22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
57 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 899/2006
tad-19 ta' Ġunju 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2133/2001 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità u limiti tat-tariffa fis-settur taċ-ċereali, li jiftaħ kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal ċertu ikel għall-klieb u l-qtates li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2309 10
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 (1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, fidl-dawl tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,
billi:
(1) |
Il-ftehim konkluż mill-Komunità mal-Istati Uniti tal-Amerika (3) approvat bid-Deċiżjoni 2006/333/KE jipprevedi, għal kull sena kalendarja mill-2006 'l quddiem, kwota tat-tariffa għall-importazzjoni ta' ċertu ikel għall-klieb u l-qtates li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2309 10 b'dazju doganali ta' 7 % ad valorem. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4), jiġbor ir-regoli ta' ġestjoni applikabbli għall-kwoti tat-tariffa biex jintużaw fl-ordni kronoloġika tad-dati tad-dikjarazzjonijiet doganali u għall-monitoraġġ tal-importazzjonijiet li jibbenefikaw minn skema preferenzjali. Biex tiġi armonizzata l-ġestjoni ta' din il-kwota tat-tariffa ġdida ma' kwoti simili, il-ġestjoni tagħha għandha tiġi inkorporata fid-dispożizzjoni rilevanti. |
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2133/2001 (5), għandu jiġi emendat. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2133/2001 għandha tiżdied din il-linja:
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Volum tal-kwota fil-piż nett (f'tunnellati) |
Dazju tal-kwota tat-tariffa |
Oriġini |
“09.0089 |
2309 10 13 2309 10 15 2309 10 19 2309 10 33 2309 10 39 2309 10 51 2309 10 53 2309 10 59 2309 10 70 |
Ikel għall-klieb u l-qtates, ippakkjat għall-bejgħ bl-imnut |
2 058 |
7 % ad valorem |
Il-pajjiżi terzi kollha (erga omnes)” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta' Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).
(2) ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.
(3) ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.
(4) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).
(5) ĠU L 287, 31.10.2001, p. 12. Ir-Regolament emendat bir-Regolament Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).