22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 591/2006

tat-12 ta' April 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib u l-ftuħ ta' kwoti tariffarji

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), b’mod partikolari l-Artikolu 29(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III.A għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2) jistabbilixxi l-kwantità massima ta’ ġobon cheddar li joriġina fl-Awstralja li għandu jiġi importat għal kull perjodu ta' kwota.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 267/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet konklużi mill-KE wara negozjati fl-ambitu tal-qafas tal-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (3), jipprovdi għall-allokazzjoni addizzjonali ta’ 461 tunnellata ta’ ġobon cheddar li joriġina fl-Awstralja taħt il-kwota tariffarja tal-importazzjoni annwali. Għalhekk huwa xieraq li l-kwantità ta’ ġobon taħt il-kwota Nru 09.4521 imsemmija fl-Anness III.A għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001tiġi aġġustata.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Peress li l-kwota tariffarja annwali konċernata tiftaħ fl-1 ta’ Jannar, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006 u għandu jidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness III.A għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 il-parti li tikkonċerna l-kwota numru 09.4521 qed tinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta' April 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 316/2006 (ĠU L 52, 23.2.2006, p. 22).

(3)  ĠU L 47, 17.2.2006, p. 1.


ANNESS

Numru tal-kwota

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Pajjiż tal-Oriġini

Kwota annwali minn Jannar sa Diċembru (kwantitajiet f’tunnellati)

Dazju tal-importazzjoni (EUR/100 kg piż nett)

Regoli dwar kif jimtlew iċ-ċertifikati IMA 1

“09.4521

ex 0406 90 21

Ġobnijiet cheddar sħaħ (tal-għamla ċilindrika ċatta konvenzjonali b’piż nett ta’ mhux inqas minn 33 kg iżda mhux iktar minn 44 kg u ġobnijiet fi blokok kubiċi jew f’għamla solida mdawra bil-parallelogrammi, ta’ piż nett ta’ 10 kg jew iktar) b’kontenut ta’ xaħam ta’ 50 % jew aktar skont il-piż f’materja niexfa, immaturati għal talanqas tliet xhur

L-Awstralja

3 711

17,06

Ara l-Anness XI(B)”