|
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
312 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 499/2006
tat-28 ta’ Marzu 2006
li jniedi investigazzjoni rigward il-possibiltà li jiġu evitati miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 769/2002 fuq l-importazzjoni ta’ coumarin li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b’importazzjoni ta’ coumarin ikkunsinjat mill-Indoneżja u l-Malasja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Indoneżja u l-Malasja kif ukoll jekk le, u li jagħmel tali importazzjoni suġġetta għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (’ir-Regolament bażiku’), u b' mod partikolari l-Artikoli 13(3), 14(3) u 14(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. TALBA
|
(1) |
Il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 13 (3) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibiltà li jiġu evitati miżuri anti-dumping imposti fuq importazzjoni ta’ coumarin li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
|
(2) |
It-talba saret fit-13 ta’ Frar 2006 mill-Kunsill Ewropew ta’ l-Industrija tal-Kimika (CEFIC) f'isem il-produttur waħdieni li jirrapreżenta 100 % tal-produzzjoni tal-coumarin tal-Komunità. |
B. PRODOTT
|
(3) |
Il-prodott ikkonċernat bl-evażjoni possibbli tal-miżuri huwa coumarin li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, normalment iddikjarat taħt il-kodiċi NM ex 2932 21 00 (“il-prodott ikkonċernat”). Dan il-kodiċi qed jingħata biss għall-informazzjoni. |
|
(4) |
Il-prodott investigat huwa coumarin ikkunsinnat mill-Indonesja u l-Malasja (‘il-prodott investigat’) normalment iddikjarat taħt l-istess kodiċijiet tal-prodott ikkonċernat. |
C. MIŻURI EŻISTENTI
|
(5) |
Il-miżuri attwalment fis-seħħ u li possibilment qed jiġi evitati huma miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 769/2002 (2). |
D. RAĠUNIJIET
|
(6) |
It-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie, li l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-coumarin li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina qed jiġu evitati permezz ta’ trasbord via l-Indoneżja u l-Malasja. |
|
(7) |
L-evidenza sottomessa hija kif ġej:
|
E. PROĊEDURA
|
(8) |
Fid-dawl ta’ dak li ngħad hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta’ investigazzjoni skond l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjoni tal-coumarin kkunsinjat mill-Indoneżja u l-Malasja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Indoneżja jew le, suġġett għar-reġistrazzjoni, b’konformità ma’ l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. |
(a) Kwestjonarji
|
(9) |
Sabiex takkwista l-informazzjoni li hi tikkunsidra neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ l-esportaturi/produtturi fl-Indoneżja u l-Malasja, lill-esportaturi/produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ l-esportaturi/produtturi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lill-importaturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-importaturi fil-Komunintà li jikkooperaw fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indoneżja u l-Malasja. L-informazzjoni, fejn hu xieraq, tista’ tinkiseb ukoll mill-industrija tal-Komunità. |
|
(10) |
Taħt kull ċirkustanza, il-partijiet kollha interessati għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, iżda mhux aktar tard mil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament sabiex jinstab jekk dawn humiex elenkati fit-talba u, jekk hemm bżonn, jitolbu kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament, peress li l-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha. |
|
(11) |
L-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indoneżja u l-Malasja se jiġu nnotifikati bil-ftuħ ta’ l-investigazzjoni. |
(b) Ġbir ta’ informazzjoni u seduti ta’ smigħ
|
(12) |
Il-partijiet kollha interessati huma b'dan mistiedna li jwasslu fehmiethom bil-miktub u li jissottomettu evidenza bi provi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' l-partijiet interessati, dejjem jekk jagħmlu talba bil-miktub li turi li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. |
(c) Eżenzjonii ta’ importazzjonijiet mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri
|
(13) |
Skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed ikun investigat jistgħu jkunu eżenti mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tikkostitwixxix evażjonii. |
|
(14) |
Ladarba l-evażjoni possibbli tal-miżuri jseħħ barra l-Komunità, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet, b’konformità ma' l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat li jistgħu juru li mhumiex relatati ma kwalunkwe produttur suġġett għall-miżuri u li ma jinstabux li huma involuti fil-prassi ta’ evażjoni kif definita fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi li jixtiequ li jakkwistaw eżenzjoni għandhom jippreżentaw talba li jkollha evidenza li tagħti prova kif suppost fil-limitu taż-żmien indikat fl-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament. |
F. REĠISTRAZZJONI
|
(15) |
Skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed ikun investigat għandhom ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk mill-investigazzjoni jinstab li kien hemm evażjoni, dazji ta’ l-anti-dumping b’ammont adatt jistgħu jkunu intaxxati b’mod retroattiv mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ din ix-xorta mill-Indoneżja u l-Malasja. |
G. LIMITI TAŻ_ŻMIEN
|
(16) |
Fl-interess ta' amministrazzjoni soda, għandhom jiġu ddikjarati l-limiti taż-żmien li fihom:
|
|
(17) |
Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju ta' ħafna mid-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependu minn dik il-parti li trid tippreżenta lilha nnifisha fi ħdan il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. |
H. NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI
|
(18) |
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta’ żmien, jew b’mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet proviżorji jew finali, affermattivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli. |
|
(19) |
Fejn jinstab li xi parti interessata tat informazzjoni falza jew li tiżgwida, l-informazzjoni għandha tiġi injorata u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Hawnhekk qed tinbeda investigazzjoni skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, sabiex ikun determinat jekk l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-coumarin ikkunsinnati mill-Indoneżja u l-Malasja, kemm jekk joriġinaw mill-Indoneżja u l-Malasja kif ukoll jekk le, li jaqgħu taħt il-kodiċi CN ex 2932 21 00 (kodiċi TARIC 2932 21 00 16), humiex qed jevitaw il-miżuri imposti bir-Regolament (KE) Nru 769/2002.
Artikolu 2
L-awtoritajiet doganali huma hawnhekk ordnati, skond l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, li jieħdu l-passi meħtieġa biex jirreġistraw l-importazzjoni fil-Komunità identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
Ir-reġistrazzjoni tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni, skond ir-Regolament, tista’ tqabbad l-awtoritajiet doganali biex iwaqqfu r-reġistrazzjoni fir-rigward ta’ importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti manifatturati minn produtturi li applikaw għall-eżenzjoni tar-reġistrazzjoni u nstabu li mhumiex qed jevitaw id-dazji anti-dumping.
Artikolu 3
1. Il-kwestjonarji għandhom ikunu mitluba mill-Kummissjoni sa żmien 15-il ġurnata mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
2. Jekk il-preżentazzjonijiet tal-partijiet interessati għandhom jitqiesu waqt l-investigazzjoni, dawn għandhom jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw il-Kummissjoni, iressqu l-opinjonijiet tagħhom, u jissottomettu t-tweġibiet għall-kwestjonarju u kull informazzjoni oħra fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għajr jekk jiġi speċifikat mod ieħor.
3. Il-produtturi fl-Indoneżja u l-Malasja li jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta’ l-importazzjonijiet jew mill-miżuri għandhom jippreżentaw it-talba li jkollha evidenza li tagħti prova kif suppost fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 40 ġurnata.
4. Il-partijiet interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess 40 jum tal-limitu taż-żmien.
5. Kull informazzjoni marbuta mal-kwistjoni, kull talba għas-smigħ jew għal kwestjonarju kif ukoll kull talba għall-eżenzjoni trid issir bil-miktub (mhux f’format elettroniku, sakemm mhux speċifikat mod ieħor) u trid tindika l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-posta elettronika, it-telefown, il-faks u/jew in-numri tat-telefown tal-parti interessata. Kull preżentazzjoni bil-miktub, li tinkludi l-informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun magħmula identifikabbli bħala “Ristretta” (3) u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata b'verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun magħmula identifikabbli “Għall-verifika mill-partijiet interessati”.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza
|
European Commission |
|
Directorate General for Trade |
|
Directorate B |
|
Office: J-79 5/16 |
|
B-1049 Brussels |
|
Faks (+32 2) 295 65 05 |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-28 ta’ Marzu 2006.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, tat-23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 123, 9.5.2002, p.1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1854/2003 (ĠU L 272, 23.10.2003, p.1).
(3) Dan ifisser li d-dokument hu biss għall-użu intern. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43). Dan huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping).