16.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

67


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 1067/2006

tas-27 ta’ Ġunju 2006

li jadatta l-koeffiċjenti ta' korrezzjoni applikabbli għar-remunerazzjonijiet u għall-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65, 82 u l-Annessi VII, XI u XIII tar-Regolamenti tal-Persunal imsemmija kif ukoll l-Artikolu 20(1), l-Artikolu 64 u l-Artikolu 92 ta' l-imsemmija Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

Kien hemm żieda sostanzjali fl-għoli tal-ħajja fil-Litwanja matul il-perjodu bejn Ġunju u Diċembru 2005 u huwa għalhekk kunsiljabbli li jiġu adattati l-koeffiċjenti ta' korrezzjoni li huma applikati għar-remunerazzjonijiet ta' l-uffiċjali u ta' ħaddiema oħra,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Jannar 2006, il-koeffiċjent ta' korrezzjoni applikabbli, taħt l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-remunerazzjoni ta' l-uffiċjali u ta' ħaddiema oħra impjegati fil-pajjiż imsemmi hawn taħt huwa stabbilit kif ġej:

Litwanja 80,1

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PRÖLL


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7).