28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

403


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 773/2006

tat-22 ta’ Mejju 2006

dwar l-awtorizzazzjoni proviżorja u permanenti ta’ ċerti adittivi fl-għalf tal-bhejjem u l-awtoriozzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv li huwa diġà awtorizzat fl-għalf tal-bhejjem

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Waqt li jikkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda l-addittivi fl-għalf għall-bhejjem (1), u partikolarment l-Artikoli 3, 9d (1) u 9e(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu mill-Istati Membri dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Applikazzjonijiet bħal dawn għalhekk ser jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

Tressqet dejta b’appoġġ ta’ applikazzjoni għall-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Kluyveromyces marxianus-fragilis B0399 MUCL 41579 għall-użu fil-ħnienes. L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl — kel (EFSA) eprimiet l-opinonjoni tagħha dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni fit-28 ta’ Jannar 2004. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Skond dan, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ l-enżimi kif speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba’ snin.

(6)

l-użu tal-preparazzjoni ta’ l-enżimi ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase u l-endo-1,4-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 600.94) huwa awtorizzat mingħajr limitu taż-żmien għat-tiġieġ għat-tismin, għad-dindjani għat-tismin, bħala l-enżima l-E1609 fil-forma miksija, likwida jew solida mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 (3). Tressqet data ġdida b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-estensjoni ta’ l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ din il-preparazzjoni ta’ l-enżimi fil-papri sabiex jiġi inkluż fl-awtorizzazzjoni għal din l-ispeċi ta’ l-annimali il-forma granulari. L-EFSA tat opinjoni fit-30 ta’ Novembru 2005 dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li din mhijiex ta’ riskju għal din il-kategorija addizzjonali ta’ l-annimali. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni għal dak l-użu huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament, għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba’ snin.

(7)

Tressqet data b’appoġġ għall-applikazjoni ta’ forma granulari ta’ l-enżima E1609 għat-tiġieġ għat-tismin, għad-dundjani għat-tismin u għall-ħnienes. L-EFSA esprimiet l-opinjoni tagħha għall-użu ta’ din il-preparazzjoni fit-30 ta’ Novembru 2005. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament, għandu għalhekk jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(8)

L-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu rekwiżiti sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (4).

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li hija parti mill-grupp “Mikro-enżimi”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata għal erba’ snin bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-preparazzjoni li hija parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness II, hija awtorizzata għal erba’ snin bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness III, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-22 ta’ Mejju 2006.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)   ĠU L 269, 17.8.2004, p. 3.

(4)   ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS I

Nru (jew Nru KE).

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikro-organiżmi

26

Kluyveromyces marxianus-fragilis B0399

MUCL 41579

Preparazzjoni ta’ Kluyveromyces marxianus-fragilis B0399 li fih minimu ta’:

Forma ta’ trab u dik granulari:

5 × 106 CFU/g additiv

Ħnienes (miftuma

—

6 × 106

6 × 106

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Għall-użu fil-każ ta’ ħnieżer żgħar li nfatmu sakemm jilħqu l-35 kg.

Data [biex timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament]


ANNESS II

Nru (jew Nru KE)

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Etàmassima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enzymes

7 (or E 1609)

 

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

 

Endo-1,4-beta-glucanase

EC 3.2.1.4

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase u endo-1,4-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 600.94) li għandha attività minima ta’:

 

Forom miksija, solidi u granulati:

 

Endo-1,4-beta-xylanase: 36 000 FXU (1)/g

 

Endo-1,4-beta-glucanase: 15 000 BGU (2)/g

 

Fil-forma ta’ likwidu:

 

Endo-1,4-beta-xylanase: 36 000 FXU/ml

 

Endo-1,4-beta-glucanase: 15 000 BGU/ml

Papri

—

6 000 FXU

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kg ta’ għalf sħiħ

—

6 000 FXU

—

2 500 BGU

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans). eż. li fihom aktar minn 60 % qamħ.

Data [biex timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament]

2 500 BGU

—


(1)  1 FXU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.15 mikromole ta' ksilożju minn xylan li huwa crossed linked ma’ l-azurine fil-minuta f’pH ta' 5,0 u 40 °C.

(2)  1 BGU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.15 mikromole ta' glukożju minn xylan li huwa crossed linked ma’ l-azurine fil-minuta f’pH ta' 5,0 u 40 °C./g.


ANNESS III

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Etàmassima

Kontenutminimu

Kontenutmassimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enzymes

E 1609

 

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

 

Endo-1,4-beta-glucanase

EC 3.2.1.4

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase u endo-1,4-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 600.94) li għandha attività minima ta’:

Forom granulari:

 

Endo-1,4-beta-xylanase: 36 000 FXU (1)/g

 

Endo-1,4-beta-glucanase: 15 000 BGU (2)/g

Tiġieġ għat-tismin

—

4 860 FXU

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rrakkomandata għal kull kg ta’ għalf sħiħ:

—

4 860 -6 000 FXU

—

2 025 -2 500 BGU

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans).eż. li fihom aktar minn 35 % xgħir u 20 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

2 025 BGU

—

Dundjani għat-tismin

—

6 000 FXU

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ:

—

6 000 FXU

—

2 500 BGU

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 40 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

2 500 BGU

—

Ħnienes (miftuma)

—

6 000 FXU

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ:

—

6 000 FXU

—

2 500 BGU

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans).eż. li fihom aktar minn 30 % qamħ u 30 % xgħir.

4.

Għall-użu fil-każ ta’ ħnieżer żgħar li nfatmu sakemm jilħqu l-35 kg.

Mingħajr limitu ta’ żmien

2 500 BGU

—


(1)  1 FXU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.15 mikromole ta' ksilożju minn xylan li huwa crossed linked ma’ l-azurine fil-minuta f’pH ta' 5,0 u 40 °C.

(2)  1 BGU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.15 mikromole ta' glukożju minn xylan li huwa crossed linked ma’ l-azurine fil-minuta f’pH ta' 5,0 u 40 °C.