9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
306 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 769/2006
tad-19 ta' Mejju 2006
li tissospendi l-possibbiltà li jitressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor C mit-23 ta’ Mejju 2006 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 493/2006 f’dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri tranżizzjonali applikabbli għaz-zokkor C
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-ftehim dwar l-Agrikoltura fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj (2), skont l-Artikolu 300 tat-Trattat, fih limiti dwar il-kwantitajiet u l-valur tal-esportazzjonijiet issussidjati tal-Komunità. Bħala riżultat tal-konklużjonijiet tal-organu tal-appell tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tad-19 ta’ Mejju 2005, l-esportazzjonijiet taz-zokkor C għandhom jitqiesu fi ħdan il-limiti msemmija. Il-Komunità ngħatat perjodu li jintemm fit-22 ta’ Mejju 2006 sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha fi ħdan il-WTP. |
(2) |
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tal-Kunsill tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (3) li jipprovdi partikolarment l-obbligu tal-esportazzjoni taz-zokkor C li mhuwiex miġjub għas-sena ta’ wara. Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006, applikabbli mill-1 ta' Lulju 2006, ma jinvolvix aktar l-obbligu għaz-zokkor barra l-kwota prodott fl-ambitu tas-sena tas-suq 2006/2007. Dan l-istess regolament jipprovdi, fl-Artikolu 44 tiegħu, il-possibbiltà li, minn naħa, jittieħdu miżuri tranżizzjonali sabiex tkun iffaċilitata t-transizzjoni mill-qagħda tas-suq mis-sena tas-suq 2005/2006 għal dik tas-sena tas-suq 2006/07 u, mill-oħra, id-dispożizzjonijiet tad-deroga meħtieġa sabiex tiġi assigurata mill-Komunità l-osservanza tal-obbligi internazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam maz-zokkor C prodott fi ħdan is-sena tas-suq 2005/2006. |
(3) |
B’applikazzjoni tal-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 493/2006 tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2006 li jipprovdi miżuri tranżizzjonali fi ħdan ir-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2001 u (KE) Nru 314/2002 (4) idaħħal, b’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2006, iz-zokkor C prodott fis-sena tas-suq 2005/2006 li ma jista' la jinġieb għas-sena ta' wara u lanqas jiġi esportat għal zokkor barra l-kwota, imsemmi fir-Regolament (KE) NRu 318/2006, prodott għas-sena tas-suq 2006/2007. |
(4) |
L-Artikolu 27(14) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jipprovdi li l-konformità mar-restrizzjonijiet fuq il-volum li jirriżultaw mill-ftehimiet konklużi permezz ta' l-Artikolu 300 tat-Trattat għandha tkun assigurata permezz tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa għall-perjodi tar-riferenza pprovduti f'dawn il-ftehimiet. |
(5) |
B'hekk, filwaqt li jitqiesu l-obbligi tal-Komunità Ewropea li jirriżultaw mill-ftehimiet tal-WTO, għandha tiġi stipulata deroga mill-obbligu tal-esportazzjoni taz-zokkor C billi tiġi sospiża l-applikazzjoni għal ċertifikati tal-esportazzjoni għaz-zokkor C mit-23 ta' Mejju 2006 u jġi applikat għaz-zokkor C mhux esportat b'liċenzja tal-esportazzjoni maħruġa qabel it-23 ta' Mejju 2006, ir-reġim tranżitorju pprovdut fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 493/2006. |
(6) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 493/2006 jiġi emendat. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitat ta' ġestjoni għaz-zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor C mit-23 ta’ Mejju 95 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1464/2006 tal-Kummissjoni (5) huwa sospiż mit-23 ta’ Mejju 2006. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji li jsiru matul il-perjodu ta' sospensjoni jkunu invalidi.
Il-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor C maħruġa u mhux użati fit-22 ta’ Mejju 2006 jistgħu jintraddu lura lill-entità emittenti waqt il-perjodu ta’ validità tagħhom. F’dan il-każ, b’deroga mill-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 tal-Kummissjoni (6), il-garanzija tinħeles minnufih.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 493/2006 hu emendat kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 għandu jinbidel bit-test li ġej: “1. Bla ħsara għad-deċiżjonijiet dwar trasferiment għas-sena tas-suq ta’ wara skont l-Artikolu 1, iz-zokkor C tas-sena tas-suq 2005/2006 mhux esportat b’liċenzja tal-esportazzjoni maħruġa qabel it-23 ta’ Mejju 2006 jitqies, b’bidu minn dik l-istess data, bħala zokkor barra l-kwota, imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, prodott għas-sena tas-suq 2006/2007.” |
2) |
Fl-Artikolu 13, it-tieni subparagrafu, tiżdied is-sentenza li ġejja: “L-Artikolu 2 għandu japplika mit-23 ta' Mejju 2006”. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-23 ta’ Mejju 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta' Mejju 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
(3) ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1. Ir-Regolament li tħassar bir-Regolament (KE) Nru 318/2006.
(4) ĠU L 89, 28.3.2006, p. 11.
(5) ĠU L 144, 28.6.1995, p. 14.
(6) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.