|
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
391 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 706/2006
tat-8 ta’ Mejju 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 bir-rigward għall-perijodu matul liema l-Istati Membri jistgħu joħorġu approvazzjonijiet għal dewmien limitat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitŕ Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli msemmija fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(4) u 6(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 ġie implimentat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 ta’ l-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji ta’ l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (2). |
|
(2) |
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1702/2003 jistabbilixxi li, b’deroga minn paragrafu 21.A.159 ta’ l-Anness tiegħu, l-Istati Membri jistgħu joħorġu approvazzjonijiet għal perijodu limitat sat-28 ta’ Settembru 2005. |
|
(3) |
L-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 jispeċifika li l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (hawn aktar ‘l isfel imsejħa “l-Aġenzija”) għandha, meta jkun f’waqtu, tagħmel evalwazzjoni ta’ l-implikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fuq kemm għandha ddum il-validità ta’ l-approvazzjonijiet, bil-ħsieb li din tagħti opinjoni lill-Kummissjoni, inklużi xi emendi possibbli fih. |
|
(4) |
L-Aġenzija inkarigat ruħha mill-evalwazzjoni u waslet għall-konklużjoni li għandu jiġi stabbilit żmien ta’ għeluq ieħor sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jadatta il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom għas-sistema ta’ approvazzjonijiet għal perijodu illimitat. |
|
(5) |
M’għadx hemm bżonn tad-dispożizzjoni dwar evalwazzjoni da parti ta’ l-Aġenzija. Dik id-dispożizzjoni għandha tiġi revokata. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru. 1702/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti minn dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija bi qbil ma’ l-Artikoli 12(2)(b) u 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002. |
|
(8) |
Il-miżuri pprovduti minn dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru. 1702/2003 huwa emendat hawnhekk kif ġej:
|
(a) |
F’Paragrafu 2, “28 ta’ Settembru 2007” tieħu post “28 ta’ Settembru 2005”. |
|
(b) |
Il-paragrafu 5 huwa revokat. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-8 ta’ Mejju 2006.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi-President
(1) ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5)
(2) ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6. Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 381/2005 (ĠU L 61, 8.3.2005, p. 3)