28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

369


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 627/2006

tal-21 ta’ April 2006

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kriterji ta' kwalità għal dawk il-metodi analitiċi għall-kampjunar, l-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-prodotti primarji affumikati

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (1) and in particular Article 17 (3) thereof,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) 2065/2003 jistabbilixxi dispożizzjonijiet biex tiġi stabbilita lista ta’ prodotti primarji awtorizzati għall-użu tagħhom fi jew fuq l-ikel u għall-produzzjoni tat-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel fi ħdan il-Komunità. Din il-lista sejra, fost affarijiet oħra, jkollha deskrizzjoni ċara u karatterizzazzjoni ta’ kull prodott primarju.

(2)

Tinħtieġ informazzjoni ddettaljata dwar il-kompożizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva kimika tal-prodott primarju għall-evalwazzjoni xjentifika. Il-porzjonijiet li ma ġewx identifikati, jiġifieri l-ammont ta’ sustanzi li s-struttura kimika tagħhom mhijiex magħrufa, għandhom ikunu żgħar kemm jista’ jkun.

(3)

Għalhekk jinħtieġ li tiġi stabbilita kriterja ta’ prestazzjoni minima, f’dan il-kuntest msejjaħ kriterja ta’ kwalità, li l-metodu ta’ analiżi jikkonforma miegħu sabiex jkun żgurat li l-laboratorji jużaw metodi bil-livell meħtieġ ta’ prestazzjoni.

(4)

Il-biċċa l-kbira ta’ ikel affumikat mil-lat tas-saħħa jista’ jagħti lok għat-tħassib, l-iktar minħabba li jista' jkun fih l-idrokarboni polikicliċi aromatiċi (PAHs).

(5)

Dik il-persuna li biħsieba tqiegħed il-prodotti primarji fis-suq għandha tippreżenta l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tas-sikurezza. Din l-informazzjoni għandha jkollha metodu vvalidat propost għall-ikkampjunar, l-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-prodott primarju.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar kontrolli uffiċjali li jsiru biex tiġi żgurata il-verifika ta' konformità mal-liġi ta' l-għalf u ta' l-ikel, ir-regoli tas-saħħa ta' l-annimali u tal-benesseri ta’ l-annimali (2), jistabbilixxi rekwiżiti ġenerali għal metodi ta’ kampjunar u analiżi.

(7)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (SCF) semmgħa 15 PAHs bħala karċinoġeniċi u ġenotossiċi potenzjali għall-umani f’opinjoni dwar ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem tal-PAH fl-ikel, espressa fl-4 ta’ Diċembru 2002 (3). Dawn jirrappreżentaw grupp ta’ prijorità fl-evalwazzjoni tar-riskju ta' effetti ħżiena fit-terminu twil ta’ l-effetti tas-saħħa wara li jiġu inġestiti l-PAHs. Il-preżenza tagħhom fil-prodotti primarji għandhom - bħala konsegwenza - jiġu analizzati.

(8)

L-Istitut għall-Materjali u l-Miżuri ta’ Referenza (IRMM) wettaq studji kollaborattivi għad-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka biex tiġi analizzata l-kompożizzjoni teknika tal-prodotti primarji u għall-kwantifikazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-15-il PAHs ġewwa fihom. Ir-riżultati ta’ dawn il-provi huma ppubblikati in parti fir-Rapport dwar il-Prova Kollaborattiva għall-Validità ta’ żewġ Metodi għall-Kwalifikazzjoni ta’ l-Idrokarboni Polikicliċi Aromatiċi fil-Kondensati Primarji Affumikati (4).

(9)

Biex tkun deskritta l-preċiżjoni tal-metodu, tinħtieġ id-devjazzjoni standard ta' ripetibilità kif ddefinita fl-ISO 5725-1 (5). Għandu jkun stmat permezz ta’ l-użu tad-dejta minn eżerċizzju ta’ validazzjoni li jagħti l-Si kif deskritt fil-Linjigwida Armonizzati għal Validazzjoni minn Laboratorju Wieħed tal-Metodi ta’ l-Analiżi (6) jew prova kollaborattiva li tagħti l-Sr u l-SR kif deskritti fil-Protokoll għad-disinn, il-kondotta u l-interpretazzjoni ta’ l-istudji tal-prestazzjoni tal-metodu (7).

(10)

Ma tistax tinkiseb il-validazzjoni sħiħa tal-metodi għall-analiżi tal-kompożizzjoni tal-prodotti primarji, b’massimu ta’ komposti identifikati. In-numru għoli ta' analiti jwassal għal ammont inkalkulabbli ta’ xogħol u dan mhumiex prattikabbli. Jekk madankollu tintuża l-ispettrometrija tal-piż għal-lokalizzazzjoni tal-komposti, l-ispektra tal-massa kimika tista’ titqabbel mad-dejta ppubblikata (8) jew għal-libreriji ta' l-ispektra tal-massa kimika u tista' tinkiseb identifikazzjoni tentattiva tal-komposti.

(11)

Ibbażati fuq ir-riżultati miksuba fl-istudju ta’ validazzjoni inter-laboratorja fuq il-PAHs insegwitu d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE (9), ġew proposti l-kriterji minimi ta’ kwalità għal kwalunkwe metodu analitiku għad-determinazzjoni tal-PAHs fil-prodotti primarji kollha.

(12)

In segwitu għar-rakkomandazzjoni mogħtija fil-Linjigwida Internazzjonali Armonizzatz għall-Użu ta’ Informazzjoni ta’ Rkupru fil-Kejl Analitiku ta' l-ISO, IUPAC, u AOAC, ir-riżultati analitiċi għandhom jiġu kkoreġuti għall-irkupru.

(13)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel tat assistenza xjentifika u teknika għall-elaborazzjoni tal-kriterji ta’ kwalità għal metodi ivvalidati għall-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-prodotti primarji affumikati stipulati f’dan ir-Regolament.

(14)

Il-kriterji ta’ kwalità jistagħu jiġu adattati, biex jitqiesu l-avvanzi fl-għarfien xjentifiku u teknoloġiku.

(15)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kriterji ta’ kwalità għal metodi analitiċi vvalidati għal kampjunar, identifikazzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodotti primarji ta’ affumikazzjoni, kif imsemmija fil-punt 4 ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, se tkun kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Maghmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ April 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1

(2)  ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

(3)  SCF/CS/CNTM/PAH/29 Finali, 4 ta’ Diċembru 2002

(4)  EU-Report LA-NA-21679-EN-C, ISBN 92-894-9629-0

(5)  ISO5725-1: Eżattezza (verità u preċiżjoni) ta' metodi ta' kejl u tar-riżultati - Parti 1: Prinċipji u proċeduri ġenerali 1994: Ġiniva.

(6)  Thompson, M., S.L.R. Ellison, u R. Wood, Linjigwida Armonizzati għall-Validazzjonital-metodi ta’ l-Analiżi. Kimika Pura u Applikata, 2002. 74(5): p. 835-855.

(7)  Horwitz, W., Protokoll għad-disinn, il-kondotta u l-interpretazzjoni ta’ l-istudji tal-prestazzjoni tal-metodi. Kimika Pura u Applikata, 1995. 67(2): p. 331-343.

(8)  http://www.irmm.jrc.be/html/activities/intense_sweeteners_and_smoke_flavourings/liquid_smoke_components.xls

Faix, O., et al., Holz als Roh- & Werkstoff, 1991. 49: p. 213-219.

Faix, O., et al., Holz als Roh- & Werkstoff, 1991. 49: p. 299-304.

Faix, O., et al., Holz als Roh- & Werkstoff, 1990. 48: p. 281-285.

Faix, O., et al., Holz als Roh- & Werkstoff, 1990. 48: p. 351-354.

(9)  ĠU L 221, tal-17.8.2002, p. 43.


ANNESS

dwar kriterji ta' kwalità għal dawk il-metodi analitiċi għall-kampjunar, l-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-prodotti primarji affumikati

1.   Kampjonar

Ir-rekwiżit bażiku huwa li jinkiseb kampjun tal-laboratorju rappreżentattiv u omoġenju.

L-analista għandu jiżgura li l-kampjuni ma jiġux kkontaminati waqt it-tħejjija tal-kampjuni. Il-kontenituri għandhom jitlaħalħu bl-acetone jew il-hexane b’purezza għolja (p.A., grad HLPC grade jew l-ekwivalenti) qabel l-użu biex jonqos ir-riskju ta’ kontaminazzjoni. Meta jkun possibbli, l-apparat li jiġi f’kuntatt mal-kampjun għandu jkun magħmul minn materjali inerti e.ż. ħġieġ jew stainless steel illustrat. Plastiks bħal polypropylene għandhom jiġu evitati, minħabba li l-analit jista’ jiġi assorbit minn dawn il-materjali.

Il-materjal kollu riċevut mill-laboratorju għandu jintuża għall-preparazzjoni tal-materjal għat-test. Kampjuni omoġenizzati b'mod fin ħafna biss jagħtu riżultati riproduċibbli.

Hemm ħafna proċeduri ta’ tħejjija speċifiċi sodisfaċenti li jistgħu jintużaw.

2.   Identifikazzjoni u karatterizzazzjoni

2.1.   Definizzjonijiet

Għall-għan ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

Massa ħielsa solventi

:

Il-massa tal-materjal wara l-astrazzjoni tas-solvent, li normalment huwa ilma.

Frazzjoni volatili

:

Il-parti tal-massa solventi ħielsa, li hija volatili u analiżżabbli bil-kromatografija tal-gass.

L-identifikazzjoni ta’ prodott primarju

:

Ir-riżultati ta’ analiżi deskrittiva, li tidentifika sustanzi preżenti fil-prodott primarju.

Il-karatterizzazzjoni ta’ prodott primarju

:

Identifikazzjoni ta’l-frazzjonijiet fiżiko-kimiċi kbar u l-kwantifikazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ kostitwenti kimiċi.

LOQ

:

Limitu ta’ Kwantifikazzjoni

LOD

:

Limitu ta' Tkixxif

Si

:

L-istandard ta' devjazzjoni ta’ laboratorju uniku, ikkalkulat mir-riżultati ġġenerati taħt kundizzjonijiet ta’ l-istandard ta’ l-ISO 5725-1 (1) (= devjazzjoni standard ta’ repetizzjoni f’approċċ uniku tal-laboratorju stmat skond il-Linjigwida Armonizzati għall-Validità tal-Laboratorju Uniku tal-Metodi ta’ Analiżi (2)).

Sr

:

Il-medja fi ħdan il-laboratorju standard ta’ devjazzjoni, kkalkulat mir-riżultati ġġenerati taħt kundizzjonijiet ta’ ripetizzjoni kif ddefinit fl-istandard ta’ l-ISO 5725-1 (1) fi prova kollaborattiva b’minimu ta’ tmien laboratorji kondotti skond il-Protokoll għall-istudji tad-Desinn, il-Kondotta u l-Interpretazzjoni ta’ l-Istudji tal-Prestazzjoni tal-Metodu (3).

SR

:

Bejn id-devjazzjoni standard tal-laboratorju, ikkalkulata mir-riżultati taħt kundizzjonijiet riproduttivi kif ddefinit bl-istandard ta' l-ISO 5725-1 (1) u skond il-Protokoll għad-Desinn, il-Kondotta u l-Interpretazzjoni t’ l-Istudji tal-Prestazzjoni tal-Metodu (3).

RSDi

:

Devjazzjoni standard ta’ ripetibilità relattiva ta’ laboratorju uniku (Si espressa f’perċentwali tal-valur mkejjel),

RSDr

:

Devjazzjoni standard ta’ ripetibilità medja relattiva (Si espressa f’perċentwali tal-valur mkejjel),

RSDR

:

Devjazzjoni standard ta’ ripetibilità medja relattiva (SR espressa f’perċentwali tal-valur mkejjel),

2.2.   Rekwiżiti

Bla ħsara għall-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-metodu vvalidat għall-identifikazzjoni u l-karaterizzazzjoni li għandha tintagħżel mil-laboratorju għandha tikkonforma mal-kriterji ta' kwalità indikati fit-Tabelli 1 u 2.

Tabella 1

Kriterji ta’ kwalità għal metodi ta’ identifikazzjoni u kwantifikazzjoni ta’ kostitwenti kimiċi fil-massa solventi ħielsa u l-frazzjoni volatili ta’ prodotti primarji

Parametru

Valur/Kumment

Massa ħielsa solventi:

Mill-inqas 50 % mill-massa se jiġu identifikati u kkwantifikati

Frazzjoni volatili

Mill-inqas 80 % mill-massa se jiġu identifikati u kkwantifikati


Tabella 2

Kriterji ta’ kwalità għall-metodu minimu għall-analiżi ta’ l-idrokarboni poliċikliċi aromatiċi (PAH)

Analite(s) PAH

RSDi  (*)

RSDr  (*)

RSDR  (*)

LOD (***)

LOQ (***)

Analytical range (***)

Irkupru (*)

 

%

%

%

µg/kg

µg/kg

µg/kg

%

benzo[a]pyrene

20

20

40

1,5

5,0

5,0 – 15

75-110

benzo[a]anthracene

20

20

40

3,0

10

10 – 30

75-110

cyclopenta[cd]pyrene (**)

dibenzo[a,e]pyrene (**)

dibenzo[a,i]pyrene (**)

dibenzo[a,h]pyrene (**)

35

35

70

5,0

15

15 – 45

50-110

chrysene

5-methylchrysene

benzo[b]fluoranthene

benzo[j]fluoranthene

benzo[k]fluoranthene

indeno[123-cd]pyrene

dibenzo[a,h]anthracene

benzo[ghi]perylene

dibenzo[a,l]pyrene

25

25

50

5,0

15

10 – 30

60-110


(1)  ISO 5725-1: Accuracy (trueness and precision) of measurement methods and results - Part 1: General principles and definitions. Genève, 1994.

(2)  Thompson, M., S.L.R. Ellison, and R. Wood, Harmonized Guidelines for Single-Laboratory Validation of Methods of Analysis. Pure and Applied Chemistry, 2002. 74(5): p. 835-855.

(3)  Horwitz, W., Protocol for the design, conduct and interpretation of method-performance studies. Pure and Applied Chemistry, 1995. 67(2): p. 331-343.

(*)  Fil-firxa analitika kollha

(**)  Il-valuri RSDi, RSDr u RSDR huma relattivament għolja minħabba l-istabbilità baxxa ta’ l-analiti fil-kondensat primarju tad-duħħan

(***)  Kkoreġut għall-irkupru