1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
146 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1125/2006
tal-21 ta' Lulju 2006
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikularment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex jassigura applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarju li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanziji li għalihom hemm referenza fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjonijiet addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet komunitarji speċifiċi, biex tkun implimentata t-tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili. |
(3) |
Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti f’kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikata f’kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati f’kolonna 3 ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhix skond dan ir-Regolament tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata minn min iżommha, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kowd Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta f’kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tiġi invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta' Lulju 2006.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 996/2006 (ĠU L 179, 1.7.2006, p. 26).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif finalment emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 648/2005 (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).
ANNESS
Deskrizzjoni ta' l-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM) |
Raġunijiet |
||
(1) |
(2) |
(3) |
||
|
0210 99 49 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata skond ir-Regoli Ġenerali 1 u 6 fuq l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, Nota tal-Kapitlu 1(a) għal Kapitlu 5 tan-NM u il-kliem użat f’subtitli 0210 , 0210 99 u 0210 99 49 . Peress li huma fdalijiet tajbin għall-ikel, il-widnejn imnixxfin tal-qżieqeż iridu jkunu kklassifikati f’Kapitlu 2 u mhux f’Kapitlu 5, li ma jkoprix prodotti tajbin għall-ikel (Nota tal-Kapitlu 1(a) għall-Kapitlu 5 tas-SA). It-tnixxif tal-widnejn tal-qżieqeż ma jbiddilx il-karatteristiċi essenzjali ta’ l-oriġini tagħhom kif stipulat fin-Nota 1 għall-Kapitlu 23. It-tnixxif tal-widnejn tal-qżieqeż ma jbiddilx l-adattament għall-konsum mill-bniedem (Noti ta’ Spjega SA għall-Kapitlu 2, Ġenerali, it-tielet paragrafu, il-punt (1) u r-raba’ paragrafu). |
||
|
0511 99 90 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata skond ir-Regoli Ġenerali 1 u 6 fuq l-interpretazzjoni tan-NM, tan-Nota tal-Kapitlu 1(a) għall-Kapitlu 2 tan-NM u l-kliem użat f’subtitli 0511 , 0511 99 u 0511 99 90 tan-NM. Peress li huma fdalijiet tajbin għall-ikel, il-widnejn imnixxfin tal-qżieqeż iridu jkunu klassifikati f’Kapitlu 5 u mhux f’Kapitlu 2, li ma jkoprix prodotti li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem (in-Nota 1(a) għall-Kapitlu 2 tan-NM.). It-tnixxif tal-widnejn tal-qżieqeż ma jbiddilx il-karatteristiċi essenzjali ta’ l-oriġini tagħhom kif stipulat fin-Nota 1 għall-Kapitlu 23. |