1.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

248


Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jġib dispożizzjonijiet ġenerali fuq il-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, u li jannulla r-Regolament (KE) Nru 1260/1999

( “Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea” L 210 tal-31 ta' Lulju 2006 )

F'paġna 76, l-Anness IV għandu jinqara kif ġej:

ANNESS IV

Kategoriji ta' nfiq

(imsemmija fl-Artikolu 9(3))

 

Objettivi: Konverġenza u Kompettitività Reġjonali u Impjiegi

 

Objettiv: Konverġenza u r-reġjuni msemmija fl-Artikolu 8(2) mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni meħuda skond l-aħħar subparagrafu ta' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006.

Kodiċi

Temi prijoritarji

 

Riċerka u żvilupp teknoloġiku (R&TD), innovazzjoni u intraprenditorija

01

Attivitajiet ta' R&TD f'ċentri ta' riċerka

02

Infrastruttura R&TD (inkluż impjanti fiżiċi, strumentazzjoni u networks tal-komputers ta' veloċoità għolja li jikkollegaw ċentri ta' riċerka) u ċentri ta' kompetenza f'teknoloġija speċifika

03

Trasferiment ta' teknoloġija u titjib f'networks ta' koperazzjoni bejn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), bejn dawn u negozji u universitajiet oħrajn, kull tip ta' stabbiliment ta' l-edukazzjoni post-sekondarja, awtoritajiet reġjonali, ċentri ta' riċerka u ċentri xjentifiċi u teknoloġiċi (parks xjentifiċi u teknoloġiċi, technopoles, eċċ)

04

Għajnuna għal R&TD, b'mod partikolari fl-SMEs (inkluż aċċess għal servizzi R&TD f'ċentri ta' riċerka)

05

Servizzi ta' sostenn avvanzat għal kumpanniji u gruppi ta' kumpanniji

06

Għajnuna għal SMEs għall-promozzjoni ta' prodotti u proċessi ta' produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (introduzzjoni ta' sistema effettiva għall-maniġġar ta' l-ambjent, adozzjoni u użu ta' teknoloġiji li jipprevjenu t-tniġġis, integrazzjoni ta' teknoloġiji nodfa fil-produzzjoni tal-kumpanniji)

07

Investiment f'kumpanniji konnessi direttament mar-riċerka u l-innovazzjoni (teknoloġiji innovattivi, stabbiliment ta' kumpanniji ġodda minn universitajiet, ċentri u kumpanniji eżistenti ta' l-R&TD, eċċ)

08

Investimenti oħrajn f'kumpanniji

09

Miżuri oħra sabiex jistimulaw ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-intraprenditorija fl-SMEs

 

Is-soċjetà ta' l-informazzjoni

10

Infrastrutturi tat-telefon (inkluż networks broadband)

11

Teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (aċċess, sigurtà, interoperabbiltà, prevenzjoni tar-riskju, riċerka, innovazzjoni, e-content, eċċ.)

12

Teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (TEN-ICT)

13

Servizzi u applikazjonijiet għaċ-ċittadin (e-health, e-government, e-learning, e-inclusion eċċ)

14

Servizzi u applikazjonijiet għal SMEs (e-commerce, edukazzjoni u taħriġ, networking, eċċ)

15

Miżuri oħra sabiex jittejjeb l-aċċess għal u l-użu effiċjenti ta' l-ICT minn SMEs

 

Trasport

16

Ferroviji

17

Ferroviji (TEN-T)

20

Awtostradi

21

Awtostradi (TEN-T)

26

Trasport multimodali

27

Trasport multimodali (TEN-T)

28

Sistemi intelliġenti tat-trasport

29

Ajruporti

30

Portijiet

32

Passaġġi fuq l-ilma interni (TEN-T)

 

Enerġija

34

Elettriċità (TEN-E)

36

Gass naturali (TEN-E)

38

Prodotti petroliferi (TEN-E)

39

Enerġija li tiġġedded: riħ

40

Enerġija li tiġġedded: mix-xemx

41

Enerġija li tiġġedded: bijomassa

42

Enerġija li tiġġedded: idroelettriċità, ġeotermali u oħrajn

43

Effiċjenza ta' l-enerġija, ko-ġenerazzjoni, ġestjoni ta' l-enerġija

 

Ħarsien ta' l-ambjent u prevenzjoni tar-riskju

52

Promozzjoni ta' trasport urban nadif

 

Żieda fl-adattabbiltà ta' ħaddiema u kumpanniji, intrapriżi u intraprendituri

62

Żvilupp ta' sistemi u strateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja f'kumpanniji; taħriġ u servizzi għal impjegati sabiex itejbu l-adattabbiltà tagħhom għall-bidla; promozzjoni ta' l-intraprenditorija u l-innovazzjoni

63

Tfassil u disseminazzjoni ta' metodi innovattivi u aktar produttivi għall-organizzazzjoni tax-xogħol

64

Żvilupp ta' servizzi speċifiċi għall-impjieg, taħriġ u sostenn in konnessjoni mar-ristrutturazzjoni ta' setturi u kumpanniji, u l-iżvilupp ta' sistemi sabiex jiġu antiċipati bidliet ekonomiċi u ħtiġijiet futuri f'termini ta' impjiegi u ħiliet

 

Titjib ta' l-aċċess għall-impjiegi u sostenibbiltà

65

Modernizzar u tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet tas-suq tx-xogħol

66

Implementazzjoni ta' miżuri attivi u ta' prevenzjoni fis-suq tax-xogħol

67

Miżuri li jinkoraġġixxu xjuħija attiva u li jtawlu l-ħajja tax-xogħol

68

Sostenn għall-impjieg indipendenti u għall-ftuħ ta' negozji

69

Miżuri li jtejbu l-aċċess għall-impjiegi u jżidu l-parteċipazzjoni u l-progress sostenibbli tan-nisa fl-impjiegi sabiex titnaqqas is-segregazzjoni abbażi tas-sessi fis-suq tax-xogħol u sabiex ix-xogħol u l-ħajja privata jiġu rikonċiljati, bħall-faċilitazzjoni ta' l-aċċess għall-kura tat-tfal u l-kura għal persuni dipendenti

70

Azzjoni speċifika sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni ta' migranti fl-impjiegi u b'hekk tissaħħaħ l-integrazzjoni soċjali tagħhom

 

Titjib ta' l-inklużjoni soċjali għal persuni aktar żvantaġġati

71

Trejqiet għall-integrazjoni u d-dħul mill-ġdid fl-impjieg għal persuni żvantaġġati; il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fl-aċċess għal u l-progress fis-suq tax-xogħol u l-promozzjoni ta' l-aċċettazzjoni tad-diversità fuq il-post tax-xogħol

 

Titjib tal-kapital uman

72

It-tfassil, l-introduzzjoni u l-implementazzjoni ta' riformi fis-sistemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex tiġi żviluppata l-possibiltà ta' impjieg, tiġi mtejba r-rilevanza tas-suq tax-xogħol fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tal-bidu u jiġu aġġornati l-ħiliet tal-persunal li jħarreġ bil-ħsieb ta' innovazzjoni u ekonomija bbażata fuq l-għarfien.

73

Miżuri sabiex iżidu l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja, inkluż b'azzjoni sabiex jinkisbu tnaqqis fin-numru ta' tfal li jħallu l-iskola kmieni, is-segregazzjoni ta' suġġetti bbażata fuq is-sess u aktar aċċess għal u kwalità akbar ta' l-edukazzjoni tal-bidu, vokazzjonali u terzjarja u t-taħriġ

74

L-iżvilupp tal-potenzjal uman fl-ambitu tar-riċerka u l-innovazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' studju post-graduate u t-taħriġ ta' riċerkaturi, u attivitajiet ta' networking bejn universitajiet, ċentri ta' riċerka u negozji