l-awtorità ta' verifika għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari u, mill-inqas darba fis-sena, għajr jekk jiġix miftiehem mod ieħor bejniethom, sabiex flimkien jeżaminaw ir-rapport annwali ta' kontroll u l-opinjoni ppreżentati taħt l-Artikolu 61 u jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet oħra marbutin mat-titjib tal-ġestjoni u l-kontroll tal-programm operattiv.
2. Meta tiddetermina l-istrateġija ta' verifika tagħha, il-Kummissjoni għandha tidentifika dawk il-programmi operattivi li għalihom l-opinjoni dwar il-konformità tas-sistema taħt l-Artikolu 71(2) hija mingħajr riżervi, jew fejn ir-riżervi ġew irtirati wara miżuri korrettivi, fejn l-istrateġija ta' verifika ta' l-awtorità ta' verifika hija sodisfaċenti u fejn ġie żgurat b'mod raġonevoli li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll jiffunzjonaw b'mod effettiv abbażi tar-riżultati ta' verifiki mwettqa mill-Kummissjoni u mill-Istat Membru.
3. Għal dawk il-programmi, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li hija tista' toqgħod prinċipalment fuq l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 61(1)(e)(ii) dwar il-funzjonament effettiv tas-sistemi u li hija ser twettaq verifiki fuq il-post biss jekk ikun hemm provi li jissuġġerixxu nuqqasijiet fis-sistema li jolqtu l-infiq ċertifikat lill-Kummissjoni f'sena li għaliha l-opinjoni taħt l-Artikolu 61(1)(e)(ii) tkun ġiet provduta u li ma jkun fiha l-ebda riżerva dwar tali nuqqasijiet.
Fejn il-Kummissjoni tilħaq tali konklużjoni, hija għandha tinforma lill-Istat Membru konċernat skond il-każ. Fejn ikun hemm provi li jindikaw nuqqasijiet, hija tista' teħtieġ lill-Istat Membru jwettaq verifiki skond l-Artikolu 72(3) jew tista' twettaq il-verifiki tagħha stess taħt l-Artikolu 72(2).
TITOLU VIII
AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA
KAPITOLU I
Amministrazzjoni Finanzjarja
Taqsima 1
Impenji tal-Baġit
Artikolu 74
Impenji tal-baġit
L-impenji tal-baġit Komunitarju fil-programmi operattivi (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-impenji tal-baġit”) għandhom isiru kull sena għal kull objettiv ta' Konverġenza/mhux ta' Konverġenza matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2013. L-ewwel impenn tal-baġit għandu jsir qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni li tapprova l-programm operattiv. Kull impenn sussegwenti għandu jsir mill-Kummissjoni, bħala regola ġenerali sat-30 ta' April ta' kull sena, abbażi tad-deċiżjoni li tingħata kontribuzzjoni mill-FES, imsemmija fl-Artikolu 17.
Taqsima 2
Ħlasijiet
Artikolu 75
Regoli komuni għall-ħlasijiet
1. Il-ħlasijiet mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni mill-FES għandhom isiru skond l-impenji tal-baġit. Kull ħlas għandu jiġi assenjat lill-impenn miftuħ tal-baġit li jmur l-aktar lura fiż-żmien.
2. Il-ħlasijiet għandhom jieħdu l-forma ta' pre-finanzjament, ħlasijiet interim u ħlas tal-bilanċ. Dawn għandhom isiru lill-korp magħżul mill-Istat Membru.
3. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni previżjoni provviżorja ta' l-applikazzjonijiet għall-ħlas probabbli tagħhom għas-sena finanzjarja attwali u għas-sena finanzjarja sussegwenti.
4. L-iskambji kollha li jikkonċernaw transazzjonijiet finanzjarji bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet magħżula mill-Istati Membri għandhom isiru b'mezzi elettroniċi skond ir-regoli implementattivi adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 98(3). F'każijiet ta' forza maġġuri, u b'mod partikolari ta' funzjonament ħażin tas-sistema kompjuterizzata komuni jew nuqqas ta' konnessjoni dejjiema, l-Istat Membru jista' jibgħat id-dikjarazzjoni ta' nfiq u l-applikazzjoni għall-ħlas f'kopja stampata.
Artikolu 76
Regoli għall-kalkolu ta' ħlasijiet interim
1. Il-ħlasijiet interim għandhom jiġu kkalkolati bl-applikazzjoni tal-kontribuzzjoni pubblika dikjarata fid-dikjarazzjoni ta' nfiq ċertifikata mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taħt kull assi prijoritarju u taħt kull objettiv ta' Konverġenza/mhux ta' Konverġenza, ir-rata ta' ko-finanzjament Komunitarja stabbilita taħt il-pjan attwali ta' finanzjament għal dak l-assi prijoritarju u dak l-objettiv.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, b'rispons għal talba speċifika u b'raġunijiet xierqa mill-Istat Membru, ħlas interim għandu jkun l-ammont ta' l-assistenza Komunitarja mħallas jew li jkun dovut lill-benefiċjarji fir-rigward ta' l-assi prijoritarju u ta' l-objettiv. Dan l-ammont għandu jiġi speċifikat mill-Istat Membru fid-dikjarazzjoni ta' l-infiq.
Artikolu 77
Regoli għall-kalkolu tal-ħlasijiet tal-bilanċ
Il-ħlas tal-bilanċ għandu jikun limitat għal liema minn dawn iż-żewġ ammonti li ġejjin ikun l-iżgħar:
(a) |
l-ammont kalkolat bl-applikazzjoni lill-kontribuzzjoni pubblika dikjarata fir-rapport ta' infiq finali ċertifikat mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taħt kull assi prijoritarju u taħt kull objettiv ta' Konverġenza/mhux ta' Konverġenza, ir-rata ta' ko-finanzjament Komunitarju stabbilit taħt il-pjan attwali ta' finanzjament għal dak l-assi prijoritarju u għal dak l-objettiv. |
(b) |
l-ammont ta' l-assistenza Komunitarja mħallas jew li jkun dovut lill-benefiċjarji fir-rigward ta' kull assi prijoritarju u għal kull objettiv. L-ammont ta' l-aħħar għandu jiġi speċifikat mill-Istat Membru fl-aħħar dikjarazzjoni ta' infiq ċertifikat mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni fir-rigward ta' kull assi prijoritarju u għal kull objettiv. |
Artikolu 78
Id-dikjarazzjoni dwar l-infiq
1. Id-dikjarazzjonijiet kollha dwar l-infiq għandhom jinkludu, għal kull assi prijoritarju u għal kull objettiv, l-ammont totali ta' infiq eliġibbli mħallas mill-benefiċjarji fl-implementazzjoni ta' l-operazzjonijiet u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti mħallsa jew dovuta lill-benefiċjarji, skond il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-kontribuzzjoni pubblika. In-nefqa mħallsa mill-benefiċjarji għandha tiġi ġustifikata b'riċevuti kwittati jew b'dokumenti tal-kontabbiltà ta' l-istess valur ta' prova. Fir-rigward ta' operazzjonijiet li ma jinvolvux infiq mill-benefiċjarju, l-infiq ċertifikat mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni u preżentat lill-Kummissjoni għandu jkun l-għajnuna pubblika mħallsa lill-benefiċjarju.
2. Fir-rigward ta' l-Artikoli 76(2) u 77(b), id-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq għandhom jissottolinjaw ukoll l-ammont totali ta' l-assistenza Komunitarja mħallsa jew dovuta lill-benefiċjarji.
Artikolu 79
L-akkumulazzjoni ta' pre-finanzjament u ta' ħlasijiet interim
1. It-total kumulattiv tal-pre-finanzjament u tal-ħlasijiet interim ma għandux ikun aktar minn 95 % tal-kontribuzzjoni mill-FES għall-programm operattiv.
2. Meta jintlaħaq dan il-limitu massimu, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tkompli tibgħat lill-Kummissjoni kull dikjarazzjoni ċertifikata ta' infiq fil-31 ta' Diċembru tas-sena “n”, kif ukoll l-ammonti rkuprati matul is-sena għall-FES, sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Frar tas-sena “n+1”.
Artikolu 80
L-interezza tal-ħlasijiet lill-benefiċjarji
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ruħhom li l-korpi responsabbli sabiex jagħmlu l-ħlasijiet jiżguraw li l-benefiċjarji jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni pubblika mill-aktar fis possibbli, u kollu kemm hu. L-ebda ammont m'għandu jitnaqqas jew jinżamm u l-ebda spiża speċifika jew spiża oħra b'effett ekwivalenti m'għandha tiġi imposta li tkun tnaqqas dawn l-ammonti għall-benefiċjarji.
Taqsima 3
Pre-finanzjament
Artikolu 81
Ħlas
1. Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-kontribuzzjoni mill-FES għal programm operattiv, il-Kummissjoni għandha tħallas ammont wieħed ta' pre-finanzjament għall-perjodu 2007-2013 lill-korp magħżul mill-Istat Membru. Dan l-ammont ta' pre-finanzjament għandu jirrappreżenta 7 % tal-kontribuzzjoni mill-FES lil dak il-programm operazzjonali. Huwa jista' jkun mifrux fuq sentejn finanzjarji, skond il-baġit disponibbli tal-FES.
2. Il-korp magħżul mill-Istat Membru għandu jirrimborża lill-Kummissjoni l-ammont totali mħallas bħala pre-finanzjament jekk ma tintbagħat l-ebda applikazzjoni għall-ħlas taħt il-programm operattiv fi żmien erbgħa u għoxrin xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun ħallset l-ewwel pagament ta' l-ammont ta' pre-finanzjament.
3. Kwalunkwe interess ġenerat mill-pre-finanzjament għandu jiġi assenjat lill-programm operattiv, jiġi kunsidrat bħala riżors għall-Istat Membru bħala kontribuzzjoni pubblika nazzjonali u għandu jiġi dikjarat lill-Kummissjoni fiż-żmien ta' l-għeluq finali tal-programm operattiv.
4. L-ammont imħallas bħala pre-finanzjament għandu jitneħħa kompletament mill-kontijiet tal-Kummissjoni meta jingħalaq il-programm operattiv skond l-Artikolu 86.
Taqsima 4
Ħlasijiet interim
Artikolu 82
Ħlasijiet interim
Il-ħlasijiet interim għandhom isiru għal kull programm operattiv. L-ewwel ħlas interim għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 71(2).
Artikolu 83
L-aċċettabbiltà ta' l-applikazzjonijiet għall-ħlas
1. Kull ħlas interim magħmul mill-Kummissjoni għandu jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-Kummissjoni għandha tkun irċeviet applikazzjoni għall-ħlas u dikjarazzjoni ta' nfiq skond l-Artikolu 78; |
(b) |
ma jkunx tħallas iżjed mill-ammont massimu ta' l-assistenza mill-FES, kif stabbilit fil-pjan ta' finanzjament attwali, mill-Kummissjoni matul il-perjodu kollu għal kull assi prijoritarju u għal kull objettiv; |
(ċ) |
l-awtorità ta' ġestjoni għandha tkun bagħtet lill-Kummissjoni r-rapport annwali ta' implementazzjoni l-aktar reċenti, skond l-Artikolu 67(1) u (3); |
(d) |
ma tkunx ingħatat opinjoni motivata mill-Kummissjoni dwar ksur taħt l-Artikolu 226 tat-Trattat fir-rigward ta' l-operazzjoni jew operazzjonijiet li għalihom tkun dikjarata n-nefqa fl-applikazzjoni għall-ħlas in kwistjoni. |
2. Jekk waħda jew aktar mil-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew sodisfatti, l-Istat Membru u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandhom jiġu infurmati mill-Kummissjoni f'terminu perentorju ta' xahar sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni.
Artikolu 84
Proċedura għall-ħlas
1. L-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tiżgura li t-talbiet għall-ħlasijiet interim għall-programm operattiv jinġabru flimkien u jintbagħtu lill-Kummissjoni, sa fejn possibbli, fi tlitt okkażjonijiet separati kull sena. Għal ħlas li għandu jsir mill-Kummissjoni fis-sena attwali, l-aktar data tard li fiha għandha tiġi preżentata applikazzjoni għall-ħlas hija l-31 ta' Ottubru.
2. Suġġett għad-disponibbiltà ta' fondi u fin-nuqqas ta' interruzzjoni tat-terminu perentorju għall-ħlas jew ta' sospensjoni ta' ħlasijiet skond l-Artikoli 88 u 89 rispettivament il-Kummissjoni għandha tagħmel il-ħlas interim sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data li fiha tkun ġiet reġistrata mal-Kummissjoni applikazzjoni għall-ħlas li tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 83.
Taqsima 5
Ħlas tal-bilanċ u għeluq tal-programm
Artikolu 85
Għeluq parzjali
1. L-għeluq parzjali tal-programm operattiv jista' jsir f'perjodi li għandhom jiġu determinati mill-Istat Membru.
Għeluq parzjali għandu jikkonċerna operazzjonijiet li jkunu tlestew matul il-perjodu sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, operazzjoni tkun meqjusa lesta fejn l-attivitajiet li jaqgħu taħtha jkunu saru verament u fejn l-infiq kollu għaliha mill-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti jkun tħallas.
2. L-għeluq parzjali għandu jsir fuq kondizzjoni li l-Istat Membru jibgħat dawn li ġejjin lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru ta' sena speċifika:
(a) |
dikjarazzjoni ta' nefqa relatata ma' l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1; |
(b) |
dikjarazzjoni għal għeluq parzjali skond l-Artikolu 61(1)(e)(iii). |
3. Kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja li ssir skond l-Artikoli 96 u 97 li tikkonċerna operazzjonijiet suġġetti għal għeluq parzjali għandhom ikunu korrezzjonijiet finanzjarji netti.
Artikolu 86
Kondizzjonijiet għall-ħlas tal-bilanċ
1. Il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ, sakemm:
(a) |
l-Istat Membru jkun bagħat applikazzjoni għall-ħlas li tinkludi d-dokumenti li ġejjin sal-31 ta' Marzu 2017:
u |
(b) |
ma tkunx ingħatat opinjoni motivata mill-Kummissjoni rigward ksur taħt l-Artikolu 226 tat-Trattat, fir-rigward ta' l-operazzjoni jew operazzjonijiet li għalihom tkun dikjarata n-nefqa fl-applikazzjoni għall-ħlas in kwistjoni. |
2. Fejn ma jintbagħatx kwalunkwe wieħed mid-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni, dan għandu jwassal awtomatikament għad-diżimpenn tal-bilanċ finali, skond l-Artikolu 90.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar l-opinjoni tagħha dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' l-għeluq imsemmija fil-paragrafu 1(a)(iii) fi żmien ħames xhur mid-data li tirċeviha. Id-dikjarazzjoni ta' għeluq għandha titqies aċċettata fin-nuqqas ta' osservazzjonijiet mill-Kummissjoni f'terminu perentorju ta' ħames xhur.
4. Suġġett għad-disponibbiltà ta' fondi, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ mhux aktar tard minn ħamsa u erbgħin jum mill-aħħar waħda mid-dati li ġejjin:
(a) |
id-data li fiha hija taċċetta r-rapport finali skond l-Artikolu 67(4); jew |
(b) |
id-data li fiha hija taċċetta d-dikjarazzjoni ta' l-għeluq imsemmija fil-paragrafu 1(a)(iii). |
5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, il-bilanċ ta' l-impenn tal-baġit għandu jiġi diżimpenjat tnax-il xahar wara li jkun sar il-ħlas.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar id-data ta' l-għeluq tal-programm operattiv f'terminu perentorju ta' xahrejn.
6. Minkejja r-riżultati ta' kull verifika mwettqa mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, il-bilanċ imħallas mill-Kummissjoni għall-programm operattiv jista' jiġi emendat fi żmien disa' xhur mid-data li fiha jiġi mħallas jew, fejn hemm bilanċ negattiv li għandu jintradd lura mill-Istat Membru, fi żmien disa' xhur mid-data li fiha tinħareġ in-nota ta' debitu. Tali emenda tal-bilanċ ma għandhiex tibdel d-data ta' l-għeluq tal-programm operattiv li tkun ġiet komunikata skond il-paragrafu 5.
Artikolu 87
Disponibbiltà tad-dokumenti
1. L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li d-dokumenti kollha ta' sostenn fir-rigward ta' l-infiq u l-verifiki dwar il-programm operattiv konċernat jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri għal:
(a) |
perjodu ta' tliet snin wara l-għeluq ta' programm operattiv; |
(b) |
perjodu ta' tliet snin wara s-sena li fiha jsir għeluq parzjali, fil-każ ta' dokumenti rigward infiq u verifiki fuq l-operazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2. |
Dawn il-perjodi għandhom jiġu interrotti fil-każ ta' proċedimenti legali jew fuq talba debitament motivata tal-Kummissjoni.
2. L-awtorità ta' ġestjoni għandha meta mitluba tagħmel disponibbli għall-Kummissjoni lista ta' operazzjonijiet kompluti li kienu suġġetti għal għeluq parzjali taħt l-Artikolu 85.
3. Id-dokumenti għandhom jinżammu fil-forma ta' l-oriġinali jew f'verżjonijiet ċertifikati bħala konformi ma' l-oriġinali fuq data carriers komunement aċċettati.
Taqsima 6
Interruzzjoni tat-terminu perentorju għall-ħlas u sospensjoni ta' ħlasijiet
Artikolu 88
Interruzzjoni tat-terminu perentorju għall-ħlas
1. It-terminu perentorju għall-ħlas jista' jiġi interrott mill-uffiċjal li jawtorizza b'delega fis-sens tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 għal perjodu massimu ta' sitt xhur jekk:
(a) |
f'rapport ta' korp ta' verifika nazzjonali jew Komunitarju hemm provi li jissuġġerixxu nuqqas sinifikattiv fil-funzjonament tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll; |
(b) |
l-uffiċjal li jawtorizza b'delega għandu jwettaq verifiki addizzjonali wara li jkun ġie mgħarraf b'informazzjoni li tiżvelalu nefqa, f'dikjarazzjoni ċertifikata ta' nfiq, li tkun marbuta ma' irregolarità serja li ma tkunx ġiet korretta. |
2. L-Istat Membru u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandhom jiġu informati minnufih dwar ir-raġunijiet għall-interruzzjoni. L-interruzzjoni għandha tintemm hekk kif l-Istati Membri jkun ħa l-passi meħtieġa.
Artikolu 89
Sospensjoni tal-ħlasijiet
1. Il-ħlasijiet interim kollha jew parti minnhom fil-livell ta' assi prijoritarji jew ta' programmi jistgħu jiġu sospiżi mill-Kummissjoni fejn:
(a) |
ikun hemm nuqqas serju fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll tal-programm li jaffettwa l-affidabbiltà tal-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-ħlas u li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri ta' korrezzjoni; jew |
(b) |
in-nefqa f'dikjarazzjoni ċertifikata ta' nfiq hija marbuta ma' irregolarità gravi li ma ġietx korretta; jew |
(ċ) |
ikun sar ksur gravi minn Stat Membru ta' l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 70. |
2. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tissospendi l-ħlasijiet interim kollha jew parti minnhom wara li tkun tat l-opportunità lill-Istat Membru li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien perjodu ta' xahrejn.
3. Il-Kummissjoni għandha ttemm is-sospensjoni tal-ħlasijiet interim kollha jew parti minnhom fejn l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa li jippermettu t-tneħħija tas-sospensjoni. Fejn l-Istat Membru ma jkunx ħa l-miżuri meħtieġa, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni sabiex titħassar il-kontribuzzjoni Komunitarja kollha jew parti minnha għall-programm operattiv, skond l-Artikolu 97.
Taqsima 7
Diżimpenn awtomatiku
Artikolu 90
Prinċipji
1. Il-Kummissjoni għandha awtomatikament tiddiżimpenja kwalunkwe parti ta' impenn tal-baġit fi programm operattiv li ma ntużatx għall-ħlasijiet ta' pre-finanzjament jew għall-ħlasijiet interim, jew li għaliha applikazzjoni għall-ħlas ma ntbagħtetx konformement ma' l-Artikolu 83, sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara s-sena ta' l-impenn tal-baġit taħt il-programm operattiv.
2. Il-parti ta' l-impenn li tkun għadha miftuħa fil-31 ta' Diċembru 2015 għandha tiġi diżimpenjata awtomatikament jekk il-Kummissjoni ma tkunx irċeviet applikazzjoni aċċettabli għall-ħlas tagħha sal-31 ta' Marzu 2017.
3. Jekk dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ wara l-1 ta' Jannar 2007, il-perjodu li warajh jista' jsir l-ewwel diżimpenn awtomatiku kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi mtawwal, għall-ewwel impenn, bin-numru ta' xhur bejn l-1 ta' Jannar 2007 u d-data ta' l-ewwel impenn tal-baġit.
Artikolu 91
Eċċezzjonijiet għal-limiti ta' żmien għal diżimpenn
Jekk deċiżjoni tal-Kummissjoni sussegwenti għad-deċiżjoni li tapprova l-programm operattiv tkun meħtieġa għall-awtorizzazzjoni ta' l-assistenza jew ta' skema ta' għajnuna, il-perjodu li jwassal għal diżimpenn awtomatiku għandu jkun mid-data ta' dik id-deċiżjoni sussegwenti. L-ammonti konċernati għandhom ikunu stabbiliti abbażi ta' skeda pprovduta mill-Istat Membru.
Artikolu 92
Perjodu ta' interruzzjoni għal proċedimenti legali u appelli amministrattivi
L-ammont potenzjalment konċernat mid-diżimpenn awtomatiku għandu jitnaqqas bl-ammonti li l-awtorità ta' ċertifikazzjoni ma setgħetx tiddikjara lill-Kummissjoni minħabba s-sospensjoni ta' operazzjonijiet bi proċediment legali jew appell amministrattiv li jkollu effett ta' sospensjoni, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru jibgħat informazzjoni lill-Kummissjoni li tiddikjara r-raġunijiet sal-31 ta' Diċembru tat-tieni jew it-tielet sena wara s-sena ta' l-impenn tal-baġit kif stabbilit fl-Artikolu 90.
Għal dik il-parti ta' impenji li tkun għadha miftuħa fil-31 ta' Diċembru 2015, il-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 90(2) għandu jiġi interrott taħt l-istess kondizzjonijiet fir-rigward ta' l-ammont relatat ma' l-operazzjonijiet konċernati.
It-tnaqqis imsemmi hawn fuq jista' jintalab darba jekk is-suspensjoni tkun damet sa sena jew diversi drabi għan-numru ta' snin bejn id-data tad-deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva li tissospendi l-implementazzjoni ta' l-operazzjoni u d-data tad-deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva finali.
Artikolu 93
Eċċezzjonijiet għad-diżimpenn awtomatiku
Dawn li ġejjin ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku:
(a) |
dik il-parti ta' l-impenn tal-baġit li għaliha tkun saret applikazzjoni għall-ħlas iżda li r-rimbors tagħha jkun ġie interrott jew sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara s-sena ta' l-impenn tal-baġit skond l-Artikolu 90 u skond l-Artikoli 88 u 89. Meta l-problema li tirriżulta fl-interruzzjoni jew is-sospensjoni tkun ġiet risolvuta, ir-regola tad-diżimpenn awtomatiku għandha tiġi applikata lil dik il-parti ta' l-impenn tal-baġit li tkun konċernata; |
(b) |
dik il-parti ta' l-impenn tal-baġit li għaliha saret applikazzjoni għall-ħlas iżda li r-rimborż tagħha ġie limitat b'mod partikolari minħabba nuqqas ta' riżorsi tal-baġit; |
(ċ) |
dik il-parti ta' l-impenn tal-baġit li għaliha ma kienx possibbli li ssir applikazzjoni għall-ħlas aċċettabbli minħabba raġunijiet ta' forza maġġuri li jolqtu serjament l-implementazzjoni tal-programm operattiv. L-awtoritajiet nazzjonali li jiddikjaraw forza maġġuri jridu juru l-konsegwenzi diretti tagħha fuq l-implementazzjoni tal-programm operattiv kollu jew ta' parti minnu. |
Artikolu 94
Proċedura
1. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf fi żmien xieraq lill-Istat Membru u lill-awtoritajiet konċernati kull meta jkun hemm riskju ta' diżimpenn awtomatiku taħt l-Artikolu 90.
2. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru u lill-awtoritajiet konċernati dwar l-ammont tad-diżimpenn awtomatiku li jirriżulta mill-informazzjoni fil-pussess tagħha.
3. L-Istat Membru għandu jkollu xahrejn żmien mid-data meta jirċievi dik l-informazzjoni sabiex jaqbel ma' l-ammont jew jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha twettaq id-diżimpenn awtomatiku sa mhux aktar minn disa' xhur wara l-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 90.
4. Il-kontribuzzjoni mill-FES għall-programm operattiv għandha titnaqqas, għas-sena konċernata, bl-ammont awtomatikament diżimpenjat. L-Istat Membru għandu jipproduċi, fi żmien xahrejn mid-data tad-diżimpenn, pjan rivedut ta' finanzjament li jirrifletti l-ammont imnaqqas ta' assistenza fuq wieħed jew uħud mill-assi prijoritarji tal-programm operattiv. Fin-nuqqas ta' dan, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammonti allokati lil kull assi prijoritarju proporzjonalment.
Taqsima 8
Użu ta' l-euro
Artikolu 95
Użu ta' l-euro
1. L-ammonti stabbiliti fil-programm operattiv preżentat ta' l-Istat Membru, id-dikjarazzjonijiet ta' nfiq ċertifikati, l-applikazzjonijiet għall-ħlas u l-infiq imsemmi fir-rapporti annwali u finali ta' l-implementazzjoni għandhom jingħataw f'euro.
2. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-programmi operattivi, l-impenji tal-Kummissjoni u l-ħlasijiet għandhom jingħataw u jitwettqu f'euro.
3. L-Istati Membri li m'adottatawx l-euro bħala l-munita tagħhom fid-data ta' l-applikazzjoni għall-ħlas għandhom jikkonvertu f'euro l-ammonti tan-nefqa magħmula fil-munita nazzjonali.
Dan l-ammont għandu jiġi konvertit f'euros bl-użu tar-rata mensili tal-kontabilità tal-Kummissjoni fix-xahar li matulu l-infiq ġie reġistrat fil-kontijiet ta' l-awtorità ta' ċertifikazzjoni tal-programm operattiv konċernat. Din ir-rata għandha tiġi pubblikata elettronikament kull xahar mill-Kummissjoni.
4. Meta l-euro ssir il-munita ta' Stat Membru, il-proċedura ta' konverżjoni stabbilita fil-paragrafu preċedenti għandha tkompli tapplika għan-nefqa kollha reġistrata fil-kontijiet mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-rata fissa ta' konverżjoni bejn il-munita nazzjonali u l-euro.
KAPITOLU II
Korrezzjonijiet finanzjarji
Taqsima 1
Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri
Artikolu 96
Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri
1. L-Istat Membru għandu l-ewwel jerfa' r-responsabbiltà sabiex jinvestiga irregolaritajiet, waqt li jaġixxi fuq il-prova ta' kwalunkwe bidla maġġuri li tolqot in-natura tal-kondizzjonijiet għall-implementazzjoni jew kontroll ta' operazzjonijiet jew il-programm operattiv u jagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa.
2. L-Istat Membru għandu jagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa rigward l-irregolaritajiet individwali jew sistemiċi li jiġu skoperti fl-operazzjonijiet jew il-programm operattiv. Il-korrezzjonijiet li jsiru minn Stat Membru għandhom jikkonsistu fil-kanċellament tal-kontribuzzjoni pubblika kollha jew ta' parti minnha lill-programm operattiv. L-Istat Membru għandu jieħu kont tan-natura u l-gravità ta' l-irregolaritajiet u t-telf finanzjarju għall-FES.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, ir-riżorsi tal-FES rilaxxati b'dan il-mod jistgħu jerġgħu jintużaw mill-Istat Membru sal-31 ta' Diċembru 2015 għall-programm operattiv.
3. Il-kontribuzzjoni li tkun tħassret skond il-paragrafu 2 ma tistax terġa' tintuża għall-operazzjoni jew l-operazzjonijiet li kienu s-suġġett tal-korrezzjoni, lanqas, fejn tkun saret korrezzjoni finanzjarja għal irregolarità sistematika, għal operazzjonijiet eżistenti li jaqgħu interament jew parzjalment taħt l-assi prijoritarju fejn ikun saret l-irregolarità sistematika.
4. Fil-każ ta' irregolarità sistematika, l-Istat Membru għandu jestendi l-inkjesti tiegħu sabiex ikopru l-operazzjonijiet li probabbilment jiġu milquta.
Taqsima 2
Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni
Artikolu 97
Kriterji għall-korrezzjonijiet
1. Il-Kummissjoni tista' tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji billi tħassar il-kontribuzzjoni Komunitarja kollha jew parti minnha għal programm operattiv fejn, wara li jkun twettaq l-eżami meħtieġ, hija tikkonkludi li:
(a) |
hemm nuqqas gravi fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll tal-programm li jpoġġi f'riskju l-kontribuzzjoni Komunitarja li tkun diġà tħallset għall-programm; |
(b) |
in-nefqa msemmija f'dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa tkun irregolari u ma tkunx ġiet korretta mill-Istat Membru qabel il-ftuħ tal-proċedura ta' korrezzjoni taħt dan il-paragrafu; |
(ċ) |
Stat Membru ma jkunx ikkonforma ma' l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 96 qabel il-ftuħ tal-proċedura ta' korrezzjoni taħt dan il-paragrafu. |
2. Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq każijiet individwali ta' irregolaritajiet identifikati, filwaqt li tieħu kont tan-natura sistemika ta' l-irregolarità sabiex jiġi determinat jekk għandhiex tiġi applikata korrezzjoni b'rata fissa jew korrezzjoni estrapolata.
3. Il-Kummissjoni għandha, meta tkun qed tiddeċiedi dwar l-ammont ta' korrezzjoni, tieħu kont tan-natura u l-gravità ta' l-irregolarità u l-firxa u l-implikazzjonijiet finanzjarji tan-nuqqasijiet li jkunu nstabu fil-programm operattiv konċernat.
4. Fejn il-Kummissjoni tibbaża l-pożizzjoni tagħha fuq il-fatti stabbiliti minn awdituri li ma jkunux dawk tas-servizzi tagħha stess, hija għandha tasal għall-konklużjonijiet tagħha dwar il-konsegwenzi finanzjarji, wara li teżamina l-miżuri meħudin mill-Istat Membru konċernat taħt l-Artikolu 96(2), l-informazzjoni pprovduta taħt l-Artikolu 70(1)(b), u kwalunkwe tweġiba mill-Istat Membru.
Artikolu 98
Proċedura
1. Qabel ma tieħu deċiżjoni dwar korrezzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tiftaħ il-proċedura billi tinforma lill-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet provviżorji tagħha u titlob lill-Istat Membru jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahrejn.
Fejn il-Kummissjoni tipproponi korrezzjoni finanzjarja abbażi ta' estrapolazzjoni jew b'rata fissa, l-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li juri, permezz ta' eżami tad-dokumentazzjoni konċernata, li l-miżura reali ta' l-irregolarità kienet inqas mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Bi qbil mal-Kummissjoni, l-Istat Membru jista' jillimita l-ambitu ta' dan l-eżami għal proporzjon jew kampjun xieraq tad-dokumentazzjoni konċernata. Ħlief f'każijiet debitament ġustifikati, iż-żmien mogħti għal dan l-eżami ma għandux ikun aktar minn perjodu ulterjuri ta' xahrejn wara l-perjodu ta' xahrejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
2. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta' kwalunkwe prova provduta mill-Istat Membru fil-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 1.
3. Fejn l-Istat Membru ma jaċċettax il-konklużjonijiet provviżorji tal-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jiġi mistieden mill-Kummissjoni għal smigħ, fejn iż-żewġ partijiet f'koperazzjoni bbażata fuq is-sħubija għandhom jagħmlu sforzi sabiex jilħqu ftehim dwar l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet li għandhom jittieħdu minnhom.
4. F'każ ta' ftehim, l-Istat Membru jista' jerġa' juża l-fondi Komunitarji konċernati konformement mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 96(2).
5. Fin-nuqqas ta' ftehim, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-korrezzjoni finanzjarja fi żmien sitt xhur mid-data tas-smigħ b'kont meħud ta' l-informazzjoni u l-osservazzjonijiet kollha preżentati matul il-proċedura. Jekk ma jsir l-ebda smigħ, il-perjodu ta' sitt xhur għandu jibda jiddekorri xahrejn wara d-data ta' l-ittra ta' stedina mibgħuta mill-Kummissjoni.
Artikolu 99
Obbligi ta' l-Istati Membri
Korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni ma għandhiex tippreġudika l-obbligu ta' l-Istat Membru li jfittex l-irkupri taħt l-Artikolu 96(2) u li jirkupra l-għajnuna Statali taħt l-Artikolu 87 tat-Trattat u taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 88 tat-Trattat KE (23).
KAPITOLU III
Rimbors
Artikolu 100
Rimbors
1. Kwalunkwe rimbors dovut li għandu jsir lill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għandu jsir qabel id-data ta' skadenza indikata fl-ordni għall-irkupru mfassla skond l-Artikolu 72 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Din id-data ta' skadenza għandha tkun l-aħħar jum tat-tieni xahar wara l-ħruġ ta' l-ordni għall-irkupru.
2. Kwalunkwe dewmien tar-rimbors għandu jwassal għall-applikazzjoni ta' mgħax minħabba ħlas tard, li jibda fid-data ta' skadenza u jintemm fid-data meta fil-fatt isir il-ħlas. Ir-rata ta' tali mgħax għandha tkun punt u nofs perċentwali aktar mir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta' rifinanzjament tiegħu fl-ewwel jum ta' xogħol tax-xahar li fih taqa' d-data ta' skadenza.
TITOLU IX
KUMITAT
Artikolu 101
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Fond Ewropew għas-Sajd (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huwa stabbilit għal tliet xhur.
4. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.
Artikolu 102
Regoli ta' implementazzjoni
Ir-regoli ta' implementazzjoni għal dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 101(3).
TITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 103
Dispożizzjonijiet transizzjonali
1. Dan ir-Regolament ma għandux jolqot il-kontinwità jew modifika, inkluża l-kanċellazzjoni totali jew parzjali, ta' assistenza approvata mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolamenti (KEE) Nru 4028/86 (24), Nru 3699/93 (25), Nru 2468/98 (26) u Nru 2792/1999 (27) jew ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li tapplika għal tali assistenza fil-31 ta' Diċembru 2006, li għandha konsegwentement tapplika wara dak il-jum għal dik l-assistenza sa l-għeluq tagħha.
2. B'deroga mill-Artikoli 31(2), 32(4) u 37(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (28), is-somom impenjati għal assistenza ko-finanzjata mill-Istrument Finanzjarju għal Gwida tas-Sajd (SFGS), stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1263/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar l-Istrument Finanzjarju għal Gwida tas-Sajd (29), approvati mill-Kummissjoni bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2006 li għalihom id-dikjarazzjoni ċertifikata ta' nfiq li fil-fatt ikun tħallas, ir-rapport finali dwar l-implementazzjoni, li jinkludi wkoll ir-rapport ta' progress imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 366/2001 (30) u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 ma jkunux intbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien 15-il xhar wara d-data finali ta' l-eliġibbiltà tan-nefqa stabbilita fid-deċiżjoni ta' l-għoti ta' kontribuzzjoni mis-SFGS, għandhom jiġu diżimpenjati awtomatikament mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-iskadenza ta' dak it-terminu perentorju, li jirriżulta fir-rimbors ta' l-ammonti indebitament mħallsa
3. Jekk ikunu meħtieġa miżuri speċifiċi għall-faċilitazzjoni tat-transizzjoni mis-sistema fis-seħħ għal dik stabbilita minn dan ir-Regolament, tali miżuri għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 101(3).
Tali miżuri għandhom, b'mod partikolari, jiġu adottati sabiex jintegraw is-sostenn Komunitarju eżistenti approvat mill-Kummissjoni għall-perjodu mill-2000 sa l-2006 fis-sostenn tal-FES previst minn dan ir-Regolament.
Artikolu 104
Tħassir
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 103(1), ir-Regolamenti (KE) Nru 1263/1999 u (KE) Nru 2792/1999 huma b'dan imħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.
2. Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 105
Reviżjoni
Il-Kunsill għandu jirrivedi dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013, skond l-Artikolu 37 tat-Trattat.
Artikolu 106
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar is-27 ta’ Lulju 2006.
Għall–Kunsill
Il–President
E. TUOMIOJA
(1) Opinjoni mogħtija fis-6 ta' Lulju 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 267, 27.10.2005, p. 50. Opinjoni mogħtija wara konsultazzjoni mhux obbligatorja.
(3) ĠU C 164, 5.7.2005, p. 31. Opinjoni mogħtija wara konsultazzjoni mhux obbligatorja.
(4) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(6) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(7) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(8) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(9) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 fuq l-iffinanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.
(13) ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).
(14) ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 196/2006 (ĠU L 32, 4.2.2006, p. 4).
(15) ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 780/2006 (ĠU L 137, 25.5.2006, p. 9).
(16) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(17) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p.37).
(18) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Regolament hekk kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.
(19) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(20) ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1888/2005 (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 1).
(21) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(22) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/18/KE (ĠU L 51, 22.2.2006, p. 12).
(23) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Regolament kif emendat mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003. It-titolu tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 ġie immodifikat sabiex tigi kkonsidrata r-rinumerazzjoni ta’ l-Artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bi qbil ma’ l-Artikolu 12 tat-Trattat ta’ Amsterdam; ir-referenza oriġinali kien l-Artikolu 93 tat-Trattat.
(24) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4028/86 tat-18 ta' Diċembru 1986 dwar miżuri Komunitarji għat-titjib u l-adattament ta' strutturi fis-settur tas-sajd u ta' l-akkwakultura (ĠU L 376, 31.12.1986, p. 7). Regolament imħassar mir-Regolament (KEE) Nru 2080/93 (ĠU L 193, 31.7.1993, p. 1).
(25) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3699/93 tal-21 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-kriterji u l-arranġamenti fir-rigward ta' l-assistenza strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd u ta' l-akkwakultura u ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tiegħu (ĠU L 346, 31.12.1993, p. 1). Regolament kif imħassar mir-Regolament (KE) Nru 2468/98 (ĠU L 312, 20.11.1998, p. 19).
(26) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2468/98 tat-3 ta' Novembru 1998 li jistabbilixxi l-kriterji u l-arranġamenti fir-rigward ta' l-assistenza strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd u ta' l-akkwakultura u ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tiegħu. Regolament kif imħassar mir-Regolament (KE) Nru 2792/1999 (ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10).
(27) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jippreskrivi r-regoli u l-arranġamenti dettaljati rigward l-għajnuna Komunitarja strutturali fis-settur tas-sajd. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 485/2005 (ĠU L 81, 30.3.2005, p. 1).
(28) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 173/2005 (ĠU L 29, 2.2.2005, p. 3).
(29) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 54.
(30) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 366/2001 tat-22 ta' Frar 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' miżuri previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999. (ĠU L 55, 24.2.2001, p. 3).
ANNESS I
It-tqassim annwali ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond Ewropew għas-Sajd, bi prezzijiet ta' l-2004, kif imsemmi fl-Artikolu 12, għandu jkun kif ġej:
Euro |
||||||
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
538 501 708 |
544 387 564 |
551 260 557 |
551 264 533 |
552 866 449 |
554 350 809 |
556 368 380 |
ANNESS II
L-intensità ta' l-għajnuna
(a) |
Il-miżuri kollha msemmijin fit-Titolu IV, il-limiti tal-kontribuzzjoni pubblika mogħtija lil operazzjoni (A), u, fejn xieraq, mill-benefiċjarji privati (B), għandhom ikunu kif indikat fit-Tabella hawn taħt, espressi bħala perċentwali ta' l-ispejjeż eliġibbli totali li tkun is-somma ta' (A) + (B). Għat-Tabella hawn taħt, l-operazzjonijiet jaqgħu f'dan il-grupp kif ġej:
L-operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 23 (għajnuna pubblika għal waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd), fl-Artikolu 24 (għajnuna pubblika għal waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd), fl-Artikolu 26(3) (kumpens soċjo-ekonomiku għal sajjieda kostali ta' skala żgħira), fl-Artikolu 26(4) (premiums għal sajjieda u propjetarji ta' bastimenti involuti f'sajd kostali ta' skala żgħira), fl-Artikolu 27 (kumpens soċjo-ekonomiku għall-ġestjoni tal-flotta Komunitarja tas-sajd), fl-Artikolu 30 (miżuri akkwa-ambjentali), fl-Artikolu 31 (miżuri ta' saħħa pubblika), fl-Artikolu 32 (miżuri għas-saħħa ta' l-annimali), fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 33(2) (investimenti f'faċilitajiet ta' sajd f'ilmijiet interni), fl-Artikolu 33(3) (assenjar mill-ġdid ta' bastimenti li joperaw f'sajd f'ilmijiet interni), fl-Artikolu 37 (azzjonijiet kollettivi), fl-Artikolu 38 (miżuri maħsuba għall-protezzjoni u l-iżvilupp tal-fawna u l-flora akkwatiċi), fl-Artikolu 39 (portijiet tas-sajd), fl-Artikolu 40 (promozzjoni u żvilupp ta' swieq ġodda), fl-Artikolu 41 (proġetti pilota), fl-Artikolu 42 (modifika għall-assenjar mill-ġdid ta' bastimenti tas-sajd), fl-Artikolu 44 (miżuri eliġibbli għall-iżvilupp sostenibbli ta' żoni tas-sajd) u fl-Artikolu 46 (assistenza teknika). Grupp 2L-operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 25(1), (2), (6),(7) u (8) (investiment abbord bastimenti tas-sajd), fl-Artikolu 26(2) (investiment abbord fis-sens ta' l-Artikolu 25 f'bastimenti tas-sajd kostali ta' skala żgħira), fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 33(2) (investimenti abbord bastimenti li joperaw f'sajd f'ilmijiet interni) u fl-Artikolu 44 (miżuri eliġibbli għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd). Bħala segwitu għall-applikazzjoni ta' (*) u (**) fejn il-FES jiffinanzja l-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 25(3) favur bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira, ir-rati (B) għall-Grupp 2 ser ikunu:
L-operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 37 (azzjonijiet kollettivi), fl-Artikolu 38 (miżuri maħsuba għall-protezzjoni u l-iżvilupp tal-fawna u l-flora akkwatiċi), fl-Artikolu 39 (portijiet tas-sajd), fl-Artikolu 41 (proġetti pilota) u fl-Artikolu 44 (miżuri eliġibbli għall-iżvilupp sostenibbli ta' żoni tas-sajd). Grupp 4L-operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 29 (miżuri għal investimenti produttivi fl-akkwakultura), fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 33(2) (investimenti f'faċilitajiet tas-sajd f'ilmijiet interni), fl-Artikolu 35 (miżuri eliġibbli fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni), fl-Artikolu 40 (promozzjoni u żvilupp ta' swieq ġodda) u fl-Artikolu 44 (miżuri eliġibbli għall-iżvilupp sostenibbli ta' żoni tas-sajd). |
(b) |
L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiddetermina fir-rigward ta' operazzjonijiet li jikkonċernaw:
L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiddetermina dak indikat hawn fuq taħt (i), (ii) u (iii) abbażi tal-konsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
(*) Fil-każ ta' operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 25(3), ir-rati (B) għall-Grupp 2 jiżdiedu b'20 punt perċentwali.
(**) Fil-każ ta' operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 26(2) (investiment abbord fis-sens ta' l-Artikolu 25 f'bastimenti tas-sajd kostali ta' skala żgħira), ir-rati (B) għall-Grupp 2 jistgħu jitnaqqsu b'20 punt perċentwali.
(***) Fil-każ ta' l-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 29 u 35 meta jiġu mwettqa minn impriżi mhux koperti mid-definizzjoni fl-Artikolu 3(f) b'inqas minn 750 impjegat jew bi dħul mill-bejgħ ta' inqas minn EUR 200 miljun, ir-rati (B) jiżdiedu fir-reġjuni koperti mill-objettiv ta' Konverġenza, bl-eċċezzjoni tal-gżejjer Griegi esterni, bi 30 punt perċentwali u fir-reġjuni mhux koperti mill-objettiv ta' Konverġenza b'20 punt perċentwali.