|
16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
206 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1195/2006
tat-18 ta’ Lulju 2006
li jemenda l-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar inkwinanti organiċi persistenti
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 850/2004 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4)(a), u l-Artikolu 14(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni wettqet studju dwar l-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma' l-iskart tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. |
|
(2) |
Il-limiti, tal-konċentrazzjonijiet, proposti fl-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 850/2004 huma kkunsidrati bħala l-iktar adegwati sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent fid-dawl tad-distruzzjoni jew it-trasformazzjoni irriversibbli ta' l-inkwinanti organiċi persistenti. |
|
(3) |
Għat-toxaphene, li hija taħlita ta' iktar minn 670 sustanza, ma hija disponibbli ebda metodoloġija analitika miftiehma u relevanti għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni totali. Madanakollu, l-istudju li jissemma hawn fuq ma identifika ebda ħażniet li jikkonsistu minn, jew li fihom, jew li huma kkontaminati bit-toxaphene fl-Unjoni Ewropea. Aktar minn hekk, l-istudju wera li, kull meta l-pestiċidi li jkunu inkwinanti organiċi persistenti ġew skoperti fl-iskart, il-konċentrazzjonijiet tagħhom normalment kienu għoljin meta mqabbla mal-limiti proposti ta' konċentrazzjonijiet. Għalissa, il-metodoloġiji analitiċi disponibbli għad-determinazzjoni tat-toxaphene jistgħu jiġu kkunsidrati bħala adegwati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Il-limitu ta' konċentrazzjoni għall-PCDF/PCDD huwa espress bħala konċentrazzjoni ekwivalenti ta' tossiċità (“TEQ”), permezz tal-fatturi ta' ekwivalenza ta' tossiċità (“TEFs”) ta' l-1998 ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Id-data disponibbli dwar il-PCBs li jixbħu d-dijossini mhijiex suffiċjenti sabiex dawn il-komposti jiġu inklużi fit-TEQ. |
|
(5) |
Il-hexachlorocyclohexane (HCH) huwa l-isem ta' taħlita teknika ta' diversi isomers. Biex isir sforz għall-analiżi kompleta tagħhom, tali sforz ikun spoporzjonat. L-alpha-, il-beta- u l-gamma-HCH biss huma ta' relevanza tossikoloġika. Għalhekk, il-limitu tal-konċentrazzjoni jirriferi esklussivament għalihom. Il-parti l-kbira tat-taħlitiet standard analitiċi li huma disponibbli għall-analiżi ta' din il-klassi ta' komposti jidentifikaw biss lil dawn l-isomers. |
|
(6) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandu jiġi emendat skond il-każ. |
|
(7) |
Il-Kumitat previst fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 850/2004 ma ta l-ebda opinjoni dwar il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament wara l-konsultazzjoni miegħu, fil-25 ta' Jannar 2006, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) ta' dak ir-Regolament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandu jiġi sostitwit bit-test dispost fl-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 18 ta’ Lulju 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KORKEAOJA
(1) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7. Verżjoni korretta fil-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 5.
ANNESS
“ANNESS IV
Lista ta' sustanzi suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' l-immaniġġar ta' l-iskart stabbiliti fl-artikolu 7
|
Sustanza |
Nru tal-CAS |
Nru tal-KE |
Limitu tal-konċentrazzjoni msemmi fl-artikolu 7(4)(a) |
|
Aldrin |
309-00-2 |
206-215-8 |
50 mg/kg |
|
Chlordane |
57-74-9 |
200-349-0 |
50 mg/kg |
|
Dieldrin |
60-57-1 |
200-484-5 |
50 mg/kg |
|
Endrin |
72-20-8 |
200-775-7 |
50 mg/kg |
|
Heptachlor |
76-44-8 |
200-962-3 |
50 mg/kg |
|
Hexachlorobenzene |
118-74-1 |
200-273-9 |
50 mg/kg |
|
Mirex |
2385-85-5 |
219-196-6 |
50 mg/kg |
|
Toxaphene |
8001-35-2 |
232-283-3 |
50 mg/kg |
|
Polychlorinated Biphenyls (PCB) |
1336-36-3 u oħrajn |
215-648-1 |
50 mg/kg (*1) |
|
DDT (1,1,1-trichloro-2,2-bis(4-chlorophenyl) ethane) |
50-29-3 |
200-024-3 |
50 mg/kg |
|
Chlordecone |
143-50-0 |
205-601-3 |
50 mg/kg |
|
Polychlorinated dibenzo-p-dioxins u dibenzofurans (PCDD/PCDF) |
|
|
15 μg/kg (*2) |
|
Is-somma ta' l-alpha, beta- u gamma- HCH |
58-89-9, 319-84-6, 319-85-7 |
206-270-8, 206-271-3 u 200-401-2 |
50 mg/kg |
|
Hexabromobiphenyl |
36355-01-8 |
252-994-2 |
50 mg/kg |
(*1) Fejn ikun applikabbli, għandu japplika l-metodu tal-kalkolu stabbilit fl-istandards Ewropej EN 12766-1 u EN 12766-2.
(*2) Il-limitu jiġi kkalkolat bħala PCDD u PCDF skond il-fatturi ta' ekwivalenza ta' tossiċità li ġejjin (TEFs):
|
|
TEF |
|
PCDD |
|
|
2,3,7,8-TeCDD |
1 |
|
1,2,3,7,8-PeCDD |
1 |
|
1,2,3,4,7,8-HxCDD |
0,1 |
|
1,2,3,6,7,8-HxCDD |
0,1 |
|
1,2,3,7,8,9-HxCDD |
0,1 |
|
1,2,3,4,6,7,8-HpCDD |
0,01 |
|
OCDD |
0,0001 |
|
PCDF |
|
|
2,3,7,8-TeCDF |
0,1 |
|
1,2,3,7,8-PeCDF |
0,05 |
|
2,3,4,7,8-PeCDF |
0,5 |
|
1,2,3,4,7,8-HxCDF |
0,1 |
|
1,2,3,6,7,8-HxCDF |
0,1 |
|
1,2,3,7,8,9-HxCDF |
0,1 |
|
2,3,4,6,7,8-HxCDF |
0,1 |
|
1,2,3,4,6,7,8-HpCDF |
0,01 |
|
1,2,3,4,7,8,9-HpCDF |
0,01 |
|
OCDF |
0,0001 ” |