28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

347


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 602/2006

tat-18 ta’ April 2006

li jadatta r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta’ l-aġġornament tal-ħtiġijiet tad-data

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ istatistiċital-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani.

(2)

Huwa neċessarju li l-ħtiġijiet tad-data jiġu aġġornati b’mod regolari u li jiġi rranġat il-livell ta’ tqassim meħtieġ biex jintlaħqu bżonnijiet li dejjem jinbidlu minħabba żviluppi ekonomiċi u tekniċi.

(3)

Fil-qasam ta’ l-investiment ta’ portafoll, responsabilitajiet legali extra-UE huma diffiċli biex jitkejlu direttament. Fil-prattika, dawn huma kkalkulati billi jitnaqqsu assi netti intra-UE mir-responsabilitajiet legali totali dinjija. B'konsegwenza ta' dan, data dwar l-assi netti intra UE huma neċessarji biex jiġu kkalkulati r-responsabilitajiet legali extra-UE.

(4)

Xi tqassim ġeografiku għandu jinbidel sabiex tittejjeb il-kwalità tal-bilanċ ta’ l-istatistiċi ta’ pagamenti u biex jintlaqgħu l-ħtiġijiet ta’ l-utenti b’mod aktar effettiv.

(5)

Definizzjonijiet korretti u preċiżi tal-kunċetti kollha u tat-termini użati fl-anness tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 għandhom jiġu previsti sabiex tiġi evitata interpretazzjoni ħażina.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament, huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Bilanċ ta’ Pagamenti stabbilit skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 184/2005,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ April 2006.

Għall-Kummissjoni

Joaquin ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Tabella 2 “Bilanċ ta’ pagamenti u statistiċi kull tliet xhur”, Sezzjoni III “Kontabilità Finanzjaru”, ħtiġijiet ta’ data għall-investiment tal-portafoll huma ssostitwiti b’dan it-test li ġej:

 

Assi netti

Reponsabbiltajiet netti

Netti

“Portafoll ta’ l-Investiment

Intra-UE

Extra-UE

Dinja”

 

(2)

Fit-Tabella 4 “flussi ta’ Investiment Barrani Dirett”, taħt B “Analiżi ta’ l-Attività”, id-deskrizzjoni ta’ l-oġġett 505 hija ssostitwita b’dan it-test li ġej:

“Investiment dirett barrani: Total”

(3)

Fit-Tabella 6 “Livelli ġeografiċ analizzati”, fil-kolonna intitolata “Livell 1”, dawn il-pajjiżi li ġejjin jiddaħħlu faccata tar-reġistrazzjonijiet korrispondenti li jidhru fil-kolonna intitolata “Livell 2”:

(a)

“RU

Il-Federazzjoni Russa”

(b)

“BR

Il-Brażil”

(c)

“CN

Iċ-Ċina”

(d)

“HK

Ħong Kong”

(e)

“IN

L-Indja”

(4)

Fit-Tabella 7 “Livelli ta’ attività analizzati”, Kolonna “Livell 2”, id-definizzjoni tas-Sezzjoni K, Diviżjoni 74, Klassi 7414, 7415 hija ssostitwita b’dan it-test li ġej:

“Attivitajiet ta’ konsultazzjoni ta’ negozju u amministrazzjoni, inklużi dawk ta’ kumpaniji possedenti”.