16.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

92


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1124/2006

tal-11 ta’ Lulju 2006

dwar Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni tal-protokoll li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 37, flimkien ma’ l-Artikolu 300 (2) u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 300 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe (2), qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ validità tal-protokoll mehmuż mal-Ftehim, il-partijiet tal-kuntratt jintrabtu li jidħlu f’negozjati bil-għan li jiddeterminaw, bi Ftehim, il-kontenut ta’ protokoll għall-perjodu sussegwenti u, jekk ikun meħtieġ, dwar it-tibdil jew iż-żidiet li għandhom isiru fl-anness.

(2)

Iż-żewġ partijiet kontraenti iddeċidew li jġeddu l-protokoll attwali, approvat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2348/2002 (3), għal perjodu ta’ sena f’forma ta’ skambju ta’ ittri sakemm isiru n-negozjati dwar it-tibdil fil-protokoll li għandu jiġi miftiehem;

(3)

Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dan it-tiġdid;

(4)

Huwa importanti li jkun ifkkonfermat it-tqassim tad-drittijiet ta’ sajd fost l-Istati Membri tal-protokoll li wasal biex jiskadi.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tiġdid tal-protokoll li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006, huwa approvat f’isem il-Kummissjoni.

It-test tal-Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament (4).

Artikolu 2

Id-drittijiet ta’ sajd stabbiliti mill-protokoll jitqassmu fost l-Istati Membri skond kif ġej:

bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun

Franza:

18

Spanja:

18

bastimenti għas-sajd tat-tonn bil-qasab u x-xlief

Il-Portugall:

2

bastiment bil-konzijiet tal-wiċċ

Spanja:

20

Il-Portugall:

5

Jekk it-talba għal-liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma teżawrixxix id-drittijiet ta’ sajd stabbiliti mill-protokoll, il-Kummissjoni tista' tqis talbiet għal-liċenzji mill-Istati Membri l-oħra kollha.

Artikolu 3

L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu fil-qafas ta' dan il-Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ammont ta’ kull ħażna maqbuda fiż-żona tas-sajd ta’ Sao Tome u Prinċipe skond il-metodi pprovduti mir-Regolament (KE) Nru 500/2001 tal-Kummissjoni (5).

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih ikun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 11 ta’ Lulju 2006.

Mill-Kunsill

Il-President

E. HEINÄLUOMA


(1)  Opinjoni mogħtija fis-16 ta' Mejju 2006 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 54, 25.2.1984, p. 1.

(3)  ĠU L 351, 28.12.2002, p. 12.

(4)  ĠU L 40, 11.2.2006, p. 19.

(5)  ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.