29.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
418 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 990/2006
tat-30 ta’ Ġunju 2006
li jiftaħ sejħiet permanenti għall-offerti għall-esportazzjoni taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 (2) jistabbilixxi l-proċedura u l-kondizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3002/92 (3) jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika ta' l-użu u/jew destinazzjoni ta' prodotti minn intervent. |
(3) |
Minħabba l-qagħda preżenti tas-suq taċ-ċereali, fid-dawl tal-kwantitajiet ta’ ċereali disponibbli fl-istokks ta’ intervent u l-prospetti għall-esportazzjoni ta’ dawk iċ-ċereali lejn pajjiżi terzi, is-sejħiet permanenti għall-offerti għandhom jinfetħu għall-esportazzjoni taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri. Kull waħda minnhom għandha titqies bħala sejħa separata għall-offerta. |
(4) |
Biex ikun assigurat li l-operazzjonijiet flimkien mal-monitoraġġ tagħhom jiġu effettwati kif suppost, għandhom jiġu stipulati arranġamenti speċjali ta’ monitoraġġ għas-settur taċ-ċereali. Għal dan il-għan, għandhom jiġu depożitati sigurtajiet biex jassiguraw li l-għanijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni jintlaħqu mingħajr spejjeż eċċessivi għall-operaturi. |
(5) |
Għandhom isiru derogi skond il-bżonn għal ċerti regoli, b’mod partikolari għal dawk stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2131/93 fir-rigward tal-prezz li jrid jitħallas, il-limitu taż-żmien biex jintefgħu l-offerti kif ukoll l-ammont ta’ sigurtajiet, u fir-Regolament (KEE) Nru 3002/92 fir-rigward ta’ dak li għandu jitniżżel fuq il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, l-ordnijiet ta’ tneħħija u, fejn japplika, il-kopja tat-T5. |
(6) |
Biex issir prevenzjoni ta’ l-importazzjoni mill-ġdid, l-esportazzjonijiet skond din is-sejħa għall-offerta għandhom ikunu limitati għal ċerti pajjiżi terzi. |
(7) |
Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2131/93, l-inqas spejjeż tal-ġarr bejn il-post tal-ħżin u l-post tat-tagħbija fil-port jew fil-post tal-ħruġ jiġu rimborżati lil min jirbaħ l-offerta. Għal dawk l-Istati Membri li m’għandhomx portijiet bil-baħar, skond l-Artikolu 7(2a) ta’ dak ir-Regolament l-esportatur li jirbaħ l-offerta jista’ jiġi rimborsat l-inqas spejjeż tal-ġarr bejn il-post tal-ħżin u l-post proprja tal-ħruġ, sa ċertu ammont. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi applikata lill-Istati Membri konċernati u għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet biex tiġi applikata. |
(8) |
Bil-għan li s-sistema titmexxa b’mod tajjeb, għandu jsir provvediment biex l-informazzjoni li teħtieġ il-Kummissjoni tkun tista’ tiġi trażmessa b’mod elettroniku. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija taċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Skond dan ir-Regolament, l-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri indikati fl-Anness I għandhom joħorġu sejħiet permanenti għall-offerti skond ir-Regolament (KEE) Nru 2131/93 għall-esportazzjoni ta’ kull tip ta’ ċereal li huma għandhom. Il-kwantitajiet massimi taċ-ċereali differenti koperti b’dawn is-sejħiet għall-offerti huma indikati fl-Anness I.
2. Għall-qamħ komuni u s-segala, kull sejħa għall-offerta għandha tkopri kwantità massima għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi minbarra l-Albanija, il-Bożnija u Herżegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Liechtenstein, il-Montenegro, ir-Rumanija, is-Serbja (4) u l-Iżvizzera.
Fil-każ tax-xgħir, kull sejħa għall-offerta għandha tkopri kwantità massima għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi minbarra l-Albanija, il-Bożnija u Herżegovina, il-Bulgarija, il-Kanada, il-Kroazja, l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Liechtenstein, il-Messiku, il-Montenegro, ir-Rumanija, is-Serbja (4), l-Iżvizzera u l-Istati Uniti ta’ l-Amerka.
Artikolu 2
1. L-ebda rimborż jew taxxa ta’ l-esportazzjoni jew żieda fix-xahar m’għandha tingħata fuq l-esportazzjonijiet li saru skond dan ir-Regolament.
2. L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2131/93 m’għandux japplika.
3. Minkejja t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 16 tar-Regolament (KEE) Nru 2131/93, il-prezz li jrid jitħallas għall-esportazzjoni għandu jkun dak kwotat fl-offerta, mingħajr żieda fix-xahar.
4. Għar-Repubblika Ċeka, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija u s-Slovakkja, l-inqas prezzijiet tal-ġarr bejn il-post tal-ħżin u l-post proprja tal-ħruġ li jinsab barra t-territorju tagħhom għandhom jiġu rimborżati lil min jirbaħ l-offerta, skond l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament (KEE) Nru 2131/93, sa ammont iffissat fis-sejħa għall-offerta.
Artikolu 3
1. Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ tagħhom skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2131/93 sa l-aħħar tar-raba’ xahar wara l-ħruġ.
2. L-offerti mitfuħa b’risposta għal kull sejħa għall-offerta miftuħa skond dan ir-Regolament m’għandhomx għalfejn ikollhom magħhom l-applikazzjonijiet tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni sottomessi skond l-Artikolu 49 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (5).
Artikolu 4
1. Minkejja l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2131/93, iż-żmien stipulat għat-tfigħ ta' l-offerti taħt l-ewwel sejħa parzjali għall-offerta għandu jkun id-09.00 (ħin ta’ Brussell) tas-6 ta’ Lulju 2006.
Id-dati ta’ l-għeluq għat-tfigħ tas-sejħiet parzjali għall-offerti sussegwenti għal offerta għandhom ikunu kull nhar ta’ Ħamis fid-09.00 (ħin ta’ Brussell), minbarra t-3 t’Awissu 2006, is-17 t’Awissu 2006, l-24 t’Awissu 2006, it-2 ta’ Novembru 2006, it-28 ta’ Diċembru 2006, il-5 t’April 2007 u s-17 ta’ Mejju 2007, jiġifieri ġimgħat meta m’għandha ssir l-ebda sejħa għall-offerta.
L-aħħar sejħa parzjali għall-offerta għandha tiskadi fid-09.00 (ħin ta’ Brussell) fit-28 ta’ Ġunju 2007.
2. L-offerti għandhom jintefgħu fl-aġenziji ta’ intervent konċernati fl-indirizzi indikati fl-Anness I.
Artikolu 5
L-aġenzija ta’ intervent konċernata, min jaħżen u min jirbaħ l-offerta għandhom, fuq talba ta’ dan ta’ l-aħħar u permezz ta’ ftehim komuni, jew qabel jew wara ż-żmien ta’ tneħħija mill-ħżin kif jagħżel min jitfa’ l-offerta, jieħdu kampjuni ta’ referenza biex terġa’ ssir analiżi bir-rata ta’ mill-anqas kampjun wieħed għal kull 500 tunnellata u għandhom janalizzaw il-kampjuni. Kull aġenzija ta’ intervent tista’ tkun rappreżentata minn prokuratur, sakemm dan ma jkunx min jaħżen.
Għandhom jittieħdu kampjuni ta’ referenza biex jerġgħu jiġu analizzati fi żmien sebat ijiem mid-data li fiha jagħmel it-talba min jirbaħ l-offerta jew fi żmien tlett ijiem tax-xogħol jekk il-kampjuni jittieħdu hekk kif jitneħħew mill-ħżin.
F’każ ta’ tilwim dwar ir-riżultati ta’ l-analiżi, ir-riżultati għandhom jiġu mgħoddija b’mod elettroniku lill-Kummissjoni.
Artikolu 6
1. Min jirbaħ l-offerta jrid jaċċetta l-lott kif stabbilit jekk ir-riżultat finali ta’ l-analiżi tal-kampjun jindika kwalità li hi:
(a) |
ogħla minn dik speċifikata fl-avviż tas-sejħa għall-offerta; |
(b) |
ogħla mill-karatteristiċi minimi stipulati għall-intervent iżda inqas mill-kwalità deskritta fl-avviż tas-sejħa għall-offerta, dejjem jekk id-differenzi ma jaqbżux il-limiti li ġejjin:
|
2. Jekk ir-riżultat finali ta’ l-analiżi li saru fuq il-kampjuni jindikaw kwalità ogħla mill-karatteristiċi minimi stipulati għall-intervent iżda inqas mill-kwalità deskritta fl-avviż tas-sejħa għall-offerta u d-differenza taqbeż il-limiti stipulati fil-paragrafu 1(b), min jirbaħ l-offerta jista’:
(a) |
jaċċetta l-lott kif stabbilit, jew |
(b) |
jirrifjuta li jieħu l-lott konċernat. |
Fil-każ ta’ (b) hawn fuq, min jirbaħ l-offerta għandu jinħeles mill-obbligi kollha marbuta mal-lott imsemmi u s-sigurtajiet għandhom jinħelsu sakemm il-Kummissjoni u l-aġenzija ta’ intervent konċernata jkunu notifikati minnufih permezz tal-formola fl-Anness II.
3. Meta r-riżultat finali ta’ l-analiżi tal-kampjun jindika kwalità inqas mill-karatteristiċi stipulati għall-intervent, min jirbaħ l-offerta ma jistax ineħħi l-lott imsemmi. Min jirbaħ l-offerta għandu jinħeles mill-obbligi marbuta mal-lott imsemmi u s-sigurtajiet għandhom jinħelsu sakemm il-Kummissjoni u l-aġenzija ta’ intervent konċernata jiġu notifikati minnufih permezz tal-formola stipulata fl-Anness II.
Artikolu 7
Jekk ikun il-każ imsemmi fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) u ta’ l-Artikolu 6(3), min jirbaħ l-offerta jista’ jitlob lill-aġenzija ta’ intervent biex tipprovdi lott alternattiv ta’ ċereali tal-kwalità mixtieqa, bl-ebda spejjeż oħra. F’dak il-każ, is-sigurtà m’għandhiex tinħeles. Il-lott irid jinbidel fi żmien tlett ijiem mid-data li fiha jagħmel it-talba min jirbaħ l-offerta. Min jirbaħ l-offerta għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni dwar dan b’mod elettroniku, permezz tal-formola stipulata fl-Anness II.
Jekk, minħabba tibdil suċċessiv, min jirbaħ l-offerta ma jkunx irċieva lott ta’ sostituzzjoni ta’ kwalità kif stipulata fi żmien xahar mid-data ta’ l-ewwel talba għal sostituzzjoni, min jirbaħ l-offerta għandu jinħeles mill-obbligi kollha u s-sigurtajiet għandhom jinħelsu, sakemm il-Kummissjoni u l-aġenzija ta’ intervent konċernata jiġu infurmati minnufih b’mod elettroniku permezz tal-formola stipulata fl-Anness II.
Artikolu 8
1. Jekk iċ-ċereali jitneħħew qabel ma jkunu magħrufa r-riżultati ta’ l-analiżi stipulati fl-Artikolu 5, min jirbaħ l-offerta għandu jerfa’ r-riskji kollha miż-żmien li l-lott jitneħħa, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe mezz ta’ appell li min jirbaħ l-offerta jista’ jkollu kontra min jaħżen.
2. L-ispejjeż tat-teħid ta’ kampjuni u biex issir l-analiżi stipulata fl-Artikolu 5, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 5, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 6(3), għandhom jitħallsu mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF) sa analiżi waħda għal kull 500 tunnellata, minbarra l-ispejjeż ta’ trasferimenti inter-bin. L-ispejjeż ta’ trasferimenti inter-bin u kull analiżi addizzjonali mitluba minn min jirbaħ l-offerta għandha titħallas minnu stess.
Artikolu 9
Minkejja l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 3002/92, id-dokumenti marbuta mal-bejgħ taċ-ċereali li saru skond dan ir-Regolament, u b’mod partikolari l-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, l-ordni ta’ tneħħija msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 3002/92, id-dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni u, fejn japplika, il-kopja T5 għandu jkollhom:
(a) |
għall-qamħ komuni, waħda mill-figuri mniżżla stipulati fl-Anness III(A) ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
għax-xgħir, waħda mill-figuri mniżżla stipulati fl-Anness III(B) ta’ dan ir-Regolament; |
(c) |
għas-segala, waħda mill-figuri mniżżla stipulati fl-Anness III(Ċ) ta’ dan ir-Regolament; |
Artikolu 10
1. Is-sigurtà mqiegħda skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2131/93 għandha tinħeles la darba jinħarġu l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni lil dawk li jirbħu l-offerti.
2. Minkejja l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2131/93, l-obbligu biex jesporta għandu jkun kopert b’sigurtà ugwali għad-differenza bejn il-prezz ta’ l-intervent li japplika dakinhar li jingħata l-prezz u l-prezz mogħti, iżda mhux inqas minn EUR 25 kull tunnellata. Nofs din is-sigurtà għandha titqiegħed meta tinħareġ il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni u l-bilanċ għandu jingħata qabel ma jitneħħew iċ-ċereali mill-post tal-ħżin.
Artikolu 11
L-aġenziji ta’ intervent konċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-offerti mitfugħa fi żmien sagħtejn mindu jiskadi ż-żmien stipulat għat-tfigħ ta’ l-offerti stipulati fl-Artikolu 4(1). Jekk ma tintefa' l-ebda offert, l-Istat Membru konċernat għandu jikkomunika dan lill-Kummissjoni fl-istess limiti taż-żmien. Jekk l-Istat Membru ma jibgħatx komunikazzjoni lill-Kummissjoni fiż-żmien ta’ skadenza stipulat, il-Kummissjoni għandha tqis li ma ntefgħet l-ebda offerta fl-Istat Membru konċernat.
Il-komunikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jintbagħtu b’mod elettroniku, skond il-mudell fl-Anness IV. Għandha tintbagħat formola separata għal kull tip ta’ ċereali lill-Kummissjoni għal kull sejaħ għal offerta. Min jitfa’ l-offerta m’għandux jiġi identifikat.
Artikolu 12
1. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 il-Kummissjoni għandha tistipula, għal kull ċereali konċernat u mill-Istat Membru, il-prezz tal-bejgħ minimu, jew tiddeċiedi li ma tieħu l-ebda azzjoni fir-rigward ta' l-offerti li tirċievi, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2131/93.
2. Jekk l-iffissar ta’ prezz minimu, skond il-paragrafu 1, jista’ jwassal biex tinqabeż il-kwantità massima disponibbli lil xi Stat Membru, jista’ jiġi stabbilit koeffiċjent ta’ għotja fl-istess ħin għall-kwantitajiet offruti bil-prezz minimu sabiex jikkonformaw mal-kwantità massima disponibbli lil dak l-Istat Membru.
Artikolu 13
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).
(2) ĠU L 191, 31.7.1993, p. 76. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 749/2005 (ĠU L 126, 19.5.2005, p. 10).
(3) ĠU L 301, 17.10.1992, p. 17. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 770/96 (ĠU L 104, 27.4.1996, p. 13).
(4) Inkluż il-Kosovo, kif definit fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244 ta’ l-10 June 1999.
(5) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.
(6) ĠU L 100, 20.4.2000, p. 31.
ANNESS I
LISTA TA’ SEJĦIET GĦALL-OFFERTI
Stat Membru |
Kwantitajiet li jitqiegħdu għall-bejgħ fis-swieq esterni (tunnellati) |
Aġenzija ta’ intervent Isem, indirizz u dettalji ta’ kuntatt |
||||||||||
Qamħ komuni |
Xgħir |
Segala |
||||||||||
Belgique/België |
0 |
0 |
— |
|
||||||||
Česká republika |
50 000 |
150 000 |
— |
|
||||||||
Danmark |
0 |
0 |
— |
|
||||||||
Deutschland |
0 |
0 |
300 000 |
|
||||||||
Eesti |
0 |
30 000 |
— |
|
||||||||
Elláda |
— |
— |
— |
|
||||||||
España |
— |
— |
— |
|
||||||||
France |
0 |
0 |
— |
|
||||||||
Ireland |
— |
0 |
— |
|
||||||||
Italia |
— |
— |
— |
|
||||||||
Kypros/Kibris |
— |
— |
— |
|
||||||||
Latvija |
0 |
0 |
— |
|
||||||||
Lietuva |
0 |
50 000 |
— |
|
||||||||
Luxembourg |
— |
— |
— |
|
||||||||
Magyarország |
500 000 |
80 000 |
— |
|
||||||||
Malta |
— |
— |
— |
|
||||||||
Nederland |
— |
— |
— |
|
||||||||
Österreich |
0 |
0 |
— |
|
||||||||
Polska |
400 000 |
100 000 |
— |
|
||||||||
Portugal |
— |
— |
— |
|
||||||||
Slovenija |
— |
— |
— |
|
||||||||
Slovensko |
30 000 |
0 |
— |
|
||||||||
Suomi/Finland |
0 |
200 000 |
— |
|
||||||||
Sverige |
0 |
0 |
— |
|
||||||||
United Kingdom |
— |
0 |
— |
|
||||||||
|
ANNESS II
Komunikazzjoni lill-Kummissjoni dwar iċ-ċaħda u s-sostituzzjoni li jista’ jkun hemm ta’ lottijiet taħt is-sejħiet permanenti għall-offerti għall-esportazzjoni taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istat Membri
Mudell (*)
Artikoli 6 u 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 990/2006
“TIP TA’ ĊEREALI: Kodiċi tan-NM (**)”
Isem ta’ min jirbaħ l-offerta:
— |
Data ta’ meta ngħata: |
— |
Data ta’ ċaħda tal-lott minn min jirbaħ l-offerta: |
Stat Membru |
Nru tal-Lott |
Kwantità f’tunnellati |
Indirizz tas-sajlo |
Raġuni għaċ-ċaħda biex wieħed jieħu f’idejh |
||||||||||
|
|
|
|
|
(*) Biex tintbagħat lid-DG AGRI (Unità D.2).
(**) 1001 90 għall-qamħ komuni, 1003 00 għax-xgħir u 1002 00 00 għas-segala.
ANNESS III
Parti A
Reġistrazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 għall-qamħ komuni
— |
: |
bl-Ispanjol |
: |
Trigo blando de intervención sin aplicación de restitución ni gravamen, Reglamento (CE) no 990/2006 |
— |
: |
biċ-Ċek |
: |
Intervenční pšenice obecná nepodléhá vývozní náhradě ani clu, nařízení (ES) č. 990/2006 |
— |
: |
bid-Daniż |
: |
Blød hvede fra intervention uden restitutionsydelse eller -afgift, forordning (EF) nr. 990/2006 |
— |
: |
bil-Ġermaniż |
: |
Weichweizen aus Interventionsbeständen ohne Anwendung von Ausfuhrerstattungen oder Ausfuhrabgaben, Verordnung (EG) Nr. 990/2006 |
— |
: |
bl-Estonjan |
: |
Pehme nisu sekkumisvarudest, mille puhul ei rakendata toetust või maksu, määrus (EÜ) nr 990/2006 |
— |
: |
bil-Grieg |
: |
Μαλακός σίτος παρέμβασης χωρίς εφαρμογή επιστροφής ή φόρου, κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 990/2006 |
— |
: |
bl-Ingliż |
: |
Intervention common wheat without application of refund or tax, Regulation (EC) No 990/2006 |
— |
: |
bil-Franċiż |
: |
Blé tendre d'intervention ne donnant pas lieu à restitution ni taxe, règlement (CE) no 990/2006 |
— |
: |
bit-Taljan |
: |
Frumento tenero d'intervento senza applicazione di restituzione né di tassa, regolamento (CE) n. 990/2006 |
— |
: |
bil-Latvjan |
: |
Intervences parastie kvieši bez kompensācijas vai nodokļa piemērošanas, Regula (EK) Nr. 990/2006 |
— |
: |
bil-Litwan |
: |
Intervenciniai paprastieji kviečiai, kompensacija ar mokesčiai netaikytini, Reglamentas (EB) Nr. 990/2006 |
— |
: |
bl-Ungeriż |
: |
Intervenciós búza, visszatérítés, illetve adó nem alkalmazandó, 990/2006/EK rendelet |
— |
: |
bl-Olandiż |
: |
Zachte tarwe uit interventie, zonder toepassing van restitutie of belasting, Verordening (EG) nr. 990/2006 |
— |
: |
bil-Pollakk |
: |
Pszenica zwyczajna interwencyjna niedająca prawa do refundacji ani do opłaty, rozporządzenie (WE) nr 990/2006 |
— |
: |
bil-Portugiż |
: |
Trigo mole de intervenção sem aplicação de uma restituição ou imposição, Regulamento (CE) n.o 990/2006 |
— |
: |
bis-Slovak |
: |
Intervenčná pšenica obyčajná nepodlieha vývozným náhradám ani clu, nariadenie (ES) č. 990/2006 |
— |
: |
bis-Sloven |
: |
Intervencija navadne pšenice brez zahtevkov za nadomestila ali carine, Uredba (ES) št. 990/2006 |
— |
: |
bil-Finlandiż |
: |
Interventiovehnä, johon ei sovelleta vientitukea eikä vientimaksua, asetus (EY) N: o 990/2006 |
— |
: |
bl-Iżvediż |
: |
Interventionsvete, utan tillämpning av bidrag eller avgift, förordning (EG) nr 990/2006 |
Parti B
Reġistrazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 għax-xgħir
— |
: |
bl-Ispanjol |
: |
Cebada de intervención sin aplicación de restitución ni gravamen, Reglamento (CE) no 990/2006 |
— |
: |
biċ-Ċek |
: |
Intervenční žito nepodléhá vývozní náhradě ani clu, nařízení (ES) č. 990/2006 |
— |
: |
bid-Daniż |
: |
Byg fra intervention uden restitutionsydelse eller -afgift, forordning (EF) nr. 990/2006 |
— |
: |
bil-Ġermaniż |
: |
Interventionsgerste ohne Anwendung von Ausfuhrerstattungen oder Ausfuhrabgaben, Verordnung (EG) Nr. 990/2006 |
— |
: |
bl-Eston |
: |
Sekkumisrukis, mille puhul ei rakendata toetust või maksu, määrus (EÜ) nr 990/2006 |
— |
: |
bil-Grieg |
: |
Κριθή παρέμβασης χωρίς εφαρμογή επιστροφής ή φόρου, κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 990/2006 |
— |
: |
bl-Ingliż |
: |
Intervention barley without application of refund or tax, Regulation (EC) No 990/2006 |
— |
: |
bil-Franċiż |
: |
Orge d'intervention ne donnant pas lieu à restitution ni taxe, règlement (CE) no 990/2006 |
— |
: |
bit-Taljan |
: |
Orzo d'intervento senza applicazione di restituzione né di tassa, regolamento (CE) n. 990/2006 |
— |
: |
bil-Latvjan |
: |
Intervences bez kompensācijas vai nodokļa piemērošanas, Regula (EK) Nr. 990/2006 |
— |
: |
bil-Litwan |
: |
Intervenciniai miežiai, kompensacija ar mokesčiai netaikytini, Reglamentas (EB) Nr. 990/2006 |
— |
: |
bl-Ungeriż |
: |
Intervenciós árpa, visszatérítés illetve adó nem alkalmazandó, 990/2006/EK rendelet |
— |
: |
bl-Olandiż |
: |
Gerst uit interventie, zonder toepassing van restitutie of belasting, Verordening (EG) nr. 990/2006 |
— |
: |
bil-Pollakk |
: |
Jeczmien interwencyjny nie dające prawa do refundacji ani do opłaty, rozporządzenie (WE) nr 990/2006 |
— |
: |
bil-Portugiż |
: |
Cevada de intervenção sem aplicação de uma restituição ou imposição, Regulamento (CE) n.o 990/2006 |
— |
: |
bis-Slovakk |
: |
Intervenčný jačmeň, nepodlieha vývozným náhradám ani clu, nariadenie (ES) č. 990/2006 |
— |
: |
bis-Sloven |
: |
Intervencija rži brez zahtevkov za nadomestila ali carine, Uredba (ES) št. 990/2006 |
— |
: |
bil-Finlandiż |
: |
Interventioohra, johon ei sovelleta vientitukea eikä vientimaksua, asetus (EY) N: o 990/2006 |
— |
: |
bl-Iżvediż |
: |
Interventionskorn, utan tillämpning av bidrag eller avgift, förordning (EG) nr 990/2006 |
Parti Ċ
Reġistrazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 għas-segala
— |
: |
bl-Ispanjol |
: |
Centeno de intervención sin aplicación de restitución ni gravamen, Reglamento (CE) no 990/2006 |
— |
: |
biċ-Ċek |
: |
Intervenční žito nepodléhá vývozní náhradě ani clu, nařízení (ES) č. 990/2006 |
— |
: |
bid-Daniż |
: |
Rug fra intervention uden restitutionsydelse eller -afgift, forordning (EF) nr. 990/2006 |
— |
: |
bil-Ġermaniż |
: |
Interventionsroggen ohne Anwendung von Ausfuhrerstattungen oder Ausfuhrabgaben, Verordnung (EG) Nr. 990/2006 |
— |
: |
bl-Estonjan |
: |
Sekkumisrukis, mille puhul ei rakendata toetust või maksu, määrus (EÜ) nr 990/2006 |
— |
: |
bil-Grieg |
: |
Σίκαλη παρέμβασης χωρίς εφαρμογή επιστροφής ή φόρου, κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 990/2006 |
— |
: |
bl-Ingliż |
: |
Segala ta’ intervent mingħajr l-applikazzjoni ta’ rimborż jew taxxa, Regolament (KE) Nru 990/2006 |
— |
: |
bil-Franċiż |
: |
Seigle d'intervention ne donnant pas lieu à restitution ni taxe, règlement (CE) no 990/2006 |
— |
: |
bit-Taljan |
: |
Segala d'intervento senza applicazione di restituzione né di tassa, regolamento (CE) n. 990/2006 |
— |
: |
bil-Latvjan |
: |
Intervences mieži bez kompensācijas vai nodokļu piemērošanas, Regula (EK) Nr. 990/2006 |
— |
: |
bil-Litwan |
: |
Intervenciniai rugiai, kompensacija ar mokesčiai netaikytini, Reglamentas (EB) Nr. 990/2006 |
— |
: |
bl-Ungeriż |
: |
Intervenciós rozs, visszatérítés illetve adó nem alkalmazandó, 990/2006/EK rendelet |
— |
: |
bl-Olandiż |
: |
Rogge uit interventie, zonder toepassing van restitutie of belasting, Verordening (EG) nr. 990/2006 |
— |
: |
bil-Pollakk |
: |
Żyto interwencyjne nie dające prawa do refundacji ani do opłaty, rozporządzenie (WE) nr 990/2006 |
— |
: |
bil-Portugiż |
: |
Centeio de intervenção sem aplicação de uma restituição ou imposição, Regulamento (CE) n.o 990/2006 |
— |
: |
bis-Slovakk |
: |
Intervenčná raž, nepodlieha vývozným náhradám ani clu, nariadenie (ES) č. 990/2006 |
— |
: |
bis-Sloven |
: |
Intervencija rži brez zahtevkov za nadomestila ali carine, Uredba (ES) št. 990/2006 |
— |
: |
bil-Finlandiż |
: |
Interventioruista, johon ei sovelleta vientitukea eikä vientimaksua, asetus (EY) N: o 990/2006 |
— |
: |
bl-Iżvediż |
: |
Interventionsråg, utan tillämpning av bidrag eller avgift, förordning (EG) nr 990/2006 |
ANNESS IV
Komunikazzoni lill-kummissjoni dwar l-offerti riċevuti taħt is-sejħa permanenti għall-offerta għall-esportazzjoni taċ-ċereali mill-istokks ta’ intervent
Mudell (*)
Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 990/2006
“TIP TA’ ĊEREALI: Kodiċi NM (**)”
“STAT MEMBRU (***)”
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
Numri tas-serje ta’ min jitfa’ l-offerti |
Nru tal-Lott |
Kwantità eliġibbli (t) (tunnellati) |
Prezz ikkwotat EUR/tunnellata (1) |
Żidiet (+) Tnaqqis (-) (EUR/tunnellata) (p.m.) |
Spejjeż kummerċjali (2) (EUR/tunnellata) |
1 |
|
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
|
eċċ. |
|
|
|
|
|
Indika l-kwantitajiet totali offruti (inkluż offerti rifjutati magħmula għall-istess lott): […] tunnellati.
(*) Biex tintbagħat lid-DG AGRI (Unita D.2).
(**) 1001 90 għall-qamħ komuni, 1003 00 għax-xgħir u 1002 00 00 għas-segala.
(***) Indika l-Istat Membru konċernat.
(1) Dan il-prezz jinkludi ż-żidiet u t-tnaqqis marbut mal-lott kopert bl-offerta.
(2) L-ispejjeż kummerċjali li jikkorrispondu ma’ l-assigurazzjoni u l-provvediment ta’ servizzi li jinteħlu wara l-ħruġ ta’ l-istokk ta’ intervent sa l-istadju FOB fil-port ta’ l-esportazzjoni, minbarra l-ispejjeż ta’ l-esportazzjoni. L-ispejjeż notifikati għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta’ l-ispejjeż medji proprja rekordjati mill-aġenzija ta’ intervent fis-sitt xhur qabel il-ftuħ tal-perjodu ta' l-offerta u għandhom jiġu mfissra f’ewro kull tunnellata.