25.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

266


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 941/2006

ta’ l-1 ta’ Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 51/2006, fir-rigward tal-putassu u l-aringi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni għas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 (2) jiddetermina għall-2006 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċertu ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn hemm rekwiżiti ta' limiti ta' qbid.

(2)

B'segwitu tal-konsultazzjonijiet bejn il-Komunità u l-Gżejjer Faroe fit-23 ta' Frar 2006, intlaħaq arranġament dwar l-aċċess reċiproku għall-istokkijiet tal-putassu u l-aringi fiż-żoni ta' sajd ta' xulxin. Dan l-arranġament għandu jiġi implimentat.

(3)

Ġialadarba l-bastimenti li ramaw għall-marlozz bl-għeżul fid-Diviżjonijiet ICES VIa, b u VII b, ċ, j, k u s-subżona XII ma kinux implikati fil-prattiki tas-sajd li wasslu għall-projbizzjoni ta' l-użu ta' l-għeżul f'dawk iż-żoni, huwa xieraq li dan is-sajd jitħalla jissokta b'deroga mill-projbizzjoni.

(4)

Il-Komunità għamlet konsultazzjonijiet man-Norveġja dwar il-ġestjoni tas-sajd dwar il-ħażna tar-Riproduzzjoni ta' Aringi Norveġiżi tar-Rebbiegħa (Atlanto-Scandian) fl-Atlantiku tal-Grigal, b'mod partikolari, fir-rigward ta' arranġamenti għal-liċenzji, li għandhom jiġu implimentati.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 51/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi IA, IB u IV tar-Regolament (KE) Nru 51/2006 għandhom jiġu emendati skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, nhar l-1 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

U. HAUBNER


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 16, 20.1.2006, p. 1.


ANNESS

L-Annessi mar-Regolament (KE) Nru 51/2006 għandu jkun emendat kif ġej:

1)

Fl-Anness IA, il-partita li tirrigwarda l-putassu fiż-żona I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIabde, XII u XIV (ibħra tal-KE u dawk internazzjonali) għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi:

Putassu

Micromesistius poutassou

Żona

I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIabde, XII u XIV (KE u ibħra internazzjonali) WHB/1 X 14

Id-Danimarka

52 529  (5)  (6)

TAC analitiku

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru 847/96 japplika.

Il-Ġermanja

20 424  (5)  (6)

Spanja

44 533  (5)  (6)

Franza

36 556  (5)  (6)

L-Irlanda

40 677  (5)  (6)

L-Olanda

64 053  (5)  (6)

Il-Portugall

4 137  (5)  (6)

L-Iżvezja

12 994  (5)  (6)

Ir-Renju Unit

68 161  (5)  (6)

KE

344 063  (5)  (6)

In-Norveġja

152 442  (1)  (2)

Il-Gżejjer Faroe

45 000  (3)  (4)

TAC

2 000 000

2)

Fl-Anness IA, il-partita li ġejja għandha tiddaħħal wara l-partita t' hawn fuq::

“Speċi:

Putassu

Micromesistius poutassou

Żona

ibħra tal-KE ta' II, IVa (8), VIa (9), VIb u VII (10) WHB/24A567

Il-Gżejjer Faroe

10 000  (7)

 

TAC

2 000 000

 

3)

Fl-Anness IB, il-partita dwar l-ispeċi Aringi fiż-żoni I u II (ibħra tal-KE u ibħra internazzjonali) għandha tinbidel b' dan li ġej:

“Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

Ibħra tal-KE u ibħra Internazzjonali ta' I u IIHER/1/2.

Il-Belġju

22

 

Id-Danimarka

21 243

 

Il-Ġermanja

3 720

 

Spanja

70

 

Franza

917

 

L-Irlanda

5 499

 

L-Olanda

7 602

 

Il-Polonja

1 075

 

Il-Portugall

70

 

Il-Finlandja

329

 

L-Iżvezja

7 872

 

Ir-Renju Unit

13 581

 

KE

62 000

 

Il-Gżejjer Faroe

6 196  (11)

 

TAC

Mhux rilevanti

Ma japplikawx l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u japplika l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament.

Kundizzjonijiet Speċjali

Fi ħdan il-limiti tal-kwoti hawn fuq imsemmija, mhux aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt jistgħu jittieħdu fiż-żoni speċifikati:

 

II, Vb fit-Tramuntana ta' 62° N (ibħra tal-Gżejjer Faroe) (HER/2A5B-F)

 

Il-Belġju

2

 

Id-Danimarka

2 117

 

Il-Ġermanja

371

 

Spanja

7

 

Franza

91

 

L-Irlanda

548

 

L-Olanda

758

 

Il-Polonja

107

 

Il-Portugall

7

 

Il-Finlandja

32

 

L-Iżvezja

784

 

Ir-Renju Unit

1 354

 

4)

Fl-Anness III, fil-parti A għandu jiżdied il-punt li ġej:

“8.5.

B'deroga mill-punti 8.3 u 8.4, il-bastimenti armati għall-marlozz jistgħu jiskjeraw għeżul b'daqs tal-malji ta' 120mm fiż-żoni konċernati fi kwalunkwe post fejn il-fond fuq il-mappa hu inqas minn 600 metru.”

5)

Fl-Anness IV: Il-Parti I u II għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“PARTI I

Limitazzjonijiet kwantitattivi tal-liċenzji u permessi għas-sajd għal bastimenti Komunitarji li jistadu f' ibħra ta' pajjiżi terzi

Żona ta' sajd

Sajd għall-

Numru ta' liċenzji

Allokazzjoni ta' liċenzji bejn l-Istati Membri

Numru massimu ta' bastimenti preżenti f'kull ħin

Ilmijiet tan-Norveġja u ż-żona tas-sajd madwar Jan-Mayen

Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00'N

77

DK: 26, DE: 5, FR: 1, IRL: 7, NL: 9, SW: 10, UK: 17,

57

Speċi tal-qiegħ, fit-Tramuntana ta' 62° 00'N

80

FR: 18, PT: 9, DE: 16, ES: 20, UK: 14, IRL: 1

50

Kavalli, fin-Nofsinhar ta' 62° 00'N, sajd bit-tartaruni

11

DE: 1 (12), DK:26 (12), FR: 2 (12), NL: 1 (12)

mhux rilevanti

Kavalli, fin-Nofsinhar ta' 62° 00'N, sajd bix-xbieki tat-tkarkir

19

mhux rilevanti

Kavalli, fit-Tramuntana ta' 62° 00'N, sajd bit-tartaruni

11 (13)

DK: 11

mhux rilevanti

Speċi industrijali, fin-Nofsinhar ta' 62° 00'N

480

DK: 450, UK: 30

150

Ibħra tal-Gżejjer Faroe

Is-sajd kollu bit-tkarkir b'bastimenti ta' mhux aktar minn 180 pied fiż-żona bejn 12 u 21 mil mil-linji ta' bażi tal-Gżejjer Faroe

26

BE: 0, DE: 4, FR: 4, UK: 18

13

Sajd maħsub għall-bakkaljaw u l-merluzz b'malji ta' minimu 135mm, ristrett għaż-żona fin-nofsinhar ta' 62° 28'N u lvant ta' 6° 30'W

8 (14)

 

4

Tkarkir 'il barra minn distanza ta' 21 mil mil-linji ta' bażi tal-Gżejjer Faroe. Fil-perjodi bejn l-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju u l-1 t'Ottubru u l-31 ta' Diċembru, dawn il-bastimenti jistgħu joperaw fiż-żona bejn 61° 20'N u 62° 00'N u bejn 12 u 21 mil mil-linji ta' bażi.

70

BE: 0, DE: 10, FR: 40, UK: 20

26

Sajjieda bit-tkarkir għal-Linard b'malji b'daqs minimu ta' 100mm fiż-żona fin-Nofsinhar ta' 61° 30'N u l-punent ta' 9° 00'W u fiż-żona bejn 7° 00'W u 9° 00'W fin-nofsinhar ta' 60° 30'N u fiż-żona fil-lbiċ ta' linja bejn 60° 30'N, 7° 00'W u 60° 00'N, 6° 00'W

70

DE: 8 (15), FR: 12 (15), UK: 0 (15)

20 (16)

Sajd bit-tkarkir maħsub għall-Pollakkju (Pollacchius virens) b'malji ta' daqs minimu ta' 120 mm u bil-possibilità li jintużaw ċineg fit-tond madwar ix-xkora tax-xibka.

70

 

22 (16)

Sajd għall-putassu. In-numru totali ta' liċenzji jista' jiżdied b'erba’ bastimenti sabiex jiffurmaw pari, jekk l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe jintroduċu regoli speċjali dwar l-aċċess għal żona li tissejjaħ ‘iż-żona ewlenija tas-sajd għall-putassu’

36

DE: 3, DK: 19, FR: 2, UK: 5, NL: 5

20

Sajd bix-xlief

10

UK: 10

6

Sajd għall-kavalli

12

DK: 12

12

Sajd għall-aringi fit-tramuntana ta' 62°N

21

DE: 1, DK: 7, FR: 0, UK: 5, IRL: 2, NL: 3, SW: 3

21

Ibħra tal-Federazzjoni Russa

Is-sajd kollu

pm

 

pm

Sajd għall-bakkaljaw

7 (17)

 

pm

Sajd għal-laċċ ikħal

pm

 

Pm


PARTI II

Limitazzjonijiet kwantitattivi tal-liċenzji u permessi tas-sajd għalbastimenti minn pajjiżi terzi f'ibħra tal-Komunità

L-Istat tal-bandiera li jtajjar

Sajd għall-

Numru ta' liċenzji

Numru massimu ta' bastimenti preżenti f'kull ħin

in-Norveġja

Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00'N

18

18

Il-Gżejjer Faroe

Kavalli, VIa (fit-Tramuntana ta’ 56° 30'N), VIIe, f, h, is-sawrell, IV, VIa (Tramuntana ta’ 56° 30'N), VIIe, f, h; aringi, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30'N)

14

14

Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00'N

21

21

Aringi, IIIa

4

4

Sajd industrijali għan-Norway pout u l-laċċ ikħal, IV, VIa (fit-tramuntana ta' 56° 30'N): ċiċċirell, IV (inklużi qabdiet sekondarji li ma jistgħux jiġu evitati ta' putassu)

15

15

Lipp u tusk

20

10

Putassu, II, IVa, VIa (fit-tramuntana ta' 56° 30'N), VIb, VII (fil-punent ta' 12° 00'W)

20

20

Linarda

16

16

Il-Federazzjoni Russa

Aringi, IIId (Ibħra Svediżi)

pm

pm

Aringi, IIId (Ibħra Svediżi, bastimenti omm li ma jistadux)

pm

pm

Laċċ ikħal

4 (18)

pm

Il-Barbados

Gambli Penaeus  (19) (Ibħra tal-Gujana Franċiża)

5

pm (20)

Snappers  (21) (Ibħra tal-Gujana Franċiża)

5

pm

Gujana

Gambli Penaeus  (22) (Ibħra tal-Gujana Franċiża)

pm

pm (23)

Is-Surinam

Gambli Penaeus  (22) (Ibħra tal-Gujana Franċiża)

5

pm (24)

Trinidad u Tobago

Gambli Penaeus  (22) (Ibħra tal-Gujana Franċiża)

8

pm (25)

Il-Ġappun

Tonn (26) (Ibħra tal-Gujana Franċiża)

pm

 

Korea

Tonn (27) (Ibħra tal-Gujana Franċiża)

pm

pm (22)

Venezwela

Snappers (22)(Ibħra tal-Gujana Franċiża)

41

pm

Klieb il-baħar (22) (Ibħra tal-Gujana Franċiża)

4

pm


(1)  Jistgħu jiġu mistada fl-ibħra tal-KE fiż-żoni II, IVa, VIa fit-Tramuntana ta' 56° 30'N, VIb, VII fil-Punent ta' 12°W

(2)  Li minnhom sa 500 tunnellata tista' tkun magħmula minn argentina (Argentina spp.).

(3)  Qabdiet ta' putassu jistgħu jinkludu qabdiet ta' arġentina (Argentina spp.) li ma jistgħux jiġu evitati

(4)  Jistgħu jiġu mistada fl-ibħra tal-KE fiż-żoni VIa fit-Tramuntana ta' 56° 30'N, VIb, VII fil-Punent ta' 12°W.

(5)  Li minnhom sa 61 % jistgħu jiġu mistada fiż-Żona Ekonomika tan-Norveġja jew fiż-żona tas-sajd madwar Jan Mayen.

(6)  Li minnhom sa 1.66 % jistgħu jiġu mistada fl-ibħra tal-Gżejjer Faroe, żona Vb.”

(7)  Li għandhom jingħaddu kontra l-limiti tal-qbid tal-Gżejjer Faroe stabbiliti taħt l-arranġament ta' l-Istati Kostali.

(8)  Il-qabda fiż-żona IVa m'għandhiex tkun aktar minn 2 500 tunnellata.

(9)  Tramuntana ta' 56° 30'N

(10)  Punent ta' 12°W”

(11)  Jistgħu jiġu mistada fl-ibħra tal-KE.”

(12)  Din l-allokazzjoni hija valida għas-sajd bit-tartaruni u xbieki tat-tkarkir.

(13)  Li għandu jintagħżel mill-11-il liċenza għas-sajd bit-tartaruni għall-Kavalli fin-Nofsinhar ta' 62° 00'N.

(14)  Wara r-Rekord Miftiehem ta' l-1999, il-figuri għas-Sajd speċifiku għall-Bakkaljaw u l-Merluzz huwa inkluż fil-figuri ta' ‘Sajd kollu bit-tkarkir permezz ta' bastimenti ta' mhux aktar minn 180 pied bejn 12 u 21 mil mil-linji ta' bażi tal-Gżejjer Faroe’.

(15)  Dawn il-figuri jirreferu għan-numru massimu ta' bastimenti preżenti fi kwalunkwe ħin.

(16)  Dawn il-figuri huma inklużi fil-figuri għal-‘Tkarkir aktar minn 21 mil 'il barra mil-linji ta' bażi tal-Gżejjer Faroe’.

(17)  Japplika biss għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Latvja.

(18)  Japplika biss għaż-żona Latvjana ta' ibħra tal-KE.

(19)  Il-liċenzji għas-sajd tal-gambli fl-ibħra tad-Dipartiment Franċiż tal-Gujana għandhom jinħarġu abbażi ta' pjan ta' sajd imressaq mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat, approvat mill-Kummissjoni. Il-perjodu ta' validità għal kull waħda minn dawn il-liċenzji għandha tkun limitata għall-perjodu ta' sajd previst fil-pjan ta' sajd li abbażi tiegħu inħarġet il-liċenzja għas-sajd.

(20)  In-numru annwali ta' jiem fuq il-baħar huwa limitat għal 200.

(21)  Għandhom jiġu mistada biss b'konzijiet jew nases jew konzijiet jew xbieki li għandhom malji minimi ta' 100mm, f' fond ta' aktar minn 30m (klieb il-baħar). Sabiex jinħarġu dawn il-liċenzji, għandhom jitressqu provi li kuntratt validu jeżisti bejn sid il-bastiment li qiegħed japplika għal-liċenzja u l-kumpanija ta' proċessar li tinstab fid-Dipartiment Franċiż tal-Gujana, u li jinkludi l-obbligu li jittellgħu l-art għall-inqas 75 % tal-qabdiet kollha ta' l-isnapper jew 50 % tal-qabdiet kollha tal-klieb il-baħar mill-bastiment ikkonċernat f'dak id-dipartiment sabiex ikunu jistgħu jiġu pproċessati fil-fabbrika ta' dik il-kumpanija.

Il-kuntratt imsemmi hawn fuq għandu jkun approvat mill-awtoritajiet Franċiżi, biex b'hekk jiġi żgurat li huwa konsistenti kemm mal-kapaċità attwali tal-kumpanija ta' proċessar kontraenti kif ukoll ma' l-għanijiet għall-iżvilupp ta' l-ekonomija tal-Gujana. Kopja tal-kuntratt approvat kif jeħtieġ għandha tkun mehmuża ma' l-applikazzjoni għal-liċenzja.

Meta l-approvazzjoni msemmija hawn fuq hija rrifjutata, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jgħarrfu b'dan u għandhom jagħtu r-raġunijiet għal dan lill-parti kkonċernata u lill-Kummissjoni.

(22)  Applikabbli mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April 2006.

(23)  Fl-istennija tal-konklużjoni ta' konsultazzjonijiet dwar is-sajd man-Norveġja għall-2006.

(24)  In-numru annwali ta' jiem fuq il-baħar huwa limitat għal pm.

(25)  In-numru annwali ta' jiem fuq il-baħar huwa limitat għal 350.

(26)  Għandu jiġi mistad biss bil-konzijiet.

(27)  Li minnhom fi kwalunkwe ħin massimu ta' 10 għal bastimenti li jistadu għall-bakkaljaw bl-għeżula tat-tisqif.”