|
2.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
228 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1032/2006
tas-6 ta’ Lulju 2006
li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-xibka Ewropea [in-netwerk Ewropew] ta’ Amministrazzjoni [għall-Ġestjoni] tat-Traffiku ta’ l-Ajru (ir-Regolament ta’ l-interoperabbiltà) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta’ l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament ta’ qafas) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-tħaddim ta’ l-immaniġġar tat-traffiku ta’ l-ajru jeħtieġ mekkaniżmi sikuri u effiċjenti bejn iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru għan-notifikazzjoni, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet. Il-provvediment ta’ dawn il-mekkaniżmi fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku ta’ l-Ajru jeħtieġ l-iskambju awtomatiku ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn is-sistemi ta’ l-ipproċessar tat-tagħrif dwar it-titjiriet. Stħarriġ tas-sitwazzjoni attwali fil-Komunità żvela li f’xi Stati Membri dawk il-mekkaniżmi għadhom ma laħqux livell sodisfaċenti, u jeħtieġu aktar titjib. Għalhekk jeħtieġ li jiġu stipulati r-rekwiżiti għas-sistemi ta’ l-ipproċessar tat-tagħrif dwar it-titjiriet fir-rigward ta' l-interoperabbiltà, l-eżekuzzjoni u l-kwalità tas-servizz tal-funzjonijiet tagħhom għall-iskambju tat-tagħrif dwar it-titjiriet. |
|
(2) |
Il-Eurocontrol ingħatat il-mandat, skond l-artikolu 8(1) tar-Regolament ta’ qafas, biex tiżviluppa rekwiżiti għas-sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet. Dan ir-Regolament huwa msejjes fuq ir-rapport ta' mandat tal-31 ta’ Marzu 2005 li rriżulta minnu. |
|
(3) |
L-istandard tal-Eurocontrol għall-iskambju ta’ tagħrif onlajn ġie anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2082/2000 tas-6 ta’ Settembru 2000 li jadotta l-istandards ta’ l-Eurocontrol u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 97/15/KE, li tadotta l-istandards ta’ l-Eurocontrol u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/65/KEE (3), u jagħmel l-użu tiegħu obbligatorju fil-Komunità f’każ ta’ akkwist ta’ sistemi ġodda ta’ pproċessar ta’ tagħrif dwar titjiriet. Billi r-Regolament (KE) Nru 2082/2000 ġie rrevokat b’seħħ mill-20 ta’ Ottubru 2005, jeħtieġ li l-leġiżlazzjoni Komunitarja tiġi aġġornata, biex b’hekk tiġi aċċertata l-konsistenza tad-dispożizzjonijiet regolatorji rilevanti. |
|
(4) |
Dan ir-regolament ma jkoprix l-operat u t-taħriġ militari msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 li jistipula l-qafas għall-ħolqien ta’ ajru uniku Ewropew |
|
(5) |
L-Istati Membri kkommettew ruħhom, fi stqarrija dwar kwistjonijiet militari marbuta ma’ Ajru Uniku Ewropew (4), li jikkooperaw ma’ xulxin, filwaqt li jqisu r-rekwiżiti militari nazzjonali, sabiex il-kunċett ta’ l-użu flessibbli ta’ l-ispazju ta’ l-ajru jkun applikat b'mod sħiħ u uniformi fl-Istati Membri kollha minn kull min juża l-ispazju ta’ l-ajru. |
|
(6) |
L-applikazzjoni tal-kunċett ta’ l-użu flessibbli ta’ l-ispazju ta’ l-ajru, kif iddefinit fl-Artikolu 2(22) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, teħtieġ it-twaqqif ta' sistemi għall-iskambju f’waqtu ta’ tagħrif dwar titjiriet bejn iċ-ċentri ta’ servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru u ċentri tal-kontroll militari. |
|
(7) |
Proċessi awtomatizzati marbuta man-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni inizjali għandhom jiġu implimentati miċ-ċentri tal-kontroll reġjonali biex tiġi pprovduta informazzjoni konsistenti dwar titjiriet kemm liċ-ċentri li jittrasferixxu u kemm lil dawk li jirċievu u biex jirfdu l-koordinazzjoni tat-trasferiment ippjanat ta’ titjiriet. Dawn kienu parti mill-istandards stipulati bir-Regolament (KE) Nru 980/2002 u għandhom għalhekk jiġu applikati mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(8) |
L-informazzjoni dwar titjira trażmessa waqt il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali għandha tinżamm aġġornata. Għalhekk il-proċessi awtomatizzati għandhom jiġu implimentati progressivament biex jippermettu r-reviżjoni ta’ l-informazzjoni marbuta ma’ titjiriet li preċedentement kienet soġġetta għal proċess ta’ koordinazzjoni inizjali jew abrogazzjoni tal-koordinazzjoni meta ċ-ċentru li jassumi l-kontroll ma jibqax interessat fit-titjira. |
|
(9) |
Iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru għajr iċ-ċentri tal-kontroll reġjonali jistgħu jibbenefikaw mill-implimentazzjoni ta’ proċessi awtomatizzati ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni inizjali, reviżjoni tal-koordinazzjoni u abrogazzjoni tal-koordinazzjoni tat-titjiriet. Jekk jagħżlu li jagħmlu dan, ħtieġa għall-interoperabbiltà tan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru titlob minnhom li japplikaw l-istess rekwiżiti bħal dawk applikabbli għaċ-ċentri tal-kontroll reġjonali. |
|
(10) |
L-iskambju f’waqtu ta’ tagħrif dwar titjiriet bejn iċ-ċentri ta’ servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru u ċ-ċentri tal-kontroll militari għandu jissejjes fuq l-implimentazzjoni progressiva ta’ proċessi awtomatizzati. L-ewwel pass għandu jkun l-introduzzjoni tat-trażmissjoni ta’ tagħrif bażiku dwar it-titjiriet bejn dawn iċ-ċentri ċivili u militari, flimkien mal-possibbiltà li jiġu aġġornati skond il-ħtieġa. |
|
(11) |
Ġew identifikati proċessi awtomatizzati addizzjonali li jsaħħu aktar il-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru jew bejn iċ-ċentri tas-servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru u ċ-ċentri tal-kontroll militari. Jekk huma jagħżlu li japplikaw proċessi awtomatizzati addizzjonali, il-ħtieġa għall-interoperabbiltà tan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru jitlob minnhom l-applikazzjoni ta' rekwiżiti armonizzati għal dawn il-proċessi. |
|
(12) |
L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tippermetti tagħti lok għal aktar żviluppi biex jintlaħqu livelli ogħla ta’ interoperabbiltà. |
|
(13) |
L-applikazzjoni sikura ta’ dan ir-Regolament u s-sikurezza ġenerali ta’ l-operat ikunu jeħtieġu l-implimentazzjoni ta’ proċessi ta’ identifikazzjoni ta’ perikli, u ta' valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskji, kif iddefiniti fis-sezzjoni 3.2 ta’ l-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru …/2005 li jistipula rekwiżiti komuni għall-provvediment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru. L-implimentazzjoni armonizzata ta’ dawn il-proċessi fis-sistemi koperti b’dan ir-Regolament teħtieġ li jiġu identifikati rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi għall-ħtiġijiet obbligatorji kollha ta' l-interoperabbiltà, il-prestazzjoni u l-kwalità tas-servizz. |
|
(14) |
Skond l-Artikolu 3(3)d) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-interoperabbiltà għandhom jiddeskrivu l-proċeduri speċifiċi tal-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jintużaw biex tiġi vvalutata l-konformità jew l-idonjetà għall-użu tal-kostitwenti kif ukoll il-verifika tas-sistemi. |
|
(15) |
Skond l-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, id-dati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti tranżizzjonali jistgħu jkunu speċifikati mir-regoli rilevanti ta’ l-implimentazzjoni dwar l-interoperabbiltà. |
|
(16) |
Il-manifatturi u l-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandhom jingħataw perjodu ta’ żmien biex jiżviluppaw kostitwenti u sistemi ġodda konformi mar-rekwiżiti tekniċi l-ġodda. |
|
(17) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar Uniku. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-għanijiet u l-ambitu
1. Dan ir-Regolament jistipula r-rekwiżiti għall-iskambju awtomatiku ta’ tagħrif dwar titjiriet għal skopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet bejn iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru u għal skopijiet ta’ koordinazzjoni ċivili-militari.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal:
|
(a) |
sistemi ta’ pproċessar ta’ tagħrif dwar titjiriet li bihom jinqdew iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru li jipprovdu servizzi lit-traffiku ta’ l-ajru ġenerali; |
|
(b) |
sistemi ta’ skambju ta’ tagħrif dwar titjiriet li jirfdu l-proċeduri ta’ koordinazzjoni bejn iċ-ċentri ta’ servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru u ċ-ċentri tal-kontroll militari. |
3. Madankollu, dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-iskambju ta’ tagħrif dwar titjiriet bejn iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru li jużaw sistemi ta’ pproċessar ta’ tagħrif dwar titjiriet identifikati fil-paragrafu 2 li dwarhom it-tagħrif dwar it-titjiriet kopert b’dan ir-Regolament huma ssinkronizzat permezz ta’ sistema komuni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-għan ta’ dan ir-Regolament id-definizzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 549/2004 għandhom japplikaw.
2. Minbarra d-definizzjonijiet rilevanti mogħtija f’paragrafu 1għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“notifikazzjoni” tfisser it-trażmissjoni miċ-ċentru li jittrasferixxi t-tagħrif biex jaġġorna s-sistema taċ-ċentru li jirċevih bi tħejjija għall-koordinazzjoni; |
|
(2) |
“koordinazzjoni” tfisser il-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru tal-passaġġ ippjanat għat-titjiriet li jaqsmu l-konfini komuni, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tat-titjiriet; |
|
(3) |
“ċentru tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru” (minn hawn ’il quddiem “ċentru ATC”) tfisser b’mod divers ċentru reġjonali tal-kontroll, ċentru tal-kontroll ta’ l-avviċinament jew torri tal-kontroll ta’ l-ajruport; |
|
(4) |
“koordinazzjoni ċivili-militari” tfisser il-koordinazzjoni bejn partijiet ċivili u militari awtorizzati li jieħdu deċiżjonijiet u jiftiehmu dwar l-azzjoni li għandha tittieħed; |
|
(5) |
“sistema ta’ pproċessar ta’ tagħrif dwar titjiriet” tfisser il-parti ta’ sistema ta’ servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru li tirċievi, tipproċessa awtomatikament u tiddistribwixxi liċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru pożizzjonijiet ta' l-lantijiet tax-xogħol, tagħrif tal-pjan tat-titjira u messaġġi assoċjati; |
|
(6) |
“ċentru ta’ servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru” (minn hawn ’il quddiem ċentru “ATS”) ifisser ċentru, ċivili jew militari, responsabbli għall-provvista ta' servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru; |
|
(7) |
“ċentru tal-kontroll militari” ifisser kull ċentru militari fiss jew mobbli li jimmaniġġa traffiku ta’ l-ajru militari u/jew li jkun involut f’attivitajiet oħra li minħabba n-natura speċifika tagħhom jistgħu jeħtieġu riservar jew restrizzjoni ta’ l-ispazju ta’ l-ajru; |
|
(8) |
“ċentru li jittrasferixxi” ifisser iċ-ċentru tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru li jkun fil-proċess li jittrasferixxi r-responsabbiltà tal-provvista tas-servizz ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru lil ajruplan lejn iċ-ċentru ATC li jkun imiss tul ir-rotta tat-titjira; |
|
(9) |
“ċentru li jirċievi” ifisser iċ-ċentru tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru li jirċievi t-tagħrif |
|
(10) |
“konfini” tfisser pjanura laterali jew vertikali li tiddelinja l-ispazju ta’ l-ajru li fih ċentru ATC ikun qed jipprovdi servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru; |
|
(11) |
“ċentru reġjonali tal-kontroll” (minn hawn ’il quddiem “ACC”) ifisser ċentru stabbilit biex jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru lil titjiriet ikkontrollati fiż-żoni ta’ kontroll taħt ir-responsabbiltà tiegħu; |
|
(12) |
“lant tax-xogħol” ifisser l-għamara u t-tagħmir tekniku li permezz tagħhom membru tal-persunal li jipprovdi servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru iwettaq il-ħidma marbuta max-xogħol tiegħu |
|
(13) |
“pjan tat-titjira” ifisser informazzjoni speċifika pprovduta liċ-ċentri ta’ servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru, relatata ma’ titjira jew parti minn titjira maħsuba ta’ ajruplan; |
|
(14) |
“twissija” tfisser messaġġ li jintwera fuq il-lant tax-xogħol meta jfalli l-proċess awtomatizzat ta’ koordinazzjoni; |
|
(15) |
“estimi” tfisser il-punt ta’ koordinazzjoni, il-ħin mistenni ta’ ajruplan u l-altitudni tat-titjira fil-punt ta’ koordinazzjoni; |
|
(16) |
“radar sekondarju ta’ sorveljanza” (minn hawn ’il quddiem “SSR”) ifisser sistema ta’ sorveljanza bir-radar li tuża trażmettituri jew riċevituri u transponders; |
|
(17) |
“ittra ta’ ftehim” tfisser ftehim bejn żewġ ċentri ATC li jmissu ma' xulxin li jispeċifika kif ir-responsabbiltajiet ta' ATC rispettivi tagħhom għandhom jiġu kkoordinati; |
|
(18) |
“trasferiment ta' punt ta’ kontroll” ifisser punt fil-perkors tat-titjira ta’ ajruplan, li fih ir-responsabbiltà tal-provvista tas-servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru lill-ajruplan tiġi ttrasferita minn ċentru ATC għaċ-ċentru suċċessiv; |
|
(19) |
“tagħrif ta’ koordinazzjoni” ifisser tagħrif ta’ interess għall-persunal operattiv b’rabta mal-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u mal-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari |
|
(20) |
“altitudni ta' trasferiment tat-titjira” tfisser l-altitudni miftiehma tat-titjira matul il-koordinazzjoni jekk it-titjira tkun fl-altitudni tagħha, jew l-altitudni awtorizzata tat-titjira li lejha qed tipproċedi waqt it-tlugħ lejn il-punt ta’ koordinazzjoni jew l-inżul minnu; |
|
(21) |
“iċ-ċentru li jirċievi l-kontroll” ifisser iċ-ċentru tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru li jkun imissu jieħu l-kontroll ta’ ajruplan; |
|
(22) |
“punt ta’ koordinazzjoni” (minn hawn ’il quddiem “COP”) ifisser il-punt użat miċ-ċentri ATC fuq il-konfini jew imiss magħhom, u dak imsemmi fil-proċessi ta’ koordinazzjoni; |
|
(23) |
“ċentru nnotifikat” ifisser iċ-ċentru ATC li jkun irċieva l-informazzjoni ta’ notifika; |
|
(24) |
“korrelazzjoni” tfisser il-proċess tar-rabta tat-tagħrif tal-pjan tat-titjira mal-perkors tar-radar ta’ l-istess titjira; |
|
(25) |
“rilaxx” ifisser l-awtorizzazzjoni mill-kontrollur li jkun qed jittrasferixxi ajruplan ta' kontrollur fiċ-ċentru li jirċievi l-kontroll biex joħroġ struzzjonijiet ta’ kontroll lill-ajruplan qabel ma jagħmel it-trasferiment tal-punt tal-kontroll; |
|
(26) |
“disponibbiltà” tfisser kemm sistema jew komponent ikunu operattivi jew aċċessibbli meta jkunu meħtieġa għall-użu; |
|
(27) |
“affidabbiltà” tfisser il-probabbiltà li installazzjoni fl-art taħdem fil-limiti ta' tolleranzi speċifiċi. |
Artikolu 3
Rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u eżekuzzjoni
1. Il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 1(2) li jaqdu ACC, jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u eżekuzzjoni speċifikati fl-Anness I, il-Partijiet A u B.
2. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru li fl-ittra tal-ftehim tagħhom ikunu speċifikaw li se jimplimentaw in-notifikazzjoni, il-koordinazzjoni inizjali, ir-reviżjoni ta’ koordinazzjoni, l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni, il-proċessi ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet jew ta’ bdil f’tagħrif bażiku dwar titjiriet bejn ċentri ATC oħrajn barra dawk ACC, għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 1(2), jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u eżekuzzjoni speċifikati fl-Anness I, il-Partijiet A u B.
3. Il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru li fl-ittra tal-ftehim tagħhom ikunu speċifikaw li se jimplimentaw in-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq, il-bdil tal-frekwenza jew ta’ l-assunzjoni manwali tal-proċessi ta’ komunikazzjoni, għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 1(2) jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u eżekuzzjoni speċifikati fl-Anness I, il-Partijiet A u C.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 1(2) jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u eżekuzzjoni speċifikati fl-Anness I, il-Partijiet A u B, fir-rigward tat-tagħrif bażiku dwar titjiriet u l-proċessi ta’ bdil f’tagħrif bażiku dwar titjiriet.
5. Meta ċ-ċentri ta’ servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru u ċ-ċentri tal-kontroll militari jkunu implimentaw bejn is-sistemi tagħhom imsemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 1(2) in-notifikazzjoni ta’ l-intenzjoni ta’ l-ittraversar, it-talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar, il-proċessi ta’ kontroproposta ta’ l-ittraversar jew il-kanċellazzjoni ta’ l-ittraversar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn is-sistemi jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u eżekuzzjoni speċifikati fl-Anness I, il-Partijiet A u C.
Artikolu 4
Rekwiżiti tal-kwalità tas-servizz
1. Il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 1(2) jikkonformaw mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalità tas-servizz, speċifikati fl-Anness II.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 1(2) jikkonformaw mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalità tas-servizz, speċifikati fl-Anness II.
Artikolu 5
Proċeduri assoċjati
1. Għal titjira soġġetta għal koordinazzjoni inizjali, il-kundizzjonijiet tat-trasferiment miftiehma għandhom jorbtu mil-lat operattiv liż-żewġ ċentri ATC jekk il-koordinazzjoni ma tiġix abrogata jew riveduta.
2. Għal titjira soġġetta għal reviżjoni tal-koordinazzjoni, il-kundizzjonijiet tat-trasferiment miftiehma għandhom jorbtu mil-lat operattiv liż-żewġ ċentri ATC jekk il-koordinazzjoni ma tiġix abrogata jew il-kundizzjonijiet jiġu riveduti ulterjorment
3. F’każ ta’ falliment tar-reviżjoni tal-koordinazzjoni u l-abrogazzjoni tal-proċessi ta’ koordinazzjoni, biex jikkonferma t-tlestija fil-limiti tar-rekwiżiti tal-kwalità ta' servizz applikabbli, iċ-ċentru li jittrasferixxi għandu jagħti bidu għal koordinazzjoni verbali.
Artikolu 6
Rekwiżiti ta’ sikurezza
L-Istati Membri għandhom, sabiex iżommu jew itejbu l-livelli eżistenti ta’ sikurezza, jiżguraw li, fil-kuntest tal-proċess ta’ l-immaniġġar tas-sikurezza, qabel l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, issir valutazzjoni tas-sikurezza li tkun tinkludi l-identifikazzjoni ta’ perikli, u l-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji.
Matul din il-valutazzjoni tas-sikurezza, ir-rekwiżiti tas-sikurezza speċifikati fl-Anness III għandhom jitqiesu bħala minimu.
Artikolu 7
Il-konformità tal-kostitwenti jew kemm huma adattati għall-użu
Qabel ma joħorġu dikjarazzjoni tal-KE dwar il-konformità jew dwar kemm huma adattati għall-użu, il-manifatturi tal-kostitwenti tas-sistemi msemmija fil-punt (a) u (b) ta’ l-Artikolu 1(2) għandhom jivvalutaw il-konformità ta’ dawn il-kostitwenti jew kemm huma adattati għall-użu b'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV, il-Parti A.
Artikolu 8
Sistemi ta’ verifika
1. Il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru li jkunu jistgħu jippruvaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness V għandhom jagħmlu verifika tas-sistemi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 1(2) b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV, il-Parti B.
2. Il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru li ma jkunux jistgħu jippruvaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness V għandhom jagħtu b’sottokuntratt lil korp innotifikat il-verifika tas-sistemi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 1(2). Din il-verifika għandha ssir b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV, il-Parti C.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifika tas-sistemi msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 1(2) għandha tkun prova tal-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u eżekuzzjoni, tal-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Il-konformità
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Arranġamenti tranżizzjonali
1. Għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti tranżizzjonali ta’ l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 għas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2), id-data rilevanti hija d-data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fl-Artikolu 11(1) fir-rigward tal-proċessi tan-notifikazzjoni u ta’ koordinazzjoni inizjali, u d-data ta’ l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(2) fir-rigward tar-reviżjoni tal-proċessi tal-koordinazzjoni, ta’ l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni, tat-tagħrif bażiku dwar it-titjiriet u tal-bdil fit-tagħrif bażiku dwar it-titjiriet.
2. Għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti tranżizzjonali ta’ l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 għas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2), id-data rilevanti hija d-data ta’ l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(3).
Artikolu 11
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2009 għat-tnedija tas-servizzi tas-sistemi ta’ l-EATMN imsemmija fl-Artikolu 1(2) fir-rigward tar-reviżjoni tal-proċessi ta’ koordinazzjoni, ta’ l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni, tat-tagħrif bażiku dwar it-titjiriet u tal-bdil fit-tagħrif bażiku dwar it-titjiriet.
Huwa għandu jibda japplika mill-31 ta’ Diċembru 2012 għas-sistemi ta’ l-EATMN kollha msemmija fl-Artikolu 1(2) li jkunu bdew jitħaddmu sa dik id-data.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Lulju 2006.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
ANNESS I
Rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u eżekuzzjoni
(referred to in Article 3)
PARTI A: REKWIŻITI ĠENERALI
1. REKWIŻITI TAS-SISTEMA
|
1.1. |
Is-sistema għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-preżentazzjoni, l-ipproċessar u l-kompilazzjoni ta’ l-informazzjoni mis-sistema skambjata fil-proċessi speċifikati. |
|
1.2. |
Is-sistema għandha tkun kapaċi tirċievi, taħżen, tipproċessa, tislet u twassal għall-preżentazzjoni, u tittrażmetti awtomatikament informazzjoni rilevanti dwar titjiriet għan-notifikazzjoni, il-koordinazzjoni u t-trasferiment u għal proċessi ta’ koordinazzjoni ċivili-militari. |
|
1.3. |
Is-sistema għandha toħroġ twissija meta tiltaqa' ma fallimenti jew anomalijiet fil-faċilità ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni. |
|
1.4. |
Is-sistema għandu jkollha l-potenzjal li tipprovdi twissijiet relatati ma’ l-iskambju ta’ informazzjoni mis-sistema lil-lantijiet tax-xogħol rilevanti. |
|
1.5. |
Is-sistema għandha tipprovdi lill-persunal tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru l-mezzi biex jimmodifikaw l-informazzjoni dwar titjiriet rilevanti għall-proċessi. |
|
1.6. |
Is-sistema għandha tkun kapaċi tipprovdi lill-persunal tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru l-informazzjoni dwar l-istatus tal-proċessi ta’ skambju ta’ informazzjoni rilevanti mis-sistema. |
2. IRREKORDJAR TA’ TAGĦRIF DWAR SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI MIS-SISTEMA
|
2.1. |
It-tagħrif dwar skambju ta’ informazzjoni mis-sistema għandu jiġi rrekordjat mill-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru b’mod li jkun jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni tat-tagħrif irrekordjat. |
PARTI B: REKWIŻITI GĦALL-PROĊESSI OBBLIGATORJI MIRFUDA BI SKAMBJI TA’ INFORMAZZJONI MIS-SISTEMA
1. NOTIFIKAZZJONI
1.1. Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata
|
1.1.1. |
L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ notifikazzjoni għandha tinkludi bħala minimu:
|
|
1.1.2. |
Il-kontenut ta’ l-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” għandu jinkludi minimi ta’ separazzjoni vertikali ridotta (minn hawn ’il quddiem “RVSM”) u kapaċità ta’ 8,33 KHz bħala minimu. |
|
1.1.3. |
L-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” jista’ jkun fiha tagħrif ieħor skond l-ittri tal-ftehim. |
1.2. Regoli ta’ l-applikazzjoni
|
1.2.1. |
Il-proċess ta’ notifikazzjoni għandu jitwettaq ta’ l-anqas darba għal kull titjira ppjanata eliġibbli li taqsam il-konfini għajr jekk it-titjira tkun soġġetta għal proċess ta’ notifikazzjoni u koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq. |
|
1.2.2. |
Il-kriterji ta’ l-eliġibilità għan-notifikazzjoni transkonfini ta’ titjiriet għandhom ikunu skond l-ittri tal-ftehim. |
|
1.2.3. |
Fejn il-proċess ta’ notifikazzjoni ma jkunx jista’ jitwettaq fiż-żmien miftiehem bilateralment qabel il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali dan għandu jiġi inkluż fil-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali. |
|
1.2.4. |
Meta jitwettaq, il-proċess ta’ notifikazzjoni għandu jsir qabel il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali. |
|
1.2.5. |
Il-proċess ta’ notifikazzjoni għandu jerġa’ jitwettaq kull darba li jkun hemm bidla qabel il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali f’xi tagħrif minn dan li ġej:
|
|
1.2.6. |
Jekk tiġi identifikata xi diskrepanza bejn it-tagħrif trażmess u t-tagħrif korrispondenti fis-sistema li tkun irċivietu, jew ebda informazzjoni bħal din ma tkun disponibbli, li jwassal għall-bżonn ta’ azzjoni korrettiva malli jidħol it-tagħrif ta’ koordinazzjoni inizjali sussegwenti, id-diskrepanza għandha tiġi riferita lill-pożizzjoni xieraq għal soluzzjoni. |
1.3. Il-kriterji tal-ħin għall-bidu tal-proċess ta’ notifikazzjoni
|
1.3.1. |
Il-proċess ta’ notifikazzjoni għandu jinbeda numru parametriku ta’ minuti qabel il-ħin mistenni tas-COP. |
|
1.3.2. |
Il-parametr(u/i) tan-notifikazzjoni għandhom jiġu inklużi fl-ittri tal-ftehim ta’ bejn iċ-ċentri ATC ikkonċernati. |
|
1.3.3. |
Il-parametr(u/i) tan-notifikazzjoni jistgħu jkunu ddefiniti separatament għal kull wieħed mill-punti ta’ koordinazzjoni. |
2. KOORDINAZZJONI INIZJALI
2.1. Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata
|
2.1.1. |
L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali għandha tinkludi bħala minimu:
|
|
2.1.2. |
Il-kontenut ta’ l-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” għandu jinkludi RVSM u kapaċità ta’ 8,33 KHz bħala minimu. |
|
2.1.3. |
L-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” tista' tinkludi tagħrif ieħor skond kif miftiehem bilateralment fl-ittri tal-ftehim. |
2.2. Regoli ta’ applikazzjoni
|
2.2.1. |
Il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali għandu jitwettaq għal kull titjira eliġibbli ppjanata li taqsam il-konfini. |
|
2.2.2. |
Il-kriterji ta’ l-eliġibilità għall-koordinazzjoni inizjali ta’ titjiriet li jaqsmu l-konfini għandhom ikunu skond l-ittri tal-ftehim. |
|
2.2.3. |
Jekk ma jkunx ġa nbeda manwalment, il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali għandu jinbeda awtomatikament:
skond l-ittri tal-ftehim. |
|
2.2.4. |
Il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali għal titjira għandu jitwettaq darba biss sakemm ma jkunx inbeda l-proċess ta’ l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni. |
|
2.2.5. |
Wara proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni, il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali jista’ jinbeda mill-ġdid ma’ l-istess ċentru. |
|
2.2.6. |
It-tlestija tal-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali inkluża l-konferma miċ-ċentru li jirċievi għandha tiġi pprovduta liċ-ċentru li jittrasferixxi — imbagħad it-titjira titqies bħala “kkoordinata”. |
|
2.2.7. |
In-nuqqas tal-proċess tal-koordinazzjoni inizjali li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol responsabbli għall-koordinazzjoni tat-titjira fiċ-ċentru li jittrasferixxi. |
|
2.2.8. |
L-informazzjoni dwar il-koordinazzjoni inizjali għandha tkun disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jirċievi. |
3. REVIŻJONI TAL-KOORDINAZZJONI
3.1. Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata
|
3.1.1. |
Il-proċess ta’ reviżjoni tal-proċess ta' koordinazzjoni għandu jiżgura assoċjazzjoni mat-titjira kkoordinata preċedentement. |
|
3.1.2. |
Reviżjoni tal-koordinazzjoni għandha tipprovdi din l-informazzjoni li ġejja dwar it-titjira jekk tkun inbidlet:
|
|
3.1.3. |
Jekk ikun miftiehem bilateralment, ir-reviżjoni ta’ tagħrif ta’ koordinazzjoni għandha tipprovdi dawn li ġejjin jekk ikunu nbidlu:
|
3.2. Regoli ta’ applikazzjoni
|
3.2.1. |
Il-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni jista’ jsir darba jew aktar minn darba maċ-ċentru li miegħu t-titjira tkun ikkoordinata dak il-ħin. |
|
3.2.2. |
Għandu jitwettaq proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni meta:
|
|
3.2.3. |
Fejn ikun miftiehem bilateralment, għandu jitwettaq proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni meta jkun hemm bdil f’dawn li ġejjin:
|
|
3.2.4. |
It-tlestija tal-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni inkluża l-konferma miċ-ċentru li jirċievi għandha tiġi pprovduta fiċ-ċentru li jittrasferixxi. |
|
3.2.5. |
In-nuqqas tal-proċess tal-koordinazzjoni li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol responsabbli għall-koordinazzjoni tat-titjira fiċ-ċentru li jittrasferixxi. |
|
3.2.6. |
Il-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni għandu jitwettaq immedjatament wara l-input jew aġġornament rilevanti. |
|
3.2.7. |
Il-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni għandu jitwaqqaf wara li t-titjira tkun f’ħin/distanza miftiehma bilateralment ’il bogħod mill-punt tat-trasferiment tal-kontroll skond l-ittri tal-ftehim. |
|
3.2.8. |
L-informazzjoni dwar reviżjoni tal-koordinazzjoni għandha tkun disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jirċievi. |
4. L-ABROGAZZJONI TAL-KOORDINAZZJONI
4.1. Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata
|
4.1.1. |
Il-proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni għandu jiżgura assoċjazzjoni mal-proċess ta’ notifikazzjoni jew koordinazzjoni preċedenti li jkun qed jiġi kkanċellat. |
4.2. Regoli ta’ applikazzjoni
|
4.2.1. |
Il-proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni għandu jitwettaq ma’ ċentru għal titjira kkoordinata meta:
|
|
4.2.2. |
Il-proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni ma’ ċentru għal titjira nnotifikata jista' jitwettaq meta:
|
|
4.2.3. |
It-tlestija tal-proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni inkluża l-konferma miċ-ċentru li jirċievi għandha tiġi pprovduta fiċ-ċentru li jittrasferixxi. |
|
4.2.4. |
In-nuqqas tal-proċess ta' abrogazzjoni tal-koordinazzjoni li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol responsabbli għall-koordinazzjoni tat-titjira fiċ-ċentru li jittrasferixxi. |
|
4.2.5. |
L-informazzjoni dwar l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni għandha ssir disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru nnotifikat jew fiċ-ċentru li miegħu tkun ġiet ikkanċellata l-koordinazzjoni. |
5. TAGĦRIF BAŻIKU DWAR TITJIRIET
5.1. Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata
|
5.1.1. |
L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet għandha tipprovdi bħala minimu:
|
|
5.1.2. |
Kull informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-proċess ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet għandha tkun soġġetta għal ftehim bilaterali. |
5.2. Regoli ta’ applikazzjoni
|
5.2.1. |
Il-proċess ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet għandu jitwettaq awtomatikament għal kull waħda mit-titjiriet eliġibbli. |
|
5.2.2. |
Il-kriterji ta’ l-eliġibilità għal tagħrif bażiku dwar titjiriet għandhom ikunu skond l-ittri tal-ftehim. |
|
5.2.3. |
It-tlestija tal-proċess ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet inkluża l-konferma miċ-ċentru li jirċievi għandha tiġi pprovduta liċ-ċentru li jissupplixxih. |
|
5.2.4. |
In-nuqqas tal-proċess ta' tagħrif bażiku dwar titjiriet li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jissupplixxih. |
6. BDIL FIT-TAGĦRIF BAŻIKU DWAR TITJIRIET
6.1. Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata
|
6.1.1. |
Il-proċess ta’ bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet għandu jiżgura assoċjazzjoni mat-titjira li kienet preċedentement soġġetta għall-proċess ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet. |
|
6.1.2. |
Kull informazzjoni oħra soġġetta għall-proċess ta’ bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet u l-kriterji assoċjati mal-provvista tagħha għandhom ikunu soġġetti għal ftehim bilaterali. |
6.2. Regoli ta’ applikazzjoni
|
6.2.1. |
Proċess ta’ bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet għandu jitwettaq biss għal titjira li preċedentement tkun ġiet innotifikata bi proċess ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet. |
|
6.2.2. |
Proċess ta’ bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet għandu jinbeda awtomatikament skond il-kriterji miftiehma bilateralment. |
|
6.2.3. |
It-tlestija tal-proċess ta’ bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet inkluża l-konferma miċ-ċentru li jirċievi għandha tiġi pprovduta liċ-ċentru li jkun qed jissupplixxih. |
|
6.2.4. |
In-nuqqas tal-proċess ta’ bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jkun qed jissupplixxih. |
|
6.2.5. |
L-informazzjoni dwar il-bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet għandha ssir disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jirċievi. |
PARTI C: REKWIŻITI GĦALL-PROĊESSI FAKULTATTIVI MEGĦJUNA BI SKAMBJI TA’ INFORMAZZJONI MIS-SISTEMA
1. NOTIFIKAZZJONI U KOORDINAZZJONI TA’ QABEL IT-TLUQ
1.1. Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata
|
1.1.1. |
L-informazzjoni soġġetta għall-proċess tan-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq għandha tinkludi bħala minimu:
|
|
1.1.2. |
L-informazzjoni soġġetta għall-proċess tan-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq minn ċentru tal-kontroll taż-żona ta’ kontroll f’terminal (TMA) jew minn ACC għandha tinkludi dawn li ġejjin:
|
|
1.1.3. |
Il-kontenut ta’ l-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” għandu jinkludi l-RVSM u l-kapaċità ta’ 8,33 KHz bħala minimu. |
|
1.1.4. |
L-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” tista' tinkludi tagħrif ieħor skond kif miftiehem bilateralment fl-ittri tal-ftehim. |
1.2. Regoli ta’ applikazzjoni
|
1.2.1. |
Il-proċess tan-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq għandu jitwettaq darba jew aktar għal kull waħda mit-titjiriet eliġibbli ppjanata li taqsam il-konfini fejn il-ħin tat-titjira mit-tluq sal-punt ta’ koordinazzjoni ma jippermettix ħin biżżejjed biex jitwettqu l-proċessi tal-koordinazzjoni inizjali jew tan-notifikazzjoni. |
|
1.2.2. |
Il-kriterji ta’ l-eliġibilità għan-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni transkonfinali ta’ qabel it-tluq tat-titjiriet għandhom ikunu skond l-ittri tal-ftehim. |
|
1.2.3. |
Il-proċess tan-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq għandu jerġa’ jitwettaq kull darba li jkun hemm bidla f’xi tagħrif li qabel it-tluq kien soġġett għall-proċess preċedenti ta’ notifikazzjoni u koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq. |
|
1.2.4. |
It-tlestija tal-proċess tan-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq inkluża l-konferma miċ-ċentru li jirċievi għandha tiġi pprovduta fiċ-ċentru li jittrasferixxi. |
|
1.2.5. |
In-nuqqas tal-proċess tan-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol responsabbli għan-notifikazzjoni/il-koordinazzjoni tat-titjira fiċ-ċentru li jittrasferixxi. |
|
1.2.6. |
L-informazzjoni dwar in-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq għandha ssir disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru nnotifikat. |
2. BDIL TA’ FREKWENZA
2.1. Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata
|
2.1.1. |
L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ bdil ta’ frekwenza għandha tinkludi bħala minimu:
|
|
2.1.2. |
L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ bdil ta’ frekwenza għandha tinkludi dawn li ġejjin, jekk ikunu disponibbli:
|
|
2.1.3. |
Jekk ikun miftiehem bilateralment, it-tagħrif dwar bdil ta’ frekwenza għandu jinkludi dawn li ġejjin:
|
2.2. Regoli ta’ applikazzjoni
|
2.2.1. |
Il-proċess ta’ bdil ta’ frekwenza għandu jinbeda manwalment mill-kontrollur li jittrasferixxi. |
|
2.2.2. |
It-tlestija tal-proċess ta’ bdil ta’ frekwenza inkluża l-konferma miċ-ċentru li jjirċievi għandha tiġi pprovduta fiċ-ċentru ATC li jittrasferixxi. |
|
2.2.3. |
In-nuqqas tal-proċess ta' bdil ta’ frekwenza li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru ATC li jittrasferixxi. |
|
2.2.4. |
L-informazzjoni ta’ bdil ta’ frekwenza għandha ssir disponibbli mingħajr dewmien għall-kontrollur li jkun qed jassumi l-kontroll. |
3. ASSUNZJONI MANWALI TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET
3.1. Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata
|
3.1.1. |
L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet għandha tinkludi bħala minimu l-identifikazzjoni ta’ l-ajruplan. |
3.2. Regoli ta’ applikazzjoni
|
3.2.1. |
Il-proċess ta’ assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet għandu jinbeda miċ-ċentru li jkun qed jieħu l-kontroll meta tiġi stabbilita l-komunikazzjoni. |
|
3.2.2. |
It-tlestija tal-proċess ta’ assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet inkluża l-konferma miċ-ċentru li jittrasferixxi għandha tiġi pprovduta fiċ-ċentru ATC li jkun qed jieħu l-kontroll. |
|
3.2.3. |
In-nuqqas tal-proċess ta’ assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru ATC li jkun qed jieħu l-kontroll. |
|
3.2.4. |
L-informazzjoni dwar l-assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet għandha tiġi ppreżentata immedjatament lill-kontrollur fiċ-ċentru li jittrasferixxi. |
4. NOTIFIKAZZJONI TA’ L-INTENZJONI TA’ L-ITTRAVERSAR
4.1. Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata
|
4.1.1. |
L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta' notifikazzjoni ta’ l-intenzjoni ta’ l-ittraversar għandha tinkludi bħala minimu:
|
4.2. Regoli ta’ applikazzjoni
|
4.2.1. |
Il-proċess ta' notifikazzjoni ta’ l-intenzjoni ta’ l-ittraversar għandu jinbeda manwalment mill-kontrollur, jew awtomatikament kif deskritt fl-ittri tal-ftehim. |
|
4.2.2. |
It-tlestija tal-proċess ta' notifikazzjoni ta’ l-intenzjoni ta’ l-ittraversar inkluża l-konferma miċ-ċentru nnotifikat għandha tiġi pprovduta liċ-ċentru notifikatur. |
|
4.2.3. |
In-nuqqas tal-proċess ta' notifikazzjoni ta’ l-intenzjoni ta’ l-ittraversar li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fiċ-ċentru notifikatur. |
|
4.2.4. |
L-informazzjani dwar in-notifikazzjoni ta’ l-intenzjoni ta’ l-ittraversar għandha ssir disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru nnotifikat. |
5. TALBA GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TA’ L-ITTRAVERSAR
5.1. Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata
|
5.1.1. |
L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar għandha tinkludi bħala minimu:
|
|
5.1.2. |
Jekk ikun miftiehem bilateralment, talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar għandha tinkludi l-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir. |
|
5.1.3. |
Il-kontenut ta’ l-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” għandu jinkludi l-kapaċità RVSM bħala minimu. |
|
5.1.4. |
L-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” tista’ tinkludi tagħrif ieħor skond kif miftiehem bilateralment. |
5.2. Regoli ta’ applikazzjoni
|
5.2.1. |
It-talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar għandha tinbeda fid-diskrezzjoni tal-kontrollur, skond il-kundizzjonijiet speċifikati fl-ittri tal-ftehim. |
|
5.2.2. |
It-tlestija tal-proċess ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar inkluża l-konferma miċ-ċentru li jirċievi t-talba għandha tiġi pprovduta liċ-ċentru li jagħmel it-talba. |
|
5.2.3. |
In-nuqqas tal-proċess ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jagħmel it-talba. |
|
5.2.4. |
L-informazzjoni dwar talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar għandha ssir disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jirċievi t-talba. |
5.3. Tweġiba operattiva
|
5.3.1. |
Għandu jkun hemm tweġiba għall-proċess ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar permezz ta':
|
|
5.3.2. |
Jekk tweġiba operattiva ma tasalx f’intervall ta’ ħin miftiehem bilateralment għandha tinħareġ twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jagħmel it-talba. |
6. KONTROPROPOSTA TA’ L-ITTRAVERSAR
6.1. Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata
|
6.1.1. |
Il-proċess ta’ kontroproposta ta’ l-ittraversar għandu jiżgura l-assoċjazzjoni mat-titjira li preċedentement kienet soġġetta għall-koordinazzjoni. |
|
6.1.2. |
L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ kontroproposta ta’ l-ittraversar għandha tinkludi bħala minimu:
|
6.2. Regoli ta’ applikazzjoni
|
6.2.1. |
Il-kontroproposta għandha tinkludi altitudni u/jew rotta ġdida proposta għat-titjira. |
|
6.2.2. |
It-tlestija tal-proċess ta’ kontroproposta ta’ l-ittraversar inkluża l-konferma miċ-ċentru li jagħmel it-talba oriġinali għandha tiġi pprovduta liċ-ċentru li jagħmel il-kontroproposta. |
|
6.2.3. |
In-nuqqas tal-proċess ta' kontroproposta ta’ l-ittraversar li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jagħmel il-kontroproposta. |
|
6.2.4. |
L-informazzjoni dwar il-kontroproposta ta’ l-ittraversar għandha ssir disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jagħmel it-talba oriġinali. |
6.3. Tweġiba operattiva
|
6.3.1. |
Il-konferma ta’ l-ipproċessar b’suċċess ta’ l-informazzjoni dwar kontroproposta ta’ l-ittraversar fiċ-ċentru li jagħmel it-talba oriġinali għandha tiġi segwita bi tweġiba operattiva miċ-ċentru li jagħmel it-talba oriġinali. |
|
6.3.2. |
It-tweġiba operattiva għal kontroproposta ta’ l-ittraversar għandha tkun aċċettazzjoni jew ċaħda skond il-każ. |
|
6.3.3. |
Jekk tweġiba operattiva ma tasalx f’intervall ta’ ħin miftiehem bilateralment għandha tinħareġ twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jagħmel il-kontroproposta. |
7. KANĊELLAZZJONI TA’ L-ITTRAVERSAR
7.1. Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata
|
7.1.1. |
Il-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ l-ittraversar għandu jiżgura l-assoċjazzjoni mal-proċess ta’ notifikazzjoni jew koordinazzjoni preċedenti li tiġi kkanċellata. |
7.2. Regoli ta’ applikazzjoni
|
7.2.1. |
Il-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ l-ittraversar għandu jinbeda miċ-ċentru responsabbli għat-titjira meta sseħħ xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
7.2.2. |
Il-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ l-ittraversar għandu jiġi attivat awtomatikament jew manwalment bl-input tal-kontrollur skond l-ittri tal-ftehim. |
|
7.2.3. |
It-tlestija tal-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ l-ittraversar inkluża l-konferma miċ-ċentru nnotifikat/mitlub għandha tiġi pprovduta fiċ-ċentru li jikkanċellah. |
|
7.2.4. |
In-nuqqas tal-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ l-ittraversar li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jikkanċellah. |
|
7.2.5. |
L-informazzjoni dwar kanċellazzjoni ta’ l-ittraversar għandha ssir disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru nnotifikat/mitlub. |
ANNESS II
Rekwiżiti dwar il-kwalità tas-servizz
(referred to in Article 4)
1. Disponibbiltà, affidabilità, sigurtà tat-tagħrif u integrità tat-tagħrif
|
1.1. |
Il-faċilitajiet ta’ skambju ta’ informazzjoni mis-sistema għandhom ikunu disponibbli matul il-ħinijiet operattivi taċ-ċentru. |
|
1.2. |
Kull perjodu ta’ waqfien skedat għandu jkun miftiehem bilateralment bejn iż-żewġ ċentri kkonċernati. |
|
1.3. |
L-affidabilità tal-konnessjoni għal skambju ta’ informazzjoni mis-sistema għandha tkun ta’ l-anqas 99,86 %. |
|
1.4. |
L-integrità u s-sigurtà ta’ informazzjoni skambjata bl-użu ta’ faċilitajiet ta’ skambju ta’ informazzjoni mis-sistema għandhom ikunu assigurati f’livell xieraq skond il-prassi rikonoxxuta. |
2. Ħinijiet tal-proċess
|
2.1. |
Il-ħinijiet tal-proċess għandhom jirrappreżentaw l-intervall bejn il-bidu tal-proċess u l-ħin li fih il-konferma meħtieġa ssir disponibbli fiċ-ċentru li jkun ta bidu għalih. |
|
2.2. |
Il-ħinijiet tal-proċess m’għandhomx jinkludu t-tweġibiet operattiva fejn dawn ikunu meħtieġa. |
|
2.3. |
Il-ħin massimu tal-proċess qabel tiġi ġġenerata twissija għandu jkun miftiehem bilateralment. |
ANNESS III
Rekwiżiti tas-sikurezza
(referred to in Article 6)
|
1. |
L-implimentazzjoni ta’ skambji ta’ informazzjoni mis-sistema u l-konnessjonijiet ta’ komunikazzjoni bil-vuċi mill-art għall-art għandhom jeskludu l-possibbiltà ta’ falliment simultanju safejn dan ikun raġonevolment prattiku. |
|
2. |
Ir-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u l-eżekuzzjoni speċifikati fil-paragrafi 3.2.4, 3.2.5, 4.2.3, 4.2.4, 5.2.3, 5.2.4, 6.2.3 u 6.2.4 ta’ l-Anness I, Parti B għandhom jitqiesu wkoll bħala rekwiżiti tas-sikurezza. |
|
3. |
Għal reviżjoni ta’ koordinazzjoni, abrogazzjoni ta’ koordinazzjoni, proċessi ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet u ta’ bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet, ir-rekwiżiti tal-kwalità tas-servizz speċifikati fl-Anness II għandhom jitqiesu wkoll bħala rekwiżiti tas-sikurezza. |
ANNESS IV
PARTI A: REKWIŻITI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ JEW IDONJETÀ TA’ KOSTITWENTI GĦALL-UŻU IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7
|
1. |
L-attivitajiet tal-verifika għandhom juru l-konformità tal-kostitwenti mar-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u l-eżekuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament jew kemm huma adattati għall-użu tagħhom waqt li dawn il-kostitwenti jkunu qed jitħaddmu fl-ambjent ta' prova. |
|
2. |
Il-manifattur għandu jikkontrolla l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità u għandu b’mod partikolari:
|
|
3. |
Il-manifattur għandu jiżgura li l-kostitwenti ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari, integrati fl-ambjent ta' prova jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u eżekuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament. |
|
4. |
Wara li jissodisfa t-tlestija tal-verifika tal-konformità jew ta’ kemm huma adattati għall-użu, il-manifattur għandu fir-responsabbiltà tiegħu jagħmel id-dikjarazzjoni tal-KE dwar il-konformità jew dwar kemm huma adattati għall-użu, fejn jispeċifika speċjalment ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li jkunu ġew issodisfati mill-kostitwent u l-kundizzjonijiet assoċjati ma’ l-użu tiegħu skond l-Anness III (3) tar-Regolament ta’ l-interoperabbiltà. |
PARTI B: REKWIŻITI GĦALL-VERIFIKA TAS-SISTEMI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(1)
|
1. |
Il-verifika tas-sistemi għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u l-eżekuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament f’ambjent simulat li jirrifletti l-kuntest operattiv ta’ dawn is-sistemi. |
|
2. |
Il-verifika tas-sistemi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari għandha titwettaq skond il-prassi ta’ ttestjar xierqa u rikonoxxuta. |
|
3. |
L-għodod ta’ l-ittestjar li jintużaw għall-verifika tas-sistemi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari għandu jkollhom il-funzjonalitajiet xierqa. |
|
4. |
Il-verifika tas-sistemi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku mitlub mill-Anness IV(3) tar-Regolament ta’ l-interoperabbiltà flimkien ma’ l-elementi li ġejjin:
|
|
5. |
Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jmexxi l-attivitajiet tal-verifika u għandu b’mod partikolari:
|
|
6. |
Il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jiżgura li l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari, integrati f'sistemi mħaddma f’ambjent operattiv simulat tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u l-eżekuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament. |
|
7. |
Wara li jissodisfaw it-tlestija tal-verifika tal-konformità, il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandhom jagħmlu d-dikjarazzjoni tal-KE dwar il-verifika tas-sistema u jissottomettuha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza flimkien mal-fajl tekniku kif meħtieġ fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ l-interoperabbiltà. |
PARTI C: REKWIŻITI GĦALL-VERIFIKA TAS-SISTEMI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(2)
|
1. |
Il-verifika tas-sistemi għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u l-eżekuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament f’ambjent simulat li jkun jirrifletti l-kuntest operattiv ta’ dawn is-sistemi. |
|
2. |
Il-verifika tas-sistemi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari għandha titwettaq skond il-prassi ta’ ttestjar xierqa u rikonoxxuta. |
|
3. |
L-għodod ta’ l-ittestjar li jintużaw fil-verifika tas-sistemi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari għandu jkollhom il-funzjonalitajiet xierqa. |
|
4. |
Il-verifika tas-sistemi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku mitlub fl-Anness IV(3) tar-Regolament ta’ l-interoperabbiltà, flimkien ma’ l-elementi li ġejjin:
|
|
5. |
Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jiddetermina l-ambjent operattiv u tekniku simulat xieraq li jirrifletti l-ambjent operattiv u għandu jħalli attivitajiet ta' verifika jitwettqu minn korp innotifikat. |
|
6. |
Il-korp innotifikat għandu jmexxi l-attivitajiet tal-verifika u għandu b’mod partikolari:
|
|
7. |
Il-korp innotifikat għandu jiżgura li l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari, integrati fis-sistemi mħaddma f’ambjent operattiv simulat tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u l-eżekuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament. |
|
8. |
Wara li jissodisfa t-tlestija tax-xogħol tal-verifika, il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ konformità relatat max-xogħol li jkun wettaq. |
|
9. |
Imbagħad, il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jagħmel id-dikjarazzjoni tal-KE dwar il-verifika tas-sistema u jissottomettiha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza flimkien mal-fajl tekniku kif meħtieġ fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ l-interoperabbiltà. |
ANNESS V
Kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8
|
1. |
Il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jkun qed iħaddem metodi ta’ rrapportar fl-organizzazzjoni li jiżguraw u juru l-imparzjalità u l-indipendenza tal-konklużjonijiet relatati ma’ l-attivitajiet tal-verifika. |
|
2. |
Il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika, jwettqu l-verifiki bl-akbar integrità professjonali possibbli u bl-aqwa kompetenza teknika possibbli u jkunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv, b’mod partikolari ta’ xorta finanzjarja, li jistgħu jaffettwaw il-konklużjonijiet jew ir-riżultati tal-verifiki tagħhom, b’mod partikolari minn persuni jew gruppi ta’ persuni milquta mir-riżultati tal-verifiki. |
|
3. |
Il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika jkollhom aċċess għat-tagħmir li jippermettilhom li jwettqu sew il-verifiki meħtieġa. |
|
4. |
Il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika jkollhom taħriġ tekniku u vokazzjonali sħiħ, għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-verifiki li jkunu mistennija jwettqu, esperjenza adegwata ta’ ħidmiet bħal dawn, u l-ħila meħtieġa biex ifasslu dikjarazzjonijiet, rekords u rapporti li juru t-twettiq tal-verifiki. |
|
5. |
Il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika, ikunu kapaċi jwettqu l-verifiki tagħhom b’imparzjalità. Il-ħlas tagħhom m’għandux jiddependi fuq l-għadd ta’ verifiki li jwettqu, jew fuq ir-riżultati ta’ tali verifiki. |