|
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
315 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 956/2006
tat-28 ta' Ġunju 2006
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 94/92, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom ċerti prodotti agrikoli miksubin minn produzzjoni organika jeħtiġilhom joriġinaw biex ikunu kkummerċjalizzati fil-Komunità
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom ċerti prodotti agrikoli miksubin minn produzzjoni organika jeħtiġilhom joriġinaw biex ikunu kkummerċjalizzati fil-Komunità, provdut fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (minn issa ‘l quddiem “il-lista”), imniżżel fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 94/92 tal-14 ta’ Jannar 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġu implimentati l-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi provduti fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (2). |
|
(2) |
Ċerti prodotti agrikoli li jiġu importati mill-Indja, bħalissa qed jiġi kkummerċjalizzati fil-Komunità skont id-deroga provduta fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. |
|
(3) |
L-Indja talbet lill-Kummissjoni biex tinkludiha fil-lista. Bagħtet it-tagħrif meħtieġ skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 94/92. |
|
(4) |
L-eżaminazzjoni ta’ din l-informazzjoni u d-diskussjoni konsegwenti mal-awtoritajiet Indjani wasslu għall-konklużjoni li, f’dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-ispezzjoni tal-prodotti agrikoli huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni wettqet kontroll fuq il-post dwar ir-regoli tal-miżuri tal-produzzjoni u l-ispezzjoni attwalment applikati fl-Indja, previsti fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. |
|
(6) |
It-tul ta’ żmien tal-inklużjoni tal-Kosta Rika u ta’ New Zealand fil-lista jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2006. Sabiex ikun evitat tfixkil fil-kummerċ, hemm il-ħtieġa li tkun estiża l-inklużjoni ta’ dawn il-pajjiżi fil-lista għal perjodu itwal. |
|
(7) |
L-Awstralja informat lill-Kummissjoni li korp wieħed ta’ spezzjoni biddel ismu u rranġa l-isem ta’ korp ta’ spezzjoni ieħor. |
|
(8) |
L-Iżvizzera talbet lill-Kummissjoni biex temenda t-termini tal-inklużjoni tagħha fil-lista skont il-Ftehim li sar bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq kummerċ fi prodotti agrikoli (3) approvat mid-Deċiżjoni 2002/309/KE tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (4) u b’mod partikolari mal-Anness 9 għal dak il-Ftehim fuq prodotti agrikoli prodotti organikament u oġġetti tal-ikel. |
|
(9) |
L-Iżvizzera għaddiet l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KEE) Nru 94/92. L-eżaminazzjoni tal-informazzjoni ppreżentata wasslet għall-konklużjoni li r-rekwiżiti huma ekwivalenti għal dawk li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità. |
|
(10) |
New Zealand informat lill-Kummissjoni li korp wieħed ta’ spezzjoni biddel ismu. |
|
(11) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 94/92 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 94/92 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta' Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 592/2006 (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 13).
(2) ĠU L 11, 17.1.1992, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 746/2004 (ĠU L 122, 26.4.2004, p. 10).
ANNESS
L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 94/92 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-test li jirrigwarda l-Awstralja, il-punt 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fit-test li jirrigwarda l-Kosta Rika, il-punt 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Wara t-test li jirrigwarda l-Kosta Rika, jiddaħħal it-test li ġej: “L-INDJA
|
|
(4) |
It-test li jirrigwarda l-Iżvizzera huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
It-test li jirrigwarda lil New Zealand huwa emendat kif ġej:
|