25.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

40


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 711/2006

ta' l-20 ta' Marzu 2006

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) stabbilixxa nomenklatura għall-merkanzija, minn issa ’l quddiem imsejħa “In-Nomenklatura Magħquda”, u iffissa r-rati ta’ taxxi konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu../…/KE tal-… dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea (2), il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmi qabel bl-għan li jikkonkludi n-negozjati mibdija bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat u supplimentat għaldaqstant,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 l-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

F' parti Tnejn - Skeda ta' dazji Doganali - ir-rati tad-dazji għandhom jiġu emendati kif jidher f' punt a) ta' l-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(b)

Anness 7 ta' Taqsima III ta' Parti tlieta - Qwoti tariffarji tad-WTO li għandhom jinfetħu mill-awtoritajiet Komunitarji kompetenti - għandu jiġi emendat bid-dazji u supplimentat bil-volumi skond it-termini u l-kondizzjonijiet kif murija f' punt b) ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, punt (b) għandu jibda japplika sitt ġimgħat wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-20 ta' Marzu 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)   ĠU L 256, 7.9. 1987, p. 1. Regolament kif l-emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 267/2006 (ĠU L 47, 17.2. 2006, p. 1).

(2)  Ara paġna 13 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba li tiddeskrivi l-prodotti għandha tkun ikkunsidrata li ma għandhiex aktar minn valur indikattiv, filwaqt li l-konċessjonijiet qed ikunu determinati, fi ħdan il-kuntest ta' dan l-Anness, bil-koperta tal-kodiċijiet tan-NM kif dawn jeżistu waqt l-adozzjoni ta' dan ir-regolament. Fejn ex tidher quddiem in-NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu determinati mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti tkun meħuda flimkien.

(a)

Fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, Parti tnejn - Skeda ta' dazji doganali - ir-rati ta' dazju jkunu dawn li ġejjin:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ dazju

Numru tat-tariffa tal-prodott 0304 20 58

Qatgħat friżati tal-merluzz

Dazju fiss ta' 6,1 %

Numru tat-tariffa tal-prodott 0304 20 85

Qatgħat friżati ta’ Pollakkju ta’ l-Alaska (Theragra chalcogramma)

Dazju fiss ta' 14,2 %.

Numru tat-tariffa tal-prodott 0304 90 05

Surimi

Dazju fiss ta' 14,2 %

Numru tat-tariffa tal-prodott 2106 10 80

Konċentrati tal-proteina

Eliminazzjoni tad-dazju ad valorem ta’ 9 %

Numru tat-tariffa tal-prodott 3920 91 00

Poli (butiral tal-vinyl)

Dazju fiss ta' 6,1 %

Numru tat-tariffa tal-prodott 7609 00 00

Tubu ta' l-aluminju

Dazju fiss ta' 5,9 %

Numru tat-tariffa tal-prodott 8102 96 00

Wajer tal-molibdenu

Dazju fiss ta' 6,1 %

(b)

Anness 7 – Il-kwoti tat-Tariffa tad-WTO li jinfetħu mill-awtoritajiet Komunitarji Kompetenti – parti tlieta, Taqsima III ta' l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 it-termini u l-kondizzjonijiet l-oħra huma li ġejjin

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Termini u kondizzjonijiet oħra

Numri tat-tariffa tal-prodott 0102 90 05 , 0102 90 29 , 0102 90 49 , 0102 90 59 , 0102 90 69 , 0102 90 79

Annimali ta’ l-ifrat, barrin, baqar u għoġiela (ħlief għall-qatla) tar-razez tal-muntanji li ġejjin: Simmental bit-tikek, Schwyz u Fribourg

Aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE (erga omnes) għal 711, bir-rata in-kwota ta’ 4 %

Numri tat-tariffa tal-prodott 0102 90 05 , 0102 90 29 , 0102 90 49 , 0102 90 59 , 0102 90 69

Annimali ta’ l-ifrat, barrin, baqar u għoġiela (ħlief għall-qatla) tar-razez tal-muntanji li ġejjin: griżi, kannella, sofor, Simmental bit-tikek u Pinzgau

Aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE (erga omnes) għal 710, bir-rata in-kwota ta’ 6 %

Numri tat-tariffa tal-prodott 0102 90 05 , 0102 90 29 , 0102 90 49

Annimali ta’ l-ifrat ħajjin li jiżnu 300kg jew anqas intenzjonati għat-tismin

Aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE (erga omnes) għal 24 070 , bir-rata in-kwota ta’ 16 % + 582 €/t

Numri tat-tariffa tal-prodott 0104 10 30 , 0104 10 80 , 0104 20 90 )

Nagħaġ ħajjin, ħlief annimali ta' razza pura

Aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal 5 676 tunnellata, bir-rata in-kwota ta’ 10 %

Numri tat-tariffa tal-prodott 0202 20 30 , 0202 30 , 0206 29 91

Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat, iffriżat; kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin jew mifrudin; “mingħajr għadam” u ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ta’ l-ifrat, iffriżat; falda ħoxna u falda rqiqa. Il-laħam importat għandu jkun użat għall-ipproċessar,

Żid 4 003 tunnellati (erga omnes) fil- kwota ta’ tariffa tal-KE

Numri tat-tariffa tal-prodott ex 0203 19 55 u ex 0203 29 55

Prieżet u flett iffirżati bla għadam

Iftaħ pajjiż allokat (l-Istati Uniti) kwota tar-rata tat-tariffa 4 722 tunnellata bir-rata in-kwota ta’ 250€/t

Numri tat-tariffa tal-prodott ex 0203 19 55 , ex 0203 29 55

Prieżet u flett iffirżati bla għadam

Żid 1 265 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE

Numri tat-tariffa tal-prodott 0203 11 10 , 0203 21 10

Karkassi u nofs karkassi ta’ majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Żid 67 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal- kwota ta’ tariffa tal-KE

Numri tat-tariffa tal-prodott 0203 12 11 , 0203 12 19 , 0203 19 11 , 0203 19 13 , 0203 19 15 , 0203 19 55 , 0203 19 59 , 0203 22 11 , 0203 22 19 , 0203 29 11 , 0203 29 13 , 0203 29 15 , 0203 29 55 , 0203 29 59

Qatgħat ta’ majjal domestiku, friski, imkessħa jew iffriżati, bl-għadam jew bla għadam, eskluż il-flett, ppreżentat separatament

Żid 35 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE

Numri tat-tariffa tal-prodott u rati in-kwota Ara n-nota f'qiegħ paġna (1))

Tjur

Iftaħ pajjiż allokat (l-Istati Uniti) kwota tar-rata tat-tariffa ta' 16 665 tunnellata

Numri tat-tariffa tal-prodott 0207 11 10 , 0207 11 30 , 0207 11 90 , 0207 12 10 , 0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ, friski, imkessħa jew iffriżati

Żid 49 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE

Numri tat-tariffa tal-prodott 0207 13 10 , 0207 13 20 , 0207 13 30 , 0207 13 40 , 0207 13 50 , 0207 13 60 , 0207 13 70 , 0207 14 20 , 0207 14 30 , 0207 14 40 , 0207 14 60 ),

Qatgħat tat-tiġieġ, friski, imkessħa jew iffriżati

Żid 4 070 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 0207 14 10

Qatgħat tat-tjur

Żid 1 605 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE, bir-rata in-kwota ta’ EUR 795/t

Numri tat-tariffa tal-prodott 0207 24 10 , 0207 24 90 , 0207 25 10 , 0207 25 90 , 0207 26 10 , 0207 26 20 , 0207 26 30 , 0207 26 40 , 0207 26 50 , 0207 26 60 , 0207 26 70 , 0207 26 80 , 0207 27 30 , 0207 27 40 , 0207 27 50 , 0207 27 60 , 0207 27 70

Laħam tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Żid 201 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE

Numri tat-tariffa tal-prodott 0207 27 10 , 0207 27 20 , 0207 27 80

Qatgħat tad-dundjan, iffriżati

Żid 2 485 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE

Numri tat-tariffa tal-prodott ex 0406 10 20 , ex 0406 10 80

Ġobon tal-Pizza

Żid 60 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE

Numri tat-tariffa tal-prodott ex 0406 30 10 , 0406 90 13

Emmentaler

Żid 38 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE

Numri tat-tariffa tal-prodott ex 0406 30 10 , 0406 90 15

Gruyere, sbrinz

Żid 213 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 0406 90 01

Ġobon għall-ipproċessar

Żid 7 tunnellati (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 0406 90 21

Cheddar

Żid 5 tunnellati (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE

Numri tat-tariffa tal-prodott ex 0406 10 20 , ex 0406 10 80 , 0406 20 90 , 0406 30 31 , 0406 30 39 , 0406 30 90 , 0406 40 10 , 0407 40 50 , 0407 40 90 , 0406 90 17 , 0406 90 18 , 0406 90 23 , 0406 90 25 , 0406 90 27 , 0406 90 29 , 0406 90 31 , 0406 90 33 , 0406 90 35 , 0406 90 37 , 0406 90 39 , 0406 90 50 , ex 0406 90 63 , 0406 90 69 , 0406 90 73 , ex 0406 90 75 , ex 0406 90 76 , 0406 90 78 , ex 0406 90 79 , ex 0406 90 81 , 0406 90 82 , 0406 90 84 , 0406 90 86 , 0406 90 87 , 0406 90 88 , 0406 90 93 , 0406 90 99

Ġobnijiet friski

Żid 25 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott ex 0701 90 51

Patata friska jew imkessħa

Żid 295 tunnellata (erga omnes) fil- kwota ta’ tariffa tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 0702 00 00

Tadam

Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 472 tunnellata (erga omnes), fir-rata tal-kwota 12 %

Numru tat-tariffa tal-prodott 0706 10 00

Karrotti u ġdur

Żid 44 tunnellata (erga omnes) fil- kwota ta’ tariffa tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott ex 0707 00 05

Ħjar

Żid 34 tunnellata (erga omnes) fil- kwota ta’ tariffa tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 1001 90 99

Qamħ komuni

Żid 6 787 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE, bir-rata in-kwota ta’ EUR 12/t

Numru tat-tariffa tal-prodott 1003 00

Xgħir

Żid 6 215 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE, bir-rata in-kwota ta’ EUR 16/t

Numru tat-tariffa tal-prodott 1005 10 90 , 1005 90 00

Qamħirrum

Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 242 074 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta' 0 %

Numru tat-tariffa tal-prodott 1006 10

Ross bil-ħliefa

Implimentata permezz tar-Regolament nru 683/2006 al-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 1006 20

Ross bla ħliefa

Implimentata permezz tar-Regolament nru 683/2006 tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 1006 30

Ross nofsu mitħun/mitħun kollu

Implimentata permezz tar-Regolament nru 683/2006 tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 1006 40

Ross imfarrak

Implimentata permezz tar-Regolament nru 683/2006 tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 1601 00 91 , 1601 00 99

Zalzett, niexef jew biex jinfirex, nej

Żid 2 tunnellati (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE

Numri tat-tariffa tal-prodott 1602 41 10 , 1602 42 10 , 1602 49 11 , 1602 49 13 , 1602 49 15 , 1602 49 19 , 1602 49 30 , 1602 49 50

Laħam ippriservat tal-majjal domestiku

Żid 61 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 1701 11 10

Zokkor mhux raffinat

Żid 1 413 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE, bir-rata in-kwota ta’ EUR 98/t

Numru tat-tariffa tal-prodott 1702 50 00

Il-fruttosi

Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 1 253 tunnellata (erga omnes) bir-rata in-kwota ta’ 20 %,

Numru tat-tariffa tal-prodott 1806

Iċ-ċikkulata

Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 107 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta' 43 %

Numru tat-tariffa tal-prodott 1901 90 99 , 1904 30 00 , 1904 90 80 , 1905 90 20

Preparazzjonijiet ta' l-ikel biċ-ċereali

Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 191 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta' 33 %

Numru tat-tariffa tal-prodott 1902 1902 20 10 u 1902 20 30 esklużi

Għaġin

Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 532 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta’ 11 %

Numru tat-tariffa tal-prodott (ara n-nota ta qiegħ il-paġna (2))

Ananas ippriservati, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli

Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 2 838 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta' 20 %. Għandhom japplikaw ir-rati barra mill-kwota tal-KE.

Numri tat-tariffa tal-prodott 2009 11 11 , 2009 11 19 , 2009 19 11 , 2009 19 19 , 2009 29 11 , 2009 29 19 , 2009 39 11 , 2009 39 19 , 2009 49 11 , 2009 49 19 , 2009 79 11 , 2009 79 19 , 2009 80 11 , 2009 80 19 , 2009 80 32 , 2009 80 33 , 2009 80 35 , 2009 80 36 , 2009 80 38 , 2009 90 11 , 2009 90 19 , 2009 90 21 , 2009 90 29

Meraq tal-frott

Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 7 044 tunnellata (erga omnes) bir-rata in-kwota ta' 20 %

Numri tat-tariffa tal-prodott 2009 61 90 , 2009 69 11 , 2009 69 19 , 2009 69 51 , 2009 69 90

Meraq ta' l-għeneb,

Żid 29 tunnellata (erga omnes) fil- kwota ta’ tariffa tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 2106 90 98

Preparazzjonijiet ta’ l-ikel

Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 921 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta’ 18 %

Numru tat-tariffa tal-prodott 2303 10 11

Glutina tal-qamħirrum

Iftaħ pajjiż allokat (l-Istati Uniti) kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 10 000 tunnellata bir-rata in-kwota ta’ 16 %

Numri tat-tariffa tal-prodott 2309 10 13 , 2309 10 15 , 2309 10 19 , 2309 10 33 , 2309 10 39 , 2309 10 51 , 2309 10 53 , 2309 10 59 , 2309 10 70

Ikel tal-klieb u l-qtates

Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 2 058 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta’ 7 %.


(1)  

 

0207 11 10 (EUR 131/t)

 

0207 11 30 (EUR 149/t)

 

0207 11 90 (EUR 162/t)

 

0207 12 10 (EUR 149/t)

 

0207 12 90 (EUR 162/t)

 

0207 13 10 (EUR 512/t)

 

0207 13 20 (EUR 179/t)

 

0207 13 30 (EUR 134/t)

 

0207 13 40 (EUR 93/t)

 

0207 13 50 (EUR 301/t)

 

0207 13 60 (EUR 231/t)

 

0207 13 70 (EUR 504/t)

 

0207 14 10 (EUR 795/t)

 

0207 14 20 (EUR 179/t)

 

0207 14 30 (EUR 134/t)

 

0207 14 40 (EUR 93/t)

 

0207 14 50 (0 %)

 

0207 14 60 (EUR 231/t)

 

0207 14 70 (0 %)

 

0207 24 10 (EUR 170/t)

 

0207 24 90 (EUR 186/t)

 

0207 25 10 (EUR 170/t)

 

0207 25 90 (EUR 186/t)

 

0207 26 10 (EUR 425/t)

 

0207 26 20 (EUR 205/t)

 

0207 26 30 (EUR 134/t)

 

0207 26 40 (EUR 93/t)

 

0207 26 50 (EUR 339/t)

 

0207 26 60 (EUR 127/t)

 

0207 26 70 (EUR 230/t)

 

0207 26 80 (EUR 415/t)

 

0207 27 10 (0 %)

 

0207 27 20 (0 %)

 

0207 27 30 (EUR 134/t)

 

0207 27 40 (EUR 93/t)

 

0207 27 50 (EUR 339/t)

 

0207 27 60 (EUR 127/t)

 

0207 27 70 (EUR 230/t)

 

0207 27 80 (0 %)

(2)  

 

2008 20 11 : EUR 25,6+2,5/100 kg/net

 

2008 20 19 : 25,6

 

2008 20 31 : EUR 25,6+2,5/100 kg/net

 

2008 20 39 : 25,6

 

2008 20 71 : 20,8

 

2008 30 11 : 25,6

 

2008 30 19 : EUR 25,6+4,2/100kg/net

 

2008 30 31 : 24

 

2008 30 39 : 25,6

 

2008 30 79 : 20,8

 

2008 40 11 : 25,6

 

2008 40 19 : EUR 25,6+4,2/100 kg/net

 

2008 40 21 : 24

 

2008 40 29 : 25,6

 

2008 40 31 : EUR 25,6+4,2/100 kg/net

 

2008 40 39 : 25,6

 

2008 50 11 : 25,6

 

2008 50 19 : EUR 25,6+4,2/100 kg/net

 

2008 50 31 : 24

 

2008 50 39 : 25,6

 

2008 50 51 : EUR 25,6+4,2/100 kg/net

 

2008 50 59 : 25,6

 

2008 50 71 : 20,8

 

2008 60 11 : 25,6

 

2008 60 19 : EUR 25,6+4,2/100 kg/net

 

2008 60 31 : 24

 

2008 60 39 : 25,6

 

2008 60 60 : 20,8

 

2008 70 11 : 25,6

 

2008 79 19 : EUR 25,6+4,2/100 kg/net

 

2008 70 31 : 24

 

2008 70 39 : 25,6

 

2008 70 51 : EUR 25,6+4,2/100 kg/net

 

2008 70 59 : 25,6

 

2008 80 11 : 25,6

 

2008 80 19 : EUR 25,6+4,2/100 kg/net

 

2008 80 31 : 24

 

2008 80 39 : 25,6

 

2008 80 70 : 20,8