28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

392


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 707/2006

tat-8 ta’ Mejju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar approvazzjonijiet għal perijodu limitat u Annessi I u III

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitŕ Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli msemmija fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(4) u 6(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru. 1592/2002 ġie implimentat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2042/2003 ta’ l-20 ta’ Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru inġenji ta’ l-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u personal involut f’dan ix-xogħol (2) kif ukoll bir-Regolament (KE) Nru. 1702/2003 ta’ l-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji ta’ l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (3).

(2)

L-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru. 2042/2003 jistabbilixxi illi l-Istati Membri jistgħu joħorġu approvazzjonijiet għal perijodu ta’ żmien limitat sat-28 ta’ Settembru 2005, bir-rigward għall-Anness II u l-Anness IV tiegħu.

(3)

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (minn hawn ‘l isfel imsejħa “l-Aġenzija”) inkarigat ruħha mill-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar kemm għandha ddum il-validitŕ ta’ l-approvazzjonijiet u waslet għall-konklużjoni li għandu jiġi stabbilit żmien ta’ għeluq ieħor sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom għas-sistema ta’ approvazzjonijiet għal perijodu illimitat.

(4)

Ir-Riżultati tal-konklużjonijiet ta’ l-investigazzjoni ta’ inċidenti fil-passat, rigward inġenji ta’ l-ajru li qed jiqdiemu u rigward is-sigurtà tat-tankijiet tal-petrol, jenfasizzaw il-ħtieġa illi jittieħed kont ta’ struzzjonijiet ta’ manutenzjoni ġodda jew modifikati ippromulgati mid-detentur taċ-Ċertifikat tat-Tip, kif ukoll il-ħtieġa li jsiru reviżjonijiet regolari tal-programm ta’ manutenzjoni.

(5)

Jeħtieġ li jiġi speċifikat li l-personal li jeżerċita privileġġi ta’ ċertifikazzjoni għandu jippreżenta liċenzja bħala prova tal-kwalifiki tiegħu fi ¿mien 24 sigħa, jekk dan jiġi mitlub lilu minn persuna awtorizzata.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru. 2042/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti minn dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjonijiet maħruġa mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni bi qbil ma’ l-Artikoli 12(2)(b) u 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002.

(8)

Il-miżuri pprovduti minn dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regolament (KE) Nru. 2042/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

f’Artikolu 7, paragrafu (4) “28 ta’ Settembru 2007” tieħu post “28 ta’ Settembru 2005”;

(2)

f’Anness I, paragrafu M.A.302, il-punti (f) u (g) sussegwenti huma miżjuda

“(f)

Il-Programm ta’ manutenzjoni għandu jkun assoġġettat għal reviżjonijiet perjodiċi u għandu jiġi emendat fejn dan ikun meħtieġ. Ir-reviżjonijiet jiżguraw li l-programm jibqa’ jkun validu fid-dawl ta’ l-esperjenza operattiva filwaqt illi jieħu kont ta’ struzzjonijiet ta’ manutenzjoni ġodda u/jew modifikati ippromulgati mid-detentur taċ-Ċertifikat tat-Tip.

(g)

Il-Programm ta’ manutenzjoni għandu jirrifletti rikjesti regulatorji mandatarji applikabbli li jiġu indirizzati f’dokumenti maħruġa mid-detentur taċ-Ċertifikat tat-Tip sabiex ikun konformi mal-Parti 21A.61.”;

(3)

fl-Anness III, jiġi miżjud il-paragrafu sussegwenti:

“66.A.55   Provi ta’ kwalifiki

Il-personal li jeżerċita privileġġi ta’ ċertifikazzjoni għandu jippreżenta liċenzja bħala prova tal-kwalifiki tiegħu fi ¿mien 24 sigħa, jekk dan jiġi mitlub lilu minn persuna awtorizzata.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-8 ta’ Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi-President


(1)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru. 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5)

(2)  ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6. Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru. 381/2005 (ĠU L 61, 8.3.2005, p. 3)