28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

298


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 488/2006

ta’ l-24 ta’ Marzu 2006

li jiffissa r-rati ta' kambju applikabbli għall-miżuri strutturali jew ambjentali fl-2006

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agrimonetarji għall-euro (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2808/98 tat-22 ta' Diċembru 1998 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-agrikoltura (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza ta' l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98, l-avveniment operattiv għall-ammonti ta' karattru stutturali jew ambjentali huwa l-1 ta' Jannar tas-sena li matulha tittieħed id-deċiżjoni li tingħata l-għajnuna.

(2)

Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża hija l-medja tar-rati tal-kambju applikabbli matul ix-xahar li jippreċedi d-data ta' l-avveniment operattiv, ikkalkulata pro rata temporis,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-2006, ir-rata tal-kambju li tinsab fl-Anness għandha tapplika għall-ammonti ta' karattru stutturali jew ambjentali msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-24 ta’ Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 36 Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 1044/2005 (ĠU L 172, 5.7.2005, p. 76).


ANNESS

Rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 1

EUR 1 = (medja għall-1 ta' Diċembru 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005)

0,573458

Lira Ċiprijotta

28,9712

Koruna Ċeka

7,45403

Krone Daniż

15,6466

Kroon Estonu

252,791

Forint Ungeriż

3,4528

Litas Litwan

0,696729

Lats Latvjan

0,4293

Lira Maltija

3,85493

Zloty Pollakk

37,8743

Koruna Slovakka

239,505

Tolar Sloven

9,43950

Krona Żvediż

0,679103

Lira Sterlina